KITS TAL-MANKU LI JIĠI MSAĦĦAN
J029832023-11-10
ĠENERALI
Numri tal-Kits
56047-03C, 56107-03B, 56174-03C, 56196-03C, 56512-02C, 56619-03B, 56694-04A, 56750-04B, 56822-03A, 56825-03A, 56828-03B, 56923-05, 56926-05A, 56997-07A, 56100030, 56100111, 56100254, 56100256, 56100259, 56100261, 56100262, 56100264, 56100266, 56100268, 56100358, 56100363
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-katalgu tal-bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
NOTA
Kull kit fih par wieħed ta' mankijiet li jissaħnu flimkien ma’ parts ta’ konnessjoni ( ara Figura 22 u . Tabella 1 ).
Dawn il-Kits tal-Mankijiet li Jissaħħnu mhumiex kompatibbli ma’ manubriji li għandhom wajers għaddejjin minn ġewwa.
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
Mudelli Softail 2011 u wara, mudelli Dyna tal-2012 u wara u mudelli Sportster tal-2014 u wara jeħtieġu xiri separat ta' Harness tal-Konnessjoni Elettrika (Part ta’ H-D Nru. 72673-11).
UltraTorch UT-100 (HD-39969), Robinair Heat Gun (HD-25070) bil-Heatshrink Attachment (HD-41183), jew xi tagħmir ieħor ta' sħana radjanti adattat huwa meħtieġ għall-installazzjoni kif suppost ta' dan il-kit.
L-installazzjoni ta' dan il-kit teħtieġ l-użu ta' għodda għat-terminal crimping, flimkien ma’ parts u provvisti oħra. Electrical Contact Lube (H-D Part Nru. 99861-02) jew ekwivalenti, huwa meħtieġ wara li jiġi skonnettjat il-kejbil tal-batterija. Dawn l-oġġetti huma disponibbli mingħand aġent ta’ Harley Davidson.
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tirreferi għal-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Manwal tas-servizz għal mutur ta’ din is-sena/mudell huwa meħtieġ għal din l-installazzjoni u huwa disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley-Davidson.
Tagħbija Elettrika Żejda
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
TWISSIJA
Meta tinstalla xi aċċessorju elettriku, kun ċert li ma jaqbiżx il-klassifikazzjoni massima tal-amperage tal-fuse jew tas-circuit breaker li jipproteġi ċ-ċirkwit l-affettwat li jkun qed jiġi modifikat. Li teċċedi l-amperage massimu jista’ twassal għal ħsarat elettriċi, li jistgħu jirriżultaw f’mewt jew korriment serju. (00310a)
Il-kit tal-manku li jissaħħan jeħtieġ sa 2.8 A kurrent addizzjonali mis-sistema elettrika.
Parts tas-Service
TNEĦĦIJA
Preparazzjoni
NOTA
Għall-vetturi mgħammra b’sirena tas-sigurtà:
  • Ivverifika li l-hands-free fob hija preżenti.
  • Dawwar it-swiċċ tat-tqabbid fuq ON.
Għall-mudelli VRSC biss: Neħħi l-għatu tal-aluminju tal-air box skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz.
Ara l-manwal tas-servizz biex tneħħi l-fjus prinċipali.
Għal mudelli EFI MINBARRA VRSC:
TWISSIJA
Biex tipprevjeni l-isprej tal-fjuwil, saffi sistema tal-fjuwil bi pressjoni għolja qabel ma’ taqla’ l-linja tas-supply. Il-gażolina hija estremament fjammabbli u tisplodi faċilment, u tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00275a)
Segwi l-manwal tas-servizz biex tnaddaf u tiskonnettja l-linja tal-provvista tal-fjuwil.
Għal vetturi bi fjus prinċipali:
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
  1. Ara l-manwal tas-servizz biex tneħħi l-fjus prinċipali. Aqla’ u żomm s-sedil u l-apparat kollu wżat fil-muntaġġ.
Għal vetturi b’circuit breaker prinċipali:
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li tista’ tikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja n-negattiv (-) tal-kejbil tal-batterija qabel ma tipproċedi. (00048a)
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tneħħi s-sedil u tiskonnettja l-kejbil negattiv (iswed) tal-batterija minn mat-terminal negattiv tal-batterija. Żomm il-hardware kollu tal-immuntar tas-sedil.
