KITT TAD-DAWL AWŻILJARJU
J054282023-01-30
ĠENERALI
IN-NUMRU TAL-KITT
68000026
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-Katalgu tal-Bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
Parts Addizzjonali Meħtieġa
L-installazzjoni kif suppost ta' dan il-kitt teħtieġ ix-xiri separat tal-għodod li ġejjin li huma disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley Davidson:
  • Pistola tas-Sħana (HD-25070)
  • Packard Crimping Tool (HD-38125-8)
  • ULTRA TORĊ (HD-39969)
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tagħmel referenza għall-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Il-Manwal tas-servizz għall-mudell tal-mutur tiegħek huwa meħtieġ għal din l-installazzjoni u jista’ jinkiseb mingħand aġent ta’ Harley Davidson.
Kontenut tal-Kit
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
NOTA
Fanali awżiljarji/ta' kontra ċ-ċpar mhumiex inklużi f'dan il-kitt. L-istil mixtieq tal-fanal għandu jinxtara separatament. Muturi HDI għandhom jużaw biss fanali taċ-ċpar approvati.
Jekk dan il-kitt tal-bozza jintuża ma' kitt tal-windskrin, irreferi għall-istruzzjonijiet ipprovduti ma' dak il-kitt għas-sekwenza korretta tal-immuntar.
INSTALLAZZJONI
Installa l-Lampa Awżiljarja u l-Brekit
1. Ara Figura 1 . Neħħi u armi ż-żewġ viti (1) u l-istrippi tat-trimm tal-ġenb (2) minn kull naħa tal-pannell tat-trimm tal-furketta (3).
1Vit (4)
2Strippa tat-trimm tal-ġenb
3Pannell tal-furketta ta’ quddiem
4Vit TORX (2)
5Pannell ta' wara, naħa tax-xellug
6Post tat-toqba tat-Toggle Switch
Figura 1. Toqba tat-Toggle Switch
2. Ħoll il-viti tat-TORX ® (4) u neħħi l-pannell ta’ wara (5) mill-pannell tat-trimm tal-furketta ta' quddiem. Neħħi l-plagg tat-toqba u armi.
3. Ara Figura 6 . Waħħal it-tikketta adeżiva (1) madwar it-toqba mħaffra ( Figura 1 , Oġġett 6). Daħħal it-toggle switch (2) fit-toqba bl-użu ta' skorfina knurled (3). Warrab fil-ġenb lill-pannell ta' wara biex tgħaddi l-wajers aktar tard.
4. Poġġi lockwasher (4) u washer (5) fuq żewġ boltijiet (6). Daħħal il-boltijiet mit-toqob ta' fuq fil-brekit (7) u mill-ispacer (8). Għaddi fit-toqob ta' fuq tal-brekit tal-furketta u minn ġol-pannell tat-trimm b’mod issikkat.
5. Poġġi lockwasher (4) u washer (5) fuq żewġ boltijiet (9). Daħħal il-boltijiet mit-toqob ta' isfel fil-brekit (7) u mill-ispacer (10). Għaddi fit-toqob ta' isfel tal-brekit tal-furketta u minn ġol-pannell tat-trimm b’mod issikkat.
6. Issikka l-boltijiet tal-ġenb tal-lemin fuq il-brekit għal 19-il ft-lbs (26 Nm).
7. Waħħal il-kisi tal-bozza awżiljari (11) mal-brekit bl-użu tal-ħardwer (12-16) fis-sekwenza murija fi Figura 6 .
NOTA
Il-Belleville washer (13) għandu jitqiegħed bil-parti l-konika tħares ’il fuq.
8. Ara Figura 2 . Poġġi ċ-ċirku ta' ġewwa li fih toqgħod il-bozza fuq il-bozza. Qabbad il-bozza mal-konnettur tal-Oġġett (1).
1Terminal tal-fanal LED
Figura 2. Terminal tal-Fanal LED Awżiljarju
9. Waħħal l-fanal LED awżiljarju (17) u ċ-ċirku ta' ġewwa li fih toqgħod il-bozza (18) bl-użu taċ-ċirku tat-trimm ta' barra (19), bil-vit (20), u l-iskorfina (21).
Wajers tal-Fanal Awżiljarju
NOTA
Meta jkollhom il-wajers kif ġej, il-fanali awżiljarji jistgħu jitħaddmu biss waqt li l-fanal ewlieni ta' quddiem ikun fuq raġġ baxx. Dan jikkonforma mal-biċċa l-kbira tal-liġijiet statali u lokali.
1. Neħħi s-sedil skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz.
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li tista’ tikkawża mewt jew korriment serju, aqla’ l-kejbils tal-batterija (il-kejbil negattiv (-) l-ewwel) qabel ma tipproċedi. (00307a)
TWISSIJA
L-ewwel skonnettja n-negative (-) cable tal-batterija. Jekk il-pożittiv (+) tal-kejbil jikkuntattja l-ground li jkun bil-kejbil negattiv (-) konness miegħu, ix-xrar li jirriżulta jista ' jikkawża l-isplużjoni tal-batterija, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00049a)
2. Skonnettja l-kejbils tal-batterija, il-kejbil tan-negattiv (-) l-ewwel.
3. Ara Figura 3 . Għaddi l-wajers griżi/suwed (tal-enerġija) u l-wajers suwed (tal-ert) mill-fanali awżiljarji (1) għal ġol-qiegħ tal-pannell tal-furketta ta' quddiem għal post qrib is-swiċċ. Għatti l-wajers għal kull fanal bil-kondjuwit tal-vinil (24). Ippressa ż-żewġ wajers griżi / suwed f'tarf wieħed ta’ butt splice. Uża sezzjoni żgħira ta’ kejbil tal-wajer (23) u ppressa fit-tarf oppost tal-butt splice. Ippressa l-aħħar tarf fl-ispade terminal(22).
4. Waħħal il-konnettur (3) mal-eqreb terminal fuq it-toggle switch (2).
1Fanal Awżiljarju (2)
2Toggle switch
3Spade terminal
4Terminal f'forma ta' ċirku
5Butt splice (2)
Figura 3. Dijagramma tal-Wajers
5. Ara Figura 6 . Neħħi l-lead tal-enerġija marbut mill-wajers tal-fanali ta' quddiem u waħħal il-konnettur (3) mat-terminal li jifdal fuq it-toggle switch (2).
6. Ippressa ż-żewġ wajers / suwed f'tarf wieħed ta’ butt splice. Uża sezzjoni żgħira ta’ kejbil tal-wajer (23), ippressa fit-tarf oppost tal-butt splice. Ippressa l-aħħar tarf fit-terminal forma ta’ ċirku (27).
7. Ara Figura 4 . Uża l-bolt ta’ 5/16 pulzieri li jwaħħal l-appoġġ tal-brekit ta' fuq għall-pannell tal-iswiċċ u jertja t-terminal forma ta’ ċirku.
1Bolt, 5/16 pulzieri.
Figura 4. Bolt ta’ 5/16 pulzieri għall-Ertjar tat-Terminal Forma ta’ Ċirku
8. Ara Figura 1 . Waħħal il-pannell tan-naħa tax-xellug (5) mal-pannell tal-furketta ta' quddiem (3) taħt in-naħa tax-xellug tal-brekit tal-fanal awżiljarju.
9. Għaddi l-wajers sabiex ma jinqarsux bejn il-pannell tat-trimm u l-brekit tal-furketta. Uża ċineg tal-kejbil (25) biex tissikka l-wajers mall-brekit tal-furketta u l-qafas tal-mutur.
10. Issikka l-boltijiet tal-ġenb tax-xellug fuq il-brekit għal 19-il ft-lbs (26 Nm).
Konnessjonijiet tal-Butt Splice
1. Qaxxar 3/8 pulzieri. (10 mm) tal-insulazzjoni mit- truf ta' tliet wajers tal-ert li jkunu qed jiġu konnessi, iż-żewġ wajers mill-fanali awżiljarji u l-wajer tal-ert biċ-ċirku.
2. Ara Figura 3 . Daħħal żewġ wajers tal-ert imqaxxra għall-konnettur tal-butt splice (5).
3. Daħħal it-tarf tal-wajer ta' l-ert biċ-ċirku (4) fit-tarf oppost tal-butt splice (5).
1Truf tal-wajers imqaxxrin imdaħħla fil-konnettur
2It-truf tal-wajers ippressati fil-konnettur
3Konnettur wara li tkun ġiet applikata s-sħana
Figura 5. Installa Konnetturi tal-Butt Splice
4. Qabbel il-kulur tal-konnettur tal-butt splice mal-kavità tal-għodda tal-crimping. Bl-użu ta’ Packard Crimping Tool, ipprressa l-wajers fil-konnettur.
TWISSIJA
Kun żgur li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur meta tuża l-UltraTorch UT-100 jew xi apparat ieħor ta ' sħana radjanti. Nuqqas milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur jista’ jikkawża nar, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00335a)
  • Evita s-sħana diretta lejn kwalunkwe komponent tas-sistema tal-fjuwil. Sħana estrema tista’ twassal għal nar li jaqbad bil-fjuwil/splużjoni li jirriżultaw f’mewt jew f'korriment serju.
  • Evita s-sħana diretta lejn kwalunkwe komponen tas-sistema elettrika ħlief għall-konnetturi li fuqhom qed isir xogħol ta’ heat shrink.
  • Dejjem żomm idejk ’il bogħod miż-żona tal-ponta tal-għodda u l-heat shrink attachment.
  1. Bl-użu ta’ Ultra-Torċa, Heat Gun, jew apparat ieħor adattat ta’ tisħin radjanti, ssaħħan l-isplice ppressat biex tgħatti l-konnessjoni tal-butt splice kompletament. Applika s-sħana miċ-ċentru tal-crimp ’il barra għal kull tarf sakemm is-siġillant li jdub joħroġ miż-żewġt itruf tal-konnettur. Ħalli li l-isplices jiksħu.
  2. Ara Figura 6 . Installa l-fanali awżiljari (17) u ċrieki tat-trimm (19).
Assemblaġġ Finali
TWISSIJA
Ikkonnettja tal-kejbil pożittiv (+) tal-batterija l-ewwel. Jekk il-pożittiv (+) tal-kejbil jikkuntattja l-ground li jkun bil-kejbil negattiv (-) konness miegħu, ix-xrar li jirriżulta jista ' jikkawża l-isplużjoni tal-batterija, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00068a)
1. Ikkonnettja l- kejbils tal-batterija, il-kejbil tal-pożittiv (+) l-ewwel.
2. Installa s-sedil skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz.
TWISSIJA
Wara l-installazzjoni tas-sedil, iġbed ’il fuq is-sedil biex tiżgura li jkun illokkjat f’postu. Waqt is-sewqan, sedil laxk jista’ jiċċaqlaq u jikkawża t-telf tal-kontroll, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00070b)
TWISSIJA
Kun żgur li d-dwal kollha u l-iswiċċijiet jaħdmu sew qabel ma tħaddem il-mutur. Viżibilità fqira tas-sewwieq tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00316a)
3. Ittestja r-raġġ l-għoli u l-baxx tal-fanal ta' quddiem, u l-fanali awżiljarji għat-tħaddim xieraq. Irreferi għall-ALLINJAMENT TAL-FANALI TA' QUDDIEM fil-manwal tas-servizz.
4. Immira l-fanali awżiljari u ssikka l-iskorfini tal-immuntar.
PARTS TAS-SERVICE
Figura 6. Parts tas-Service: Kitt tad-Dawl Awżiljarju
Tabella 1. Tabella tal-Parts tas-Service
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
1
Tikketta, swiċċ
68731-98
2
Swiċċ, toggle (jinkludi l-Oġġett 3, skorfina knurled)
67844-70
3
Skorfina, knurled
67846-70
4
Lockwasher, 5/16 pulzieri. (4)
7041
5
Washer, ċatt 5/16 pulzieri. (4)
6330
6
Bolt, 5/16-24 x 1-3/8 pulzieri. (2)
4020W
7
Brekit, fanal awżiljarju
12700036
8
Spacer (2)
5885
9
Bolt, 5/16-24 x 1 pulzier. (2)
3960W
10
Spacer (2)
11827
11
Housing, fanal awżiljarju (2)
68000033
12
Blokka tal-klamp, fanal awżiljarji (2)
68720-62
13
Washer, Belleville (2)
6072
14
Blokka swivel, fanal awżiljarji (2)
68721-62
15
Washer, swivel (2)
68693-38
16
Skorfina tal-fanal tal-qbiż (2)
7892
17
Fanal awżiljari (unità ssiġillata) (2)
Mixtrija separatament
18
Nesting ring (Ċirku li fih toqgħod il-bozza) (2)
68331-02
19
Ċirku tat-trimm, barra (2)
68725-62A
20
Vit, # 8-32 x 1 pulzier. (2)
3514
21
Locknut, #8-32 (kromju)
7606
22
Konnettur, single spade (2)
9930
23
Wajer, kejbil (mhux muri)
Mhux Mibjugħ Separatament
24
Kondjuwit (mhux muri)
Mhux Mibjugħ Separatament
25
Ċinga, kejbil (10)
10006
26
Konnettur, butt splice (2)
70586-93
27
Terminal taċ-ċirku, 5/16 pulzier
9859