KITS TAL-MANKU LI JIĠI MSAĦĦAN
J064692021-06-15
ĠENERALI
Numri tal-Kits
56100257 , 56100267 , 56100263 , 56100260 , 56100258 , 56100255 , 56100253
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-katalgu tal-bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
Dawn il-kits mhumiex kompatibbli ma’ manubriji li għandhom wajers għaddejjin minn ġewwa.
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
Sakemm mhux diġà installat:
Il-Mudelli Touring tal-2017 jeħtieġu x-xiri separat ta' Harness b’Konnessjoni Elettrika (Part Nru 69201599 ).
Il-Mudelli Touring tal-2014-2016 jeħtieġu x-xiri separat ta’ Harness b’Konnessjoni Elettrika (Part Nru 69200722 ).
Il-Mudelli Softail 2016 u Iktar Tard jeħtieġu x-xiri separat ta' Harness b’Konnessjoni Elettrika (H-D Part Nru 72673-11 )
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tirreferi għal-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Huwa meħtieġ il-manwal tas-servizz għall-vettura ta’ din is-sena/mudell għal din l-installazzjoni. Disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley Davidson.
TAGĦBIJA ELETTRIKA ŻEJDA
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
TWISSIJA
Meta tinstalla xi aċċessorju elettriku, kun ċert li ma jaqbiżx il-klassifikazzjoni massima tal-amperage tal-fuse jew tas-circuit breaker li jipproteġi ċ-ċirkwit l-affettwat li jkun qed jiġi modifikat. Li teċċedi l-amperage massimu jista’ twassal għal ħsarat elettriċi, li jistgħu jirriżultaw f’mewt jew korriment serju. (00310a)
Dan il-kit jeħtieġ sa 2.8 amps aktar kurrent mis-sistema elettrika.
Kontenut tal-Kit
Kull kit fih par wieħed ta' mankijiet li jissaħnu flimkien ma’ parts ta’ konnessjoni. Ara Figura 8 u Tabella 1.
PREPARAZZJONI
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
NOTA
  • Għal vetturi mgħammra b’sirena tas-sigurtà: Bil-fob tas-sigurtà preżenti, dawwar is-swiċċ tal-ignixin fuq ON. Iddiżattiva s-sistema tas-sigurtà. IMMEDJATAMENT neħħi l-fjus prinċipali skont il-manwal tas-servizz.
  • Għal vetturi MINGĦAJR sirena tas-sigurtà: Ara l-manwal tas-servizz biex tneħħi l-fjus prinċipali.
TWISSIJA
Meta tagħti service lis-sistema tal-karburant, tpejjipx jew tippermettix li jkun hemm fjamma miftuħa jew xrar fil-viċinanzi. Il-gażolina hija estremament fjammabbli u tisplodi faċilment, u tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00330a)
  1. Neħħi t-tank tal-fjuwil skont il-manwal tas-servizz.
1Vit (2)
2Clamp tal-Manubriju
3Assemblaġġ tal-lieva tal-idejn tal-klaċċ
4Kopertura tan-naħa ta’ fuq tas-swiċċ
5Kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ
6Manku tan-naħa tax-xellug tal-manubriju
7L-akbar dijametru tal-flanġ
8Kanali
Figura 1. Il-kopertura tas-Swiċċ tal-Manubriju tan-Naħa tax-Xellug (Touring 2008-2013 u Softail 2006 u Wara)
TNEĦĦIJA
It-Tneħħija tal-Manku tan-Naħa tax-Xellug
NOTA
  • Agħtti l-partijiet miżbugħa biex tipproteġi l-finituri.
1. Irreferi għall-manwal tas-servizz għal informazzjoni speċifika dwar il-passi ġeneralizzati li jmiss.
a. Irreferi għal Figura 1 jew Figura 2. Ħoll ftit iż-żewġ viti (1) u l-clamp tal-manubriju (2).
b. Ippożizzjona l-assemblaġġ tal-lieva tal-idejn tal-klaċċ (3) lil hinn mill-kopertura tas-swiċċ.
c. Issepara ż-żewġ sezzjonijiet tal-kopertura tas-swiċċ (4, 5).
2. Bil-manku "mingħajr kolla": Neħħi l-manku mill-manubriju. Bil-manku mwaħħal bil-kolla: Neħħi l-manku billi, b'attenzjoni, taqtgħu minn mal-manubriju permezz ta’ xafra taqta' jew sikkina.
1Vit (2)
2Clamp tal-Manubriju
3Assemblaġġ tal-lieva tal-idejn tal-klaċċ
4Kopertura tan-naħa ta’ quddiem tas-swiċċ
5Kopertura tan-naħa ta’ wara tas-swiċċ
6Shield (2014-2015 biss)
7Għatu tat-trigger finger switch
Figura 2. Kopertura tas-Swiċċ tan-Naħa tax-Xellug tal-Manubriju (Touring 2014 u Wara)
It-Tneħħija tal-Manku tan-Naħa tal-Lemin
Mudelli Touring 2008-2013:
AVVIŻ
Tneħħix u tinstallax l-assemblaġġ tal-master cylinder mingħajr ma l-ewwel tippożizzjona inserzjoni bi ħxuna ta’ 5/32-inch (4 mm) bejn il-lieva tal-brejk u l-bracket tal-lieva. It-tneħħija jew l-installazzjoni tal-assemblaġġ tal-master cylinder l-inserzjoni f’postha jista’ jwassal għal ħsara fl-ibbutjar tal-gomma u fil-plunger ta’ quddiem l-iswiċċ tal-istoplight. (00324a)
NOTA
Uża t-tarf imtaqqab ta’ ċinga tal-kejbil jekk l-inserzjoni tal-kartuna mhijiex disponibbli. Ara Figura 3 .
Il-mudelli KOLLHA:
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz għal informazzjoni speċifika dwar il-passi ġeneralizzati li jmiss.
    1. Ħoll ftit żewġ viti u l-clamp tal-manubriju.
    2. Ippożizzjona l-assemblaġġ tal-lieva tal-brejk/ċilindru ewlieni lil hinn mill-kopertura tas-swiċċ.
    3. Issepara ż-żewġ sezzjonijiet tal-kopertura tas-swiċċ.
    4. Mudelli Touring 2008-2013: Neħħi l-friction shoe jekk preżenti.
  2. Il-Mudelli KOLLHA: Neħħi l-manku minn mal-manubriju.
NOTA
  • Is-sensur tal-manku li jdur tan-naħa tal-lemin tal-manubriju għandu għatu tas-siġill li jipproteġi l-elettrodi interni mill-ħmieġ u l-umdità. L-għatu tas-siġill iservi wkoll bħala tagħmir ta’ ritenzjoni għall-manku tat-throttle.
  • Iġbed il-manku biex tneħħih.
  • Xħin tneħħi l-manku, iċċekkja l-post fejn qiegħed l-għatu tas-siġill.
Jekk l-għatu tas-siġill għadu mwaħħal mal-index pinsġewwa l-manku tat-throttle il-qadim, dan jista’ jintrema flimkien mal-manku.
Jekk l-għatu tas-siġill xorta jibqa’ mwaħħal mat-tarf tas-sensur tal-manku li jdur:
  • Ara Figura 4 . Daħħal tornavit żgħir jew għodda oħra b’xafra ċatta fil-parti ċ-ċatta fuq naħa waħda tal-għatu tas-siġill.
  • Agħfas is-sieq li hemm fuq in-naħa ta’ taħt tal-għatu biex toħorġu mis-slot fit-tarf tas-sensur tal-manku li jdur. Għolli tarf wieħed tal-għatu.
  • Irrepeti fuq in-naħa l-oħra tal-għatu.
  • Neħħi b'attenzjoni l-għatu u armih.
1Inserzjoni ħoxna 5/32-pulzier (4 mm)
2Lieva tal-brejk
3Bracket tal-lieva tal-brejk
Figura 3. Ipproteġi s-Swiċċ tad-Dawl tal-Waqfien
Figura 4. Neħħi l-Għatu tas-Siġill
INSTALLAZZJONI
NOTA
Is-sensur tal-manku tat-throttle għandu żewġ wajers, miksija fix-sheating, ħerġin mit-tarf mnejn jidħol fil-manubriju. Dawn il-wajers jew:
  • Ikollom heat shrink tubing iswed fuqhom, jew
  • jispiċċaw b’konnettur elettriku b’żewġ kavitajiet.
1. Ara SENSUR TAL-MANKU LI JDUR: TNEĦĦIJA fil-manwal tas-servizz. Segwi l-istruzzjonijiet għall-mudell speċifiku tal-vettura biex:
a. Aċċessa l-konnettur tal-jumper harness tas-sensur tal-manku li jdur f’sitt direzzjonijiet [204] ġol-vettura. Aqla’ n-nofsijiet tal-konnettur.
b. Iġbed bil-mod, is-sensur tal-manku li jdur ’l barra mill-manubriju, sakemm ikun meħtieġ biss biex taċċessa l-heat shrink tubing l-iswed jew il-konnettur tal-manku li jiġi msaħħan.
2. Ara Figura 8 . Ġib il-manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug (1), il-harness tal-wajer twil (15) u l-estensjoni tal-harness tal-wajer qasir (8) mill-kit. Iddetermina jekk l-estensjoni hijiex meħtieġa għal din l-installazzjoni: Il-kopertura s-sewda tal-pin testendi lil hinn mit-tarf oppost tal-manubriju? Jekk IVA: L-estensjoni mhijiex meħtieġa. Tista’ tintrema. Skonnettja l-harness tal-wajer mill-manku tan-naħa tax-xellug. Jekk LE: Skonnettja l-harness tal-wajer mill-manku tan-naħa tax-xellug. Ikkonnettja l-housing tal-pinn fuq l-estensjoni mal-housing tas-sockit JAE 2-way fuq il-harness tal-wajer. Warrab il-manku tax-xellug, u l-harness tal-wajer jew l-assemblaġġ tal-harness fil-ġenb.
a. Qabbad temporanjament il-housing tas-socket fuq il-harness tal-wajer mal-housing tal-pinn JAE 2-way fl-pigtail ta’ 3 pulzieri fittarf tal-manku li jissaħħan tax-xellug.
b. Żomm il-manku u l-harness tal-wajer mehmuż fil-pożizzjoni tul in-naħa ta’ barra tal-manubriju daqs li kieku l-assemblaġġ huwa installat fuq il-manubriju.
c. Il-kopertura s-sewda tal-pin fit-tarf tal-harness tal-wajer għandha testendi lil hinn mit-tarf tan-naħa tal-lemintal-manubriju.
NOTA
TAQTAX ebda wajers li jwasslu għall-konnettur l-aħdar fuq is-sensur tal-manku li jdur. Aqta’ BISS il-heat shrink tubing l-iswed .
3. Illoka l-harness l-iswed li jiġi miċ-ċentru tas-sensur tal-manku li jdur. Aqta’ l-heat shrink jew il-konnettur elettriku mill-harness, l-eqreb li jista’ jkun viċin il-konnettur. Aqta’ tul ta’ 25.4 mm (1.0 pulzier) ta’ kisi mill-harness. Neħħi madwar 4 mm (5/32 ta’ pulzier) ta’ insulazzjoni miż-żewġ wajers tas-sensur.
4. Oħroġ il-kopertura tat-2-way socket (16) u żewġ terminals tas-socket (17) mill-kit. Irreferi għal KONNETTURI ELETTRIĊI MULTILOCK fil-manwal tas-servizz. Segwi l-istruzzjonijiet biex tirbatti (crimp) t-terminals għal fuq il-wajers tas-sensur. Ġib il-harness tal-wajer li kont warrabt għall-ġenb f’Pass numru 2. Innota l-kuluri tal-wajers u l-lokazzjoni tal-kavità tat-terminal fil-kopertura s-sewda tal-pin fit-tarf tal-harness tal-wajer.
a. Qabbel il-lokazzjoni tal-wajer tas-sensur l-abjad mal- istrixxa bajdatal-lokazzjoni tal-wajer l-iswed fil-kopertura s-sewda tal-pin.
b. Qabbel il-lokazzjoni tal-wajer tas-sensur l-iswed mal-iswed solidutal-lokazzjoni tal-wajer l-iswed fil-kopertura s-sewda tal-pin.
c. Daħħal it-terminal tal-wajer bil-kulur it-tajjeb f’kull kavità tal-kopertura tat-2-way socket.
5. Ikkonnettja l-kopertura tas-socket fuq il-wajers tas-sensur mal- kopertura s-sewda tal-pin fit-tarf tal-harness tal-wajer.
NOTA
Pressjoni tal-arja jew fish tape elettriku jistgħu jintużaw biex tgħaddi l-harness tal-wajer kompletament minn ġol-manubriju.
6. Għaddi l-harnesses tal-wajer tal-housing tas-socket JAE 2-way u tat-twist grip fin-naħa tal-lemin tal-manubriju.
a. Int u ddaħħal il-wajer fil-manubriju, iġbed bil-mod il-konnettur fit-tarf tal-jumper harness tas-sensur tal-manku li jdur biex tgħaddi s-sensur tal-manku li jdur ġol-manubriju.
b. Għaddi l-harness tal-wajer tal-manku li jiġi msaħħan tan-naħa tax-xellug it-tul kollu u oħroġha min-naħa tax-xellug tal-manubriju.
c. Waħħal l-index tabs tas-sensur tal-manku li jdur fis-slots fuq il-manubriju. Wieħed mill-index tabs u wieħed mis-slots huma iżgħar mill-oħrajn biex jiġi evitat assemblaġġ li mhux korrett.
NOTA
  • Naddaf tajjeb il-manubriju biex tneħħi l-adeżiv kollu li jifdal.
  • Neħħi ċ-ċirku protettiv (immarkat "NEĦĦI QABEL L-ASSEMBLAĠĠ”) mit-tarf tal-manku l-ġdid tan-naħa tax-xellug.
7. Orbot il-housing ta-scoket JAE 2-way mal-manku li jissaħħan il-ġdid fin-naħa tax-xellug (1).
Mudelli Touring 2008-2013:
1. Ara Figura 1 . Ippożizzjona l-manku li jiġi msaħħan tan-naħa tax-xellug (6) b’mod li l-parti bl-akbar dijametru tal-flanġ (7) tkun isfel. Imbotta l-manku kollu fuq il-manubriju.
a. Ippożizzjona l-kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ taħt il-manku. Il-kanali (grooves) (8) fil-ġenb tan-naħa ta’ barra tal-kopertura tas-swiċċ iridu jiffittjaw tajjeb fuq il-flanġ fit-tarf tal-manku.
b. Ippożizzjona l-kopertura tan-naħa ta’ fuq tas-swiċċ fuq il-manubriju u fuq il-kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ.
c. Ibda orbot il-viti tal-kopertura tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa t’isfel tas-swiċċ, iżda tissikkax. Ivverifika li l-kondjuwit tal-harness tal-wajer għaddej mill-kanal fin-naħa t’isfel tal-manubriju.
d. Ippożizzjona l-assemblaġġ tal-lieva tal-idejn tal-klaċċ fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-assemblaġġ tal-kopertura tas-swiċċ. Ingaġġa t-tab ta’ fuq il-kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ fil-kanal (groove) li jinsab fin-naħa t’isfel tal-bracket tal-lieva tal-klaċċ.
e. Allinja t-toqba fil-clamp tal-manubriju mat-toqba fil-bracket tal-lieva tal-klaċċ. Ibda mill-vit l-aktar baxx b’washer ċatt. Aġġusta l-kopertura tas-swiċċ u l-pożizzjoni tal-kontroll tal-idejn tal-klaċċ għall-kumdità tas-sewwieq.
f. L-ewwel issikka l-viti ta’ fuq tal-clamp tal-manubriju, imbagħad dawk ta’ isfel.
Momentum: 6,8–9 N·m (60–80 in-lbs) Vit T-27 TORX
g. L-ewwel issikka l-viti t’isfel tal-kopertura tas-swiċċ, imbagħad dawk ta’ fuq.
Momentum: 4–5,4 N·m (35–45 in-lbs) Viti T-25 TORX tal-kopertura tas-swiċċ
Mudelli Touring 2008-2013:
2. Ara Figura 5 . Sib il-lokazzjoni tal-konnettur B+ (pożittiv tal-batterija) (1) fuq il-harness prinċipali tal-elettriku taħt is-sedil (wajer aħmar ma’ konnettur griż mhux użat). Neħħi l-cover (2) mill-konnettur.
3. Ara Figura 8 . Ipplaggja l-adapter tal-harness (11) mill-kit għal mal-konnettur B+.
4. Aqta' l-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan b’mod li jkun jilħaq tajjeb mat-tarf tal-wajer l-aħmar tal-harness tal-adapter. Uża konnettur splice issiġillat (4) mill-kit biex taqsam iż-żewġ wajers skont il-manwal tas-servizz.
1Konnettur B+
2Għatu
Figura 5. Konnettur B+
5. Oħroġ il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter tal-fuse block (10) minn ġol-kit. Innota t-terminal fuq kull tarf (ara Figura 6. It-terminal MINGĦAJR it-tabs tal-molla biss jidħol fil-kavità tal-fjus. Aqta’ b'attenzjoni t-terminal LI GĦANDU t-tabs tal-molla minn mal-wajer u armih.
1ĦALLI dan it-terminal fuq il-wajer
2Aqta’ dan it-terminal minn mal-wajer
3Tab tal-molla (2)
Figura 6. Wajer tal-Adapter tal-Blokka tal-Fjus
6. Illoka l-kavità tal-fjus indikata bħala "P&A IGN" "2A MAX". Hemm bus bar feeding fuq naħa waħda ta' dan iċ-ċirkwit, iżda m’hemm ebda wajer tat-tagħqid jew fjus preżenti. Neħħi t-tliet fjusis eżistenti f’din il-filliera, waqt li tinnota l-lokazzjoni tagħhom.
7. Aqla’ bil-mod il-lock sekondarju tal-plastik oranġjo minn mal-blokka tal-fjus. Daħħal it-terminal fuq il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter sakemm jieqaf. Irreferi għal terminal fil-qrib li ġie installat mill-fabbrika ħalli tqabbel miegħu biex tivverifika l-korrettezza tal-orjentazzjoni u l-fond. Installa l-lock sekondarju.
8. Aqta’ t-tul żejjed mill-wajer oranġjo/abjad fuq il-manku li jissaħħan b’mod li jilħaq tajjeb mal-wajer oranġjo/abjad tal-adapter installat f’Pass Nru. 8.
TWISSIJA
Kun żgur li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur meta tuża l-UltraTorch UT-100 jew xi apparat ieħor ta ' sħana radjanti. Nuqqas milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur jista’ jikkawża nar, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00335a)
  • Evita milli tidderieġi sħana lejn xi komponent tas-sistema tal-fjuwil. Sħana estrema tista’ twassal għal nar li jaqbad bil-fjuwil/splużjoni li jirriżultaw f’mewt jew f'korriment serju.
  • Evita milli tidderiġi sħana lejn xi komponent tas-sistema elettrika ħlief għall-konnetturi li fuqhom qed isir xogħol ta’ heat shrink.
  • Dejjem żomm idejk ’il bogħod miż-żona tal-ponta tal-għodda u l-heat shrink attachment.
  1. Oħroġ l-konnettur tal-isplice issiġillat blu (4) mill-kit. Qabbad (splice) il-wajer oranġjo/abjad minn mal-power harness tal-manku li jissaħħan mal-wajer oranġjo/abjad tal-adapter skont il-manwal tas-servizz.
  2. Ara Figura 8 . Installa fjus 2A (13) mill-kit fil-kavità tal-fjus P&A IGN biex tgħaqqad iċ-ċirkwit. Installa t-tliet fjusis li neħħejt f’Pass Nru. 2 ġewwa l-kavitajiet li jaqblu magħhom.
  3. Installa l-cover tat-trab għal fuq il-blokka tal-fjus. Installa l-blokka tal-fjus. Installa l-holder tal-fjus ewlieni skont il-manwal tas-servizz.
  4. Iftaħ l-għatu tal-holder tal-fjus ta’ fuq il-power harness tal-manku li jissaħħan. Ipplaggja l-fjus 5A (14) li fadal mill-kit għal ġol-holder tal-fjus. Agħlaq l-għatu.
  5. Iċċekkja mat-tul kollu tal-wiring biex tara hemmx wajers iħokku, misluħin jew maqrusin.
  6. Orbot il-wajer l-iswed bit-terminal taċ-ċirku ma’ kwalunkwe stud tal-ert fuq il-frejm. Ipproċedi għat-TLESTIJA.
Mudelli Touring 2014 u Wara:
Kontrolli tan-Naħa tax-Xellug
1. Ara Figura 2 . Mudelli 2014-2015: Ivverifika li x-shield (6) qiegħed fil-pożizzjoni korretta fuq il-ġenb tan-naħa ta’ barra tal-modulu tas-swiċċ.
a. Installa s-sezzjonijiet tal-kopertura tas-swiċċ (4, 5) għal fuq il-modulu tas-swiċċ. Issikka l-viti captive (1) sakemm jidħlu tajjeb f’posthom.
b. Installa l-assemblaġġ tal-lieva tal-kontroll tal-klaċċ (3).
c. Installa l-clamp tal-manubriju (2) biż-żewġ viti li neħħejt aktar qabel, imma tissikkax.
d. Issikka l-viti tal-housing tal-iswiċċ għal.
Momentum: 4–5 N·m (35–45 in-lbs) Hex socket head screw (Vit b’ras eżagonali)
e. Żerżaq l-għatu tas-swiċċ tas-suba’ l-werrej (trigger finger switch) (7) lejn il-lemin biex tinstalla.
AVVIŻ
Tqabbadx il-main tal-manubriju taħt il-housing tal-iswiċċ. Wajers imqabbdin ġewwa l-housing tal-iswiċċ jista ' jirriżulta f’short circuits u ħsara fit-tagħmir. (00369a)
2. Agħddi l-harness tal-wajer ewlieni tal-manku li jissaħħan minn bejn il-manku u l-kopertura tas-swiċċ tax-xellug, u wara għal taħt il-kopertura tas-swiċċ.
3. Ara Figura 8 . Hemm toqob fil-qiegħ tan-naħa tax-xellug tal-manubriju?
a. Jekk IVA: Installa clips ta’ ritenzjoni tal-wajer (12) mill-kit, fit-toqob. Aqfel il-harness tal-wajer mal-clips.
b. Jekk LE: Uża ċineg tal-kejbil (9) biex torbot il-harness tal-wajer mal-manubriju.
Kontrolli tan-Naħa tal-Lemin
1. Oħroġ il-manku l-ġdid li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin (2) mil-kit. Daħħal tornavit jew għodda oħra b’xafra ċatta bejn il-korp tal-manku tat-throttle u l-għatu tat-tarf. B’attenzjoni aqla’ l-għatu tat-tarf minn mal-manku.
NOTA
Fil-pass li jmiss, TIĠBIDX il-plagg minn mal-manku tat-throttle billi taqbad il-wajers jew il-pins tat-terminal. Aqbad biss it-tab tal-gomma fuq il-plagg.
2. Imdaħħla fit-tarf esterjuri tal-manku tal-aċċelleratur hemm tapp tond tal-gomma, b’wajers ħodor u oranġjo fuq naħa waħda, u żewġ pin terminals fuq in-naħa l-oħra. Permezz ta’ tnalja needle nose jew għodda simili, aqbad b’attenzjoni t-tab li tinsab fuq in-naħa fejn hemm il-wajer tal-plagg. Iġbed il-plagg ’il barra mill-manku minn ġewwa l-apertura tat-tarf.
3. Naddaf sewwa l-manubriju u n-naħa ta’ ġewwa tal-manku tat-throttle biex tneħħi l-ħmieġ kollu.
4.
NOTA
  • Jekk il-mankijiet tal-manubriju għandhom disinn, allinja d-disinn fuq il-manku tal-lemin mad-disinn fuq il-manku tax-xellug bit-throttle f’pożizzjoni kompletament magħluqa (fully closed).
  • Segwi l-passi kollha biex tiżgura moviment liberu tal-manku tat-throttle. Ħaddem il-manku tat-throttle biex tivverifika li jmur lura liberament għall-pożizzjoni ta’ waqfien (idle).
Ara Figura 2 . Żerżaq il-manku l-ġdid li jissaħħan tat-throttle fuq it-tarf tal-manubriju. Dawwar il-manku biex tivverifika li l-isplines ta’ ġewwa huma mqabbda mal-isplines ta’ barra fuq is-sensur tal-manku li jdur.
5. Installa l-koperturi tas-swiċċ. Issikka l-viti sakemm jidħlu tajjeb f’posthom.
6. Installa l-assemblaġġ tal-kontroll tal-brejk, iżda tissikkax.
7. Issikka l-koperturi tas-swiċċ.
a. Imbotta l-manku ’l ġewwa biex tivverifika li l-manku qiegħed kompletament f’postu.
b. Mexxi l-assemblaġġ tal-kopertura tas-swiċċ ’il ġewwa (lil hinn mill-manku) biex ikun issikkat u ma joqgħodx jilgħab. Wara, ressaq il-housing tas-swiċċ ’l barra 1-2 mm (0.040-0.08 pulzieri) biex tagħti ftit spazju fejn jilgħab.
c. Waqt li żżomm il-kopertura tas-swiċċ f’postha, issikka l-viti tal-kopertura tas-swiċċ għal 4,0–5,1 N·m (35–45 in-lbs).
d. Ivverifika li l-manku għandu kemmxejn spazju fejn idur u jilgħab ’l ġewwa u ’l barra.
e. Ivverifika li l-manubriju jdur u jerġa’ lura liberament.
8. Orbot il-viti tal-klamp tal-kontroll tal-brejk.
Momentum: 6,8–9,0 N·m (60–80 in-lbs)
9. Erġa’ vverifika r-rotazzjoni tal-manubriju u għal ftit spazju fejn jilgħab.
10. Ara Figura 1 u Figura 2 , li juru l-installazzjoni simili tal-kopertura tal-ġenb tax-xellug. Installa l-kontrolli tal-manubriju tan-naħa tal-lemin bl-istess mod.
TWISSIJA
Qabel ma tistartja l-magna, kun żġur li l-kontroll tat-throttle jinġibed lura lejn il-pożizzjoni idle wieqfa rilaxxat. Il-kontroll tat-throttle li ma jħallix il-magna milli jirritorna awtomatikament għall-idle jista’ jwassal għal telf ta' kontroll, li jistgħu jirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00390a)
11. Ivverifika li l-manku tal-lemin/throttle sleeve tista’ ddur u terġa’ lura liberament. It-tubu tal-manku m’għandux jagħqad mal-manubriju jew mal-kopertura tas-swiċċ.
NOTA
Is-sockets tat-terminal fis-sensur tal-manku li jdur jiġu poġġuti fuq naħa waħda. Il-pins jistgħu jiġu inseriti minn naħa waħda biss.
12. Permezz ta’ tnalja needle nose jew għodda simili, aqbad b’attenzjoni t-tab li tinsab fuq in-naħa fejn hemm il-wajer tal-plagg it-tonda tal-gomma fuq it-tarf tan-naħa ta’ barra tal-manku tat-throttle.
a. Daħħal il-plagg lura minn ġol-apertura tal-manku. Daħħal it-terminal pins fis-sockets fit-tarf tas-sensur tal-manku li jdur.
b. Agħfas il-plagg tal-gomma b’mod sod biex tivverifika li l-pins huma mdaħħlin sewwa ġewwa s-sockets.
13. Installa l-għatu tat-tarf tal-kromju fuq it-tarf tal-manku tat-throttle.
Konnessjoni mal-Wiring tal-Vettura
NOTA
  • Kun ċert li l-manki li jissaħħnu huma installati b’mod korrett. L-installazzjoni mhux korretta se tipproduċi sħana eċċessiva.
  • Il-vetturi jista’ jkollhom konnettur tal-enerġija aħdar jew iswed skont is-sena.
  • Il-manku tax-xellug u l-jumper harness jista’ jkun fihom konnettur aħdar jew iswed skont is-sena tal-produzzjoni.
  1. Segwi l-wiring eżistenti biex tgħaddi l-harness tal-wajer ewlieni tal-manku li jissaħħan minn mal-manku tax-xellug:
    1. minn ġo, matul jew madwar il-bracket tal-furketta,
    2. tul il-frejm tal-vettura,
    3. għal lokazzjoni ġenerali taħt is-sedil
  2. Ara Figura 8 . Uża ċineg tal-kejbil (9) mill-kit biex torbot il-wiring tal-manku mal-harnesses tal-wajers matul il-frejm tal-vettura.
Mudelli Touring 2014 u Wara
NOTA
Sakemm ma jkunx diġà installat, Harness tal-Konnessjoni Elettrika (Part Nru. 69200722 għall-Mudelli 2014-2016 jew 69201599 għall-mudelli 2017 u Mudelli ta’ Wara, huwa disponibbli separatament) għandu jkun installat skont l-istruzzjonijiet f’ dak il-kit.
1. Segwi l-istruzzjonijiet fil-Kit tal-Harness tal-Konnessjoni Elettrika biex:
a. Tgħaqqad (splice) il-wajer oranġjo/ abjadfil-kit tal-manku mal-wajer vjola/blu fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
b. Tgħaqqad (splice) il-wajer l-aħmar fil-kit tal-manku mal-wajer aħmar/blu fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
c. Tgħaqqad il-wajer l-iswedfil-kit tal-manku mal-wajer l-iswed fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
d. Installa l-għatu fil-ġenb tal-4-way pin tal-konnettur jekk mhux użat.
e. Itfa s-sħana (heat shrink) fuq l-isplices issiġillati.
f. Orbot il-wajer l-iswed bit-terminal taċ-ċirku ma’ kwalunkwe stud tal-ert fuq il-frejm. Ipproċedi għat-TLESTIJA.
Mudelli Softail 2016 u Wara
NOTA
Jeħtieġ ix-xiri separat ta’ Harness tal-Konnessjoni Elettrika (H-D Part Nru 72673-11 ).
1. Illoka l-konnettur tad-Digital Technician [91A] (konnettur tal-pin griż six-way tad-Deutsch b’boot tal-gomma) taħt is-sedil. Poġġi l-Harness tal-Konnessjoni Elettrika fil-konnettur [91A], imma TIKKONNETTJAHX issa.
2. Agħddi l-wajers tal-manku li jissaħħan għal fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika. TAQTAX l-in-line fuse holder li hemm fuq il-wajer l-aħmar, imma aqta’ l-wajers għal tul addattat biex jilħqu tajjeb għal mal-konnetturi tal-isplice issiġġillati fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
3. Agħqqad (splice) il-wajer l-iswed tal-manku mal-wajers is-suwed fil-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
4. Agħqqad (splice) il-wajer oranġjo/abjad tal-manku mal-wajers ħomor/sofor fil-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
5. Agħqqad (splice) il-wajer l-aħmar fil-kit manku tal-idejn mal-wajers ħomor/blu li jinsabu fuq il-Harness b’Konnessjoni Elettrika.
6. Uża heat gun jew tagħmir ieħor li jagħti sħana radjanti adattat biex tgħaqqad (shrink) il-konnettur mal-wajers.
7. Iġbed il-boot tal-gomma ’l barra minn mal-konnettur tal-pin tad-Digital Technician il-griż [91A]. Aqta’ l-boot minn fuq il-wajers.
8. Ikkonnettja l-kopertura tas-socket tal-Harness tal-Konnessjoni Elettrika għal mal-konnettur [91A].
9. Daħħal il-boot tal-gomma fil-konnettur il-miftuħ tal-pin tal-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
10. Ħoll ftit jew neħħi l-erba’ viti li jżommu l-ECM mal-bracket tal-immuntar. Daħħal il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika taħt il-konnettur tal-ECM. Issikka l-erba’ l-viti.
Momentum: 5,1–6,2 N·m (45–55 in-lbs) Hex socket screw (Vit eżagonali)
11. Itfa s-sħana (heat shrink) fuq l-isplices issiġillati.
12. Orbot il-wajer l-iswed bit-terminal taċ-ċirku ma’ kwalunkwe stud tal-ert fuq il-frejm. Ipproċedi għat-TLESTIJA.
TLESTIJA
NOTA
TWETTAQX il-passi li ġejjin qabel ma jkunu ġew installati l-mankijiet li jissaħħnu u l-wiring kollu relatat skont din il-folja tal-istruzzjonijiet.
1. Ivverifika li l-manku tal-lemin/throttle sleeve tista’ ddur u terġa’ lura liberament. It-tubu tal-manku m’għandux jagħqad mal-manubriju jew mal-kopertura tas-swiċċ. TOPERAX il-vettura jekk it-throttle ma jkunx jiffunzjona tajjeb.
2. Ivverifika li l-manubriju idur liberament u b'mod sħiħ mill-lemin għax-xellug mingħajr ma jiġbed fuq il-wajers.
NOTA
Biex tevita l-possibbiltà li ssir ħsara fis-sistema tas-sound, ivverifika li s-swiċċ tal-ignixin huwa MITFI qabel tinstalla l-fjus prinċipali.
1. Ivverifika li s-swiċċ tal-ignition qiegħed fil-pożizzjoni OFF. Ara l-manwal tas-servizz biex tinstalla l-fjus prinċipali.
2. Installa t-tank tal-fjuwil skont il-manwal tas-servizz. Installa kwalunkwe komponent ieħor tal-vettura li tneħħa qabel skont il-manwal tas-servizz jew l-istruzzjonijiet tal-kit.
TWISSIJA
Wara l-installazzjoni tas-sedil, iġbed ’il fuq is-sedil biex tiżgura li jkun illokkjat f’postu. Waqt is-sewqan, sedil laxk jista’ jiċċaqlaq u jikkawża t-telf tal-kontroll, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00070b)
3. Ara l-manwal tas-servizz biex tinstalla s-sedil.
NOTA
  • Biex jiġi evitat milli taqa’ l-batterija, dawn il-mankijiet huma mfassla biex jiffunzjonaw biss meta l-magna tkun imqabbda. Il-mankijiet jipproduċu sħana massima bil-magna mqabbda fuq cruising speed.
  • Is-settings tas-sħana fuq l-arloġġ tal-kontroll tal-manku li jissaħħan juru medda minn 1 (minimu) sa 6 (massimu).
4. Qabel ma tqabbad il-vettura, iċċekkja li l-mankijiet mhux qed jipproduċu sħana.
5. Qabbad il-magna. Iċċekkja l-mankijiet -idejn f’kull setting għal tisħin xieraq. Żgura li l-manki tal-idejn ma jipproduċux sħana fis-setting mitfi (off).
Troubleshooting
Ara Figura 7 għal dijagramma skematika tal-manku tal-idejn imsaħħan.
Il-Mankijiet Ma Jipproduċux Sħana
1. Ara Figura 1 . Iċċekkja li l-wajers huma mgħoddija kif suppost. Il-harness ewlieni tal-manku trid tiġi mgħoddija ’l barra mill-kopertura tas-swiċċ. Jekk il-wajers ġew mgħoddija minn ġewwa, żarma l-kopertura tas-swiċċ tan-naħa tax-xellug tal-manubriju u spezzjona biex tara hemmx wajers maqrusa. Jekk l-wajers jinqarsu, ibdel l-manku tan-naħa tax-xellug u rrepeti l-proċess tal-installazzjoni bir-routing tal-wajer mgħoddi kif suppost.
2. Iċċekkja l-konnessjonijiet tal-wajers oranġjo/abjad, aħmar/iswed tal-harness tal-wajer prinċipali tal-manku.
  1. Jekk xi konnessjoni tkun bil-ħsara, laxka jew dgħajfa, sewwi l-konnessjoni. Ittestja l-mankijiet.
  2. Jekk l-konnessjonijiet kollha huma korretti, kompli bil-pass li jmiss.
3. Neħħi l-manku tax-xellug minn mal-manubriju.
4. Skonnettja l-konnettur fuq il-manku tax-xellug minn mal-harness tal-wajer tal-manku tal-lemin.
5. Iċċekkja l-kontinwità bejn iż-żewġ konnetturi fil-manku tax-xellug. Jekk it-test juri kontinwità, l-mankijiet huma funzjonali.
6. Neħħi s-sedil skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz.
7. Startja l-vettura.
8. Iċċekkja għal 12 VDC tul il-wajers ħomor u suwed tal-harness tal-wajer prinċipali tal-manku.
  1. Jekk it-12 VDC ma tkunx preżenti matul il-wajers, iċċekkja l-fjus (14) fil-harness tal-wajer u ibdlu jekk huwa mtajjar.
  2. Jekk ma jkunx hemm 12 VDC, ibdel il-manku u l-harness tal-wajer tan-naħa tax-xellug u ttestja l-mankijiet.
Il-Mankijiet Jipproduċu Sħana bis-Swiċċ tal-Ignixin (Ċavetta) Mitfi (Off)
Jekk il-mankijiet jipproduċu s-sħana meta s-swiċċ tal-ignixin ikun mitfi (Off), allura jew il-wajers tal-mankijiet ġew ikkonnettjati ħażin mal-vettura, jew inkella l-manku u l-harness tal-wajer tan-naħa tax-xellug huma difettużi.
Iċċekkja b'attenzjoni l-konnessjonijiet kollha tal-wajers tal-manku li jissaħħan fuq il-vettura. Jekk il-konnessjonijiet huma korretti, ibdel il-harness tal-wajer prinċipali tal-manku li jissaħħan, u wara ttestja l-mankijiet.
1Manku tan-naħa tax-xellug
2Kontroll tas-sħana
3Pożittiv mas-circuit breaker ewlieni jew mal-konnettur pożittiv (+) tal-batterija
4Fjus
5Pożittiv mal-enerġija (power) tal-aċċessorju
6Ert negattiv (Negative Ground)
7Manku tan-naħa tal-lemin
Figura 7. SKEMATIKA TAL-MANKU LI JISSAĦĦAN
PARTS TAS-SERVICE
Figura 8. Parts tas-Service, Kits Tal-Manku Li Jissaħħan
PARTS TAS-SERVICE
Tabella 1. Parts tas-Service
Kitt
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
Kitt 56100263
Mankijiet Li Jissaħħnu bid-Disinn tal-Fjamma
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin (jinkludi Item 3)
Mhux Mibjugħ
3
  • Għatu tat-tarf, manku tan-naħa tal-lemin
55940-08
Kitt 56100267
Kromju u Gomma
(Dijametru żgħir)
Mankijiet Li Jissaħħnu
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin (jinkludi Item 3)
Mhux Mibjugħ
3
  • Għatu tat-tarf, manku tan-naħa tal-lemin
55950-08
Kitt 56100257
Kromju fit-Tond u
Mankijiet Li Jissaħħnu tal-Gomma
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin (jinkludi Item 3)
Mhux Mibjugħ
3
  • Għatu tat-tarf, manku tan-naħa tal-lemin
55949-08
Kitt 56100260
Kollezzjoni Skull (Kranju)
Mankijiet Li Jissaħħnu
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin (jinkludi Item 3)
Mhux Mibjugħ
3
  • Għatu tat-tarf, manku tan-naħa tal-lemin
55957-08
Kitt 56100258
Kollezzjoni Slipstream
Mankijiet Li Jissaħħnu
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin
Mhux Mibjugħ
3
  • Għatu tat-tarf, manku tan-naħa tal-lemin
56100024
Kitt 56100255
Kollezzjoni Streamliner
Mankijiet Li Jissaħħnu
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin
Mhux Mibjugħ
Kitt 56100253
Kollezzjoni Airflow
Mankijiet Li Jissaħħnu
1
Manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ
2
Manku li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin
Mhux Mibjugħ
Items komuni
għall-Kits KOLLHA
4
Konnettur tal-isplice issiġillat (2)
70586-93
5
Terminal taċ-ċirku, #10 (2)
9857
6
Terminal taċ-ċirku, 1/4 pulzier (2)
9858
7
Terminal taċ-ċirku, 5/16 pulzier
9859
8
Harness tal-wajer, estensjoni, twil 13-il pulzier (330 mm)
69201703
9
Ċinga tal-kejbil, sewda, twila 7.75 pulzier (197 mm)
10006
10
Wajer, adapter tal-blokka tal-fjus
70329-04
11
Harness tal-wajer, adapter
70310-04
12
Clip, retainer tal-wajer (4)
70345-84
13
Fjus, tat-tip "mini" blade, 2 Amp (griż) (għall-blokka tal-fjus tal- vettura)
54305-98
14
Fjus, ta’ tip "mini" blade, 5 Amp (kannella ċar) (għall-inline fuse holder)
(NOTA: Fjus ta’ 4 Amp huwa permissibbli f’din il-pożizzjoni)
72331-95
15
Harness tal-wajer, twil 30 pulzier (0.76 M)
69201713
16
Kopertura tas-socket, 2-way (iswed)
72912-01BK
17
Terminal tas-socket (2)
72991-01