Għal mudelli bil-korboratur:
TWISSIJA
Gażolina tista’ toħroġ mill-karburatur tal-fjuwil meta jinqala’ minn mal-fitting tal-valvola tal-fjuwil. Il-gażolina hija estremament fjammabbli u tisplodi faċilment, u tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. Imsaħ immedjatament il-karburant li jixtered u iddisponi miċ-ċraret b'mod xieraq. (00256a)
  1. Aqleb il-valvola tal-provista tal-fjuwil fuq OFF (mitfija). Neħħi l-linja tal-fjuwil minn mal-valvola.
Għall-mudelli KOLLHA MINBARRA VRSC:
TWISSIJA
Meta tagħti service lis-sistema tal-karburant, tpejjipx jew tippermettix li jkun hemm fjamma miftuħa jew xrar fil-viċinanzi. Il-gażolina hija estremament fjammabbli u tisplodi faċilment, u tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00330a)
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tneħħi t-tagħmir ċentrali li jikkontrolla l-istrument (console) (jekk ikun mgħammar) minn mat-tank tal-fjuwil.
  2. Ara t-taqsima relatata (Bil-Karborant jew Magna EFI) tal-manwal tas-servizz għall-istruzzjonijiet tat-tneħħija tat-tank tal-fjuwil.
  3. Għall-mudelli FLHR jew għall-mudelli FL Softail tal-1996 u wara bil-Chrome Headlight Nacelle Kit (H-D Part Nru. 67907-96): Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tneħħi l-kappa (shroud) tal-manubriju.
Tneħħija tal-Manku Attwali
Għall-Mudelli KOLLHA:
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tneħħi l-assemblaġġ tal-kopertura tas-swiċċ tan-naħa tal-lemin tal-manubriju. Dan huwa meħtieġ biex taċċessa l-kejbils tat-throttle.
  2. Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tiskonnettja l-kejbils tat-throttle u tneħħi l-assemblaġġ tal-cover tal-manku/throttle eżistenti. Wara t-tneħħija, kun żgur li t-tarf tal-manubriju huwa nadif u lixx.
  3. Ħoll ftit imma taqlax iż-żewġ viti bil-washers ċatti li jorbtu l-clamp tan-naħa tax-xellug tal-manubriju mal-bracket tal-lieva tal-klaċċ.
  4. Neħħi l-viti ta’ fuq u t’isfel tal-kopertura tas-swiċċ.
  5. Neħħi l-manku tan-naħa tax-xellug tal-manubriju. Jekk il-manku huwa tat-tip imwaħħal bil-kolla, b'attenzjoni, aqtgħu minn mal-manubriju permezz ta’ xafra taqta' jew sikkina.
  6. Jekk mgħammar b'kopertura tal-manubriju, riser cover jew fairing fuq barra, irreferi għall-manwal tas-servizz u jekk meħtieġ aqla’ biex taċċessa l-passaġġ minn fejn għaddej il-wajer minn ġol-clamp tan-naħa ta’ fuq tal-furketta.
INSTALLAZZJONI TAL-MANKU LI JISSAĦĦAN
  1. Ara Figura 22 u Tabella 1 . Ara sew jekk l-estensjoni (7) tal-harness tal-wajer hijiex meħtieġa għal din l-installazzjoni:
  • Żomm il-cover tal-manku/throttle li jissaħħan tan-naħa tal-lemin u l-harness tal-wajer fil-pożizzjoni tul it-tarf ta’ barra tal-manubriju daqslikieku l-assemblaġġ kien installat fuq il-manubriju. Il-konnettur fit-tarf tal-harness tal-wajer fuq il-manku/cover irid jestendi lil hinn mit-tarf tan-naħa tax-xellug tal-manubriju.
  • Jekk il-konnettur jestendi ’l barra mit-tarf oppost tal-manubriju, tista’ tarmi l-estensjoni.
  • Jekk il-konnettur ma jestendix lil hinn mit-tarf oppost tal-manubriju, qabbad l-estensjoni mat-tarf tal-harness tal-wajer tal-manku tan-naħa tal-lemin.
NOTA
Pressjoni tal-arja jew fish tape elettriku jistgħu jintużaw biex tgħaddi l-harness tal-wajer kompletament minn ġol-manubriju.
Jekk tuża l-fish tape, qabbad it-tarf tal-fish tape mal-konnettur u waħħal tajjeb bit-tape.
Xi manubriji li għandhom il-wajers għaddejjin minn ġewwa fihom, bħal chiseled jew mudelli bis-sinjali tad-direzzjoni immuntati fuq il-manubriji, jista’ jkollhom bżonn li jsirilhom de-pinning tal-konnettur tal-manku li jissaħħan.
Ħu ritratt tal-konnetturi kollha biex tirreferi għalih meta terġa’ tiġi biex tagħmel assemblaġġ qabel tagħmel de-pinning.
Biex tgħin fil-ġbid tal-wajers, sprejja jew għorok b’ilma bis-sapun
1. Neħħi l-clips li jorbtu l-wajers li jistgħu jkunu qed iżommu l-harness tas-swiċċ tal-manubriju mal-manubriju
2. Għaddi l-konnettur u l-wajer minn ġol-cover tal-manku/throttle li jissaħħan għal ġewwa n-naħa tal-lemin tal-manubriju, waqt li tibqa’ għaddej sa ġewwa u toħroġ fuq in-naħa tax-xellug tal-manubriju.
3. Installa l-cover tal-manku/throttle li jissaħħan, il-kejbils tat-throttle u l-kopertura tas-swiċċ fuq in-naħa tal-lemin tal-manubriju skont il-proċeduri fil-manwal tas-servizz.
4. Neħħi l-anell iswed min-naħa ta’ ġewwa tal-manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug (1). Daħħal il-konnettur tal-manku tan-naħa tal-lemin għal ġol-konnettur tal-manku tan-naħa tax-xellug.
5. Uża strixxa masking tape jew grease pencil biex timmarka l-manubriju 120 mm (4 3/4 pulzier) mit-tarf tan-naħa tax-xellug.
NOTA
Naddaf tajjeb il-manubriju biex tneħħi l-adeżiv kollu li jifdal.
Jekk il-mankijiet tal-manubriju huma disinjati, allinja d-disinn fuq il-manku tax-xellug mad-disinn fuq il-manku tal-lemin waqt li t-throttle ikun fil-pożizzjoni kompletament magħluqa.
TWISSIJA
Tillubrikax il-gripp tal-handlebar tax-xellug qabel l-installazzjoni. Il-lubrikazzjoni tal-gripp tista’ twassal sabiex tinqala’ qabel is-sewqan li jista’ jikkawża t-telf tal-kontroll u jwassal għal mewt jew korriment serju. (00315a)
6. Jekk ammont sostanzjali ta’ wajers mill-manku tax-xellug jestendi mit-tarf tax-xellug tal-manubriju, uża oġġett li ma jaqtax, li hu flessibbli (bħal ma’ hu pajp dejjaq tal-lastiku) f’id waħda biex bil-mod iddaħħal il-wajer ġewwa l-manubriju, filwaqt li tuża idek l-oħra biex iżżerżaq il-manku f’postu ħdejn it-tarf tal-manubriju.
7. Neħħi l-oġġett flessibbli minn ġol-manubriju u b’attenzjoni sslajdja l-manku tax-xellug fuq il-manubriju, filwaqt li toqgħod attent li ma tgħaffiġx, toqros jew b’xi mod tagħmel ħsara fil-wajers ġewwa l-manubriju. Imbotta l-manku ġol-manubriju sal-marka li saret f’Pass Nru. 6.
8. Ara Figura 1 . Ippożizzjona l-manku tax-xellug fuq il-manubriju biex il-flange li jorbot (1) jista’ jiġi installat b’mod sod fil-kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ (2).
1Flange li jorbot
2Għaddi l-harness prinċipali tal-manku minn fuq barra u taħt il-kopertura tas-swiċċ.
Figura 1. Manku li Jissaħħan (Naħa tax-Xellug)
AVVIŻ
Tqabbadx il-main tal-manubriju taħt il-housing tal-iswiċċ. Wajers imqabbdin ġewwa l-housing tal-iswiċċ jista ' jirriżulta f’short circuits u ħsara fit-tagħmir. (00369a)
9. Għaddi l-harness prinċipali tal-manku li jissaħħan minn taħt il-kopertura tas-swiċċ (2).
10. Ara Figura 22 . Jekk hemm toqob fuq il-qiegħ tal-manubriju tan-naħa tax-xellug, installa clips li jżommu l-wajer (11) mill-kit għal ġot-toqob. Aqfel il-harness tal-wajer mal-clips. Jekk ma hemmx toqob , uża ċineġ tal-kejbil (8) biex torbot il-harness tal-wajer mal-manubriju.
11. Orbot l-kopertura tas-swiċċ mal-manku u l-manubriju skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz.
12. Segwi l-wiring eżistenti biex tgħaddi l-harness tal-wajer ewlieni tal-manku li jissaħħan: Għall-mudelli VRSC tal-2006 u wara biss: Għaddi l-wajer l-iswed għal ħdejn it-terminal negattiv tal-batterija. Għall-mudelli kollha VRSC: Għaddi l-wajer l-aħmar għal ħdejn it-terminal pożittiv tal-batterija.
a. Minn ġo, matul jew madwar il-clamp tan-naħa ta’ fuq tal-furketta
b. Matul il-frejm tal-mutur, f’lokazzjoni ġenerali taħt is-sedil
13. Ara Figura 22 . Uża ċineg tal-kejbil (8) mill-kit biex torbot il-wiring tal-manku li jissaħħan mal-harnesses tal-wajers matul il-frejm tal-vettura.
KONNESSJONI TAL-HARNESS - ĠENERALI
Hu meħtieġ li jsir tgħaqid (splicing) tal-wajers fl-installazzjoni tal-mankijiet li jissaħħnu fuq il-mutur. Sib l-istruzzjonijietgħall-mudell speċifiku fit-taqsimiet li jsegwu. Irreferi għall-appendiċi tal-manwal tas-servizz għall-proċeduri tajbin kif isiru l-ġonot jew tgħaqid (splicing).
TWISSIJA
Kun żgur li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur meta tuża l-UltraTorch UT-100 jew xi apparat ieħor ta ' sħana radjanti. Nuqqas milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur jista’ jikkawża nar, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00335a)
  • Evita milli tidderieġi sħana lejn xi komponent tas-sistema tal-fjuwil. Sħana estrema tista’ twassal għal nar li jaqbad bil-fjuwil/splużjoni li jirriżultaw f’mewt jew f'korriment serju.
  • Evita milli tidderiġi sħana lejn xi komponent tas-sistema elettrika ħlief għall-konnetturi li fuqhom qed isir xogħol ta’ heat shrink.
  • Dejjem żomm idejk ’il bogħod miż-żona tal-ponta tal-għodda u l-heat shrink attachment.
Mudelli Softail tal-2011 - 2015: Ara s-sezzjoni li jmiss.
Il-Mudelli l-OĦRAJN KOLLHA: Ipproċedi għal KONNESSJONI BIL-WAJER ISWED għal mudell speċifiku.
KONNESSJONI TAL-HARNESS: MUDELLI SOFTAIL TAL-2011-2015, MUDELLI DYNA TAL-2012-2017 U MUDELLI SPORTSTER TAL-2014 U WARA
NOTA
Jeħtieġ ix-xiri separat ta' Harness tal-Konnessjoni Elettrika (H-D Part Nru. 72673-11).
1. Illoka l-konnettur tad-Digital Technician [91A] (konnettur tal-pin griż six-way tad-Deutsch b’boot tal-gomma) taħt is-sedil. Poġġi l-Harness tal-Konnessjoni Elettrika fil-konnettur [91A], imma TIKKONNETTJAHX għalissa.
2. Agħddi l-wajers tal-manku li jissaħħan għal fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika. TAQTAX l-in-line fuse holder li hemm fuq il-wajer l-aħmar, imma aqta’ l-wajers għal tul addattat biex jilħqu tajjeb għal mal-konnetturi tal-isplice issiġġillati fuq il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
3. Agħqqad (splice) il-wajer l-iswed tal-manku mal-wajers is-suwed fil-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
4. Agħqqad (splice) il-wajer oranġjo/abjad tal-manku mal-wajers ħomor/sofor fil-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
5. Agħqqad (splice) il-wajer l-aħmar fil-kit manku tal-idejn mal-wajers ħomor/blu li jinsabu fuq il-Harness b’Konnessjoni Elettrika.
6. Uża heat gun jew tagħmir ieħor li jagħti sħana radjanti adattat biex tgħaqqad (shrink) il-konnettur mal-wajers.
7. Iġbed il-boot tal-gomma ’l barra minn mal-konnettur tal-pin tad-Digital Technician il-griż [91A]. Aqta’ l-boot minn fuq il-wajers.
8. Ikkonnettja l-kopertura tas-socket tal-Harness tal-Konnessjoni Elettrika għal mal-konnettur [91A].
9. Daħħal il-boot tal-gomma fil-konnettur il-miftuħ tal-pin tal-Harness tal-Konnessjoni Elettrika.
10. Ħoll ftit jew neħħi l-erba’ viti li jżommu l-ECM mal-bracket tal-immuntar. Daħħal il-Harness tal-Konnessjoni Elettrika taħt il-konnettur tal-ECM. Orbot tajjeb l-erba’ viti. Issikka.
Momentum: 5,1–6,2 N·m (45–55 in-lbs)
11. Ipproċedi lejn is-sezzjoni IRRITORNA GĦAS-SERVIZZ .
KONNESSJONI TAL-ERT BIL-WAJER ISWED
Mudelli Dyna tal-2011 u Qabel
  1. Neħħi l-iskorfina mill-vit tal-ert, fuq in-naħa ta’ fuq tal-frejm, taħt is-sedil ħdejn it-tank tal-fjuwil.
  2. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tal-ert.
  3. Ara Figura 2 . Aqta’ l-wajer iswed fuq l-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan biex tilħaq faċilment il-lokazzjoni tal-ert, u oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda għal crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  4. Installa t-terminal tal-anell mal-konnessjoni tal-ert. Orbot tajjeb skont l-ispeċifikazzjoniji tat-torque fil-manwal tas-servizz.
  5. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Il-harness tal-fanal ta’ wara (wajer oranġjo/abjad)
2Terminal tal-ert (wajer iswed)
Figura 2. Enerġija u Konnessjonijiet tal-Ert (Mudelli Dyna)
Mudelli Softail tal-2010 u Qabel
  1. Neħħi l-vit tal-ert fuq in-naħa ta’ fuq tal-frejm, taħt is-sedil ħdejn it-tank tal-fjuwil.
  2. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tal-ert.
  3. Aqta’ l-wajer iswed fuq l-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan biex tilħaq faċilment il-lokazzjoni tal-ert, u oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda għal crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  4. Ara Figura 3 . Installa t-terminal tal-anell mal-kamini tal-vit tal-ert. Orbot il-vit tal-ert mal-frejm (2). Orbot tajjeb skont l-ispeċifikazzjoniji tat-torque fil-manwal tas-servizz.
  5. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Il-harness tal-fanal ta’ wara (wajer oranġjo/abjad)
2Terminal tal-ert (wajer iswed)
3Batterija
Figura 3. Enerġija u Konnessjonijiet tal-Ert (Mudelli Softail)
Mudelli Sportster tal-2013 u Qabel
  1. Neħħi l-cover tal-ġenb tal-elettriku fuq in-naħa tax-xellug ħdejn il-batterija.
  2. Għaddi l-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan min-naħa ta’ fuq tal-frejm taħt is-sedil għal fuq is-circuit breaker fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-cover tal-ġenb tal-elettriku.
  3. Ara Figura 4 . Neħħi l-vit tal-ert (1), li jinsab:
  • Taħt is-sedil fuq xi mudelli tal-1996-2003
  • Ħdejn is-swing arm fuq mudelli tal-1995 jew qabel, u mudelli tal-1996-2003 mingħajr vit taħt is-sedil
  • Fuq il-magna ħdejn l-istarter fuq mudelli tal-2004 u wara
  1. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tal-ert.
  2. Aqta’ l-wajer iswed fuq l-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan biex tilħaq faċilment il-lokazzjoni tal-ert, u oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda għal crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  3. Installa t-terminal tal-anell mal-kamini tal-vit tal-ert. Orbot il-vit tal-ert fil-lokazzjoni oriġinali, u aqfel tajjeb skont l-ispeċifikazzjoni tat-torque fil-manwal tas-servizz.
  4. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Viti tal-ert (wajer iswed)
Figura 4. Konnessjonijiet tal-Ert (Mudelli Sportster)
Mudelli Touring tal-2003 u Qabel
TWISSIJA
L-ewwel skonnettja n-negative (-) cable tal-batterija. Jekk il-pożittiv (+) tal-kejbil jikkuntattja l-ground li jkun bil-kejbil negattiv (-) konness miegħu, ix-xrar li jirriżulta jista ' jikkawża l-isplużjoni tal-batterija, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00049a)
1. Jekk il-kejbil negattiv tal-batterija MA KIENX skonnettjat fil-bidu tal-installazzjoni, irreferi għall-manwal tas-servizz biex tneħħi s-sedil u tiskonnettja l-kejbil negattiv (iswed) tal-batterija minn mat-terminal negattiv tal-batterija. Żomm il-hardware kollu tal-immuntar tas-sedil.
2. Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tiskonnettja l-kejbil pożittiv tal-batterija. Aqla’ l-batterija.
NOTA
Il-wajer iswed irid jibqa’ twil biżżejjed biex il-batterija tkun tista’ tidħol sewwa f’postha mingħajr ma’ tiġbed jew tissikka l-wajer.
3. Ara Figura 5 . Aqta’ l-wajer l-iswed fuq il-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan biex ikun jista’ jilħaq faċilment il-vit (2) tal-ert li jinsab taħt is-circuit breaker fil-post fejn tidħol il-batterija taħt is-sedil.
4. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tal-ert.
1Circuit breaker b’terminal tal-fidda (wajer aħmar)
2Terminal tal-ert (wajer iswed)
Figura 5. Konnessjonijiet (bil-batterija mneħħija) - Mudelli Touring tal-2003 jew Qabel (FLHTCU tal-2003 muri)
5. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
6. Installa t-terminal tal-anell mal-vit tal-ert. Orbot tajjeb skont l-ispeċifikazzjoniji tat-torque fil-manwal tas-servizz.
7. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
Mudelli Touring tal-2004-2007
  1. Sib il-vit tal-ert tax-chassis tal-harness prinċipali (hemm tnejn, taħt is-sedil quddiem il-batterija).
  2. Neħħi l-iskorfina minn wieħed mill-viti tal-ert tax-chassis.
  3. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tal-ert.
  4. Aqta’ l-wajer l-iswed fuq il-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan biex ikun jista’ jilħaq faċilment il-lokazzjoni tal-ert. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  5. Installa t-terminal tal-anell mal-konnessjoni tal-ert. Orbot tajjeb skont l-ispeċifikazzjoniji tat-torque fil-manwal tas-servizz.
  6. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
Mudelli V-Rod tal-2006 u Qabel
1. Ara Figura 6 . Neħħi l-vit (1, taħt is-sedil) li jorbot is-swiċċ tal-ignixin (2) man-naħa tal-lemin tal-frejm.
2. Qaxxar iż-żebgħa min-naħa ta’ fuq tal-frejm minfejn tneħħa l-vit, biex tipprovdi kuntatt aktar b’saħħtu mal-ert.
3. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tas-swiċċ tal-ignixin.
4. Aqta’ l-wajer l-iswed fuq il-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan biex ikun jista’ jilħaq faċilment il-lokazzjoni tal-ert. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
5. Installa t-terminal tal-anell tal-wajer iswed fuq il-kamini tal-vit tas-swiċċ tal-ignixin. Installa l-vit fis-swiċċ tal-ignixin. Issikka.
Momentum: 6–10 N·m (53–88 in-lbs)
6. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Vit
2Swiċċ tal-Ignition
Figura 6. Konnessjoni tal-Ert (Mudelli V-Rod tal-2006 u Qabel)
Mudelli V-Rod tal-2007 u Wara
Il-wajer iswed tal-harness tal-manku li jissaħħan jikkonnettja direttament mat-terminal negattiv tal-batterija.
1. Agħżel it-terminal tal-anell it-tajjeb (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-fastener tat-terminal negattiv fuq il-batterija.
2. Aqta’ il-wajer iswed tal-harness tal-manku li jissaħħan sa ma jkun ilaħħaq faċilment mat-terminal negattiv tal-batterija. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
3. Orbot it-terminal tal-anell tal-wajer l-iswed mal-arblu tal-immuntar tat-terminal negattiv fuq il-batterija. Orbot tajjeb il-fastener tat-terminal. Issikka.
Momentum: 7–10 N·m (60–96 in-lbs)
Għall-Mudelli KOLLHA:
Ivverifika li l-wajer iswed hu merħi biżżejjed biex il-moviment tal-manubriju ma jiġix mxekkel.
Ipproċedi għal- KONNESSJONI BIL-WAJER ORANĠJO/ABJAD sezzjoni għall-mudell speċifiku.
IL-KONNESSJONI TAL-WAJER ORANĠJO/ABJAD GĦAL MAS-SORS TAL-ENERĠIJA BIS-SWIĊĊ
Uża d-dijagrammi tal-wajering tal-manwali tas-servizz għal mudell speċifiku u sena ta’ vettura biex issib is-sors ta' enerġija li jieħu l-enerġija mis-swiċċ tal-ignixin.
Mudelli Dyna tal-2003 u Qabel
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa wajer tal-kurrent oranġjo/abjad (O/W) tal-harness prinċipali li jinsab ġewwa l-cover tal-ġenb tal-elettriku.
  1. Neħħi l-cover tal-ġenb tal-elettriku fuq in-naħa tax-xellug, ħdejn il-batterija.
  2. Ara Figura 2 . Iftaħ b’attenzjoni parti mill-għata tal-harness prinċipali ġewwa l-cover tal-ġenb f’punt aċċessibbli, u aqta’ wajer tal-kurrent oranġjo/abjad għall-harness prinċipali.
  3. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajers maqtugħin oranġjo/abjad ġewwa l-cover tal-ġenb.
  4. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , it-tnejn fil-konfigurazzjoni ta’ splice wieħed. Għaqqad (splice) l-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajers oranġjo/abjad tal-harness prinċipali skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  5. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
11 ġewwa splice 1
22 ġewwa splice 1
33 ġewwa splice 1
Figura 7. Konfigurazzjonijiet tal-iSplice
Mudelli Dyna tal-2004-2011
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa fjus miftuħ fuq il-fuse panel. Ara s-sezzjoni tal-FUSES fil-manwal tas-servizz u d-dijagramma tal-wiring korrett fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  1. Neħħi l-cover tal-ġenb tal-elettriku fuq in-naħa tax-xellug ħdejn il-batterija, billi taqbad b’mod sod iż-żewġ naħat u tiġbed ’l barra.
  2. Neħħi l-panel tal-elettriku mill-vettura skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz.
  3. Ara Figura 22 . Oħroġ il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter tal-fuse block (9) minn ġol-kit. Innota t-terminal fuq kull tarf (ara Figura 8 ). It-terminal tat-tabs bil-molol biss jiffittja ġewwa din il-blokka tal-fjus. Aqta’ b'attenzjoni t-terminal mhux użat minn mal-wajer u armih.
  4. Ara Figura 9 . Sib il-ħofra tal-fjus (1) indikata bħala "MIFTUĦ" (OPEN) fuq il-cover tal-blokka tal-fjus fil-blokka tal-fjus tal-lemin. Għandu jkun hemm wajer li jagħti lin-naħa waħda ta’ dan iċ-ċirkwit, iżda ebda wajer li jagħqad miegħu jew fjus ma jkun preżenti. Daħħal it-terminal fuq il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter sakemm jieqaf. Irreferi għal terminal fil-qrib li ġie installat mill-fabbrika ħalli tqabbel miegħu biex tivverifika l-korrettezza tal-orjentazzjoni u l-fond.
  5. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajer tal-adapter.
  6. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni wieħed ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) l-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajer tal-adapter skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  7. Ara Figura 22 . Installa l-fjus 2A (12) mill-kit fil-kavità tal-fjus "Miftuħa" (OPEN) biex tgħaqqad iċ-ċirkwit.
  8. Installa l-panel tal-elettriku skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz. Installa l-kopertura tal-panel tal-elettriku billi tallinja l-pins mal-bushings tal-gomma fil-panel tal-elettriku u timbotta b’mod sod fil-post.
  9. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Aqta’ dan it-terminal minn mal-wajer
2ĦALLI dan it-terminal fuq il-wajer
3Tabs bil-molol (2)
Figura 8. Wajer tal-Adapter tal-Blokka tal-Fjus (Dyna u Softail)
Figura 9. Kavità tal-Blokka tal-Fjus "MIFTUĦA” