ASSEMBLAĠĠ TAR-REGOLATUR
J004652018-10-22
ĠENERALI
IN-NUMRU TAL-KITT
74519-88B (iswed) u 74537-93A (tal-kromju)
Mudelli
Dawn il-kits jaqblu mal-vetturi 1340cc kollha tal-1989 u aktar tard jew ma' dawk mgħammra bl-alternatur bi produzzjoni għolja (29985-87), imma ma jaqblux mal-mudelli 1996 FLHR/I, FLHTCU/I, FLHTC/I, u l-mudelli tTouring tal-1997-1998.
Parts Addizzjonali Meħtieġa
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tagħmel referenza għall-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Manwal tas-Servizz għall-mudell tal-mutur tiegħek huwa meħtieġ għal din l-installazzjoni u huwa disponibbli mingħand Aġent tal-Harley-Davidson.
Kontenut tal-Kit
Tabella 1. Kontenut tal-Kit
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
Regolatur
Mhux Mibjugħ Separatament
Terminal f'forma ta' ċirku
9866
Iċ-ċinga tal-kejbil (6) (74537-93A biss)
10006
INSTALLAZZJONI
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li tista’ tikkawża mewt jew korriment serju, aqla’ l-kejbils tal-batterija (il-kejbil negattiv (-) l-ewwel) qabel ma tipproċedi. (00307a)
1. Irreferi għall-Manwal tas-Servizz applikabbli għall-istruzzjonijiet biex tneħħi r-regolatur.
2. Jekk il-lead (wajer tal-elettriku) tal-ħruġ tar-regolatur kien imqabbad mat-terminal "AUX" (b'kulur tal-fidda), kejjel it-tul tal-lead tal-ħruġ tar-regolatur u aqta' l-lead tal-ħruġ fuq ir-regolatur ta' sostituzzjoni għall-istess tul.
3. Jekk il-lead tal-ħruġ (output) tar-regolatur ma kienx imqabbad mat-terminal "AUX" (b'kulur tal-fidda), għaddi l-lead tal-ħruġ tar-regolatur lejn it-terminal "AUX" , u aqta' l-lead tal-ħruġ għat-tul tajjeb biex jiġi mqabbad mat-terminal "AUX".
4. Ittermina l-lead tal-ħruġ (output) fuq ir-regolatur ta' sostituzzjoni b'terminal f'forma ta' ċirku mill-kit.
5. Installa r-regolatur ta' sostituzzjoni billi ssegwi l-proċedura fil-Manwal tas-Servizz li japplika. Ikkonnettja t-terminal f'forma ta' ċirku mat-terminal "AUX" (b'kulur tal-fidda) tas-circuit breaker.
6. Bl-użu ta' Ohmmeter, ivverifika l-ground tar-regolatur max-chassis tal-vettura.
NOTA
Il-lead tal-ħruġ ta' dan ir-regolatur għandu jkun imqabbad mat-terminal b'kulur tal-fidda, "AUX", fuq il-Main (30 amp) circuit breaker. Ir-regolatur oriġinali jista' jkun li kien imqabbad mat-terminal b'kulur tar-ram, "BAT"; biex tipprovdi protezzjoni minn leads maqluba tal-batterija, dan ir-regolatur għandu jkun imqabbad mat-terminal ''AUX''.
NOTA
Xi regolaturi jistgħu jkunu mgħammra bi ground wire (wajer tal-earth) imwaħħal mal-qiegħ tal-kaxxa tar-regolatur. Jekk ground wire huwa preżenti, neħħih u nstallah fuq ir-regolatur ġdid.
7. Qabbad il-mutur bl-użu ta' Voltmeter mal-batterija, imbagħad ivverifika li l-vultaġġ taċ-ċarġ huwa korrett kif speċifikat fil-Manwal tas-Servizz xieraq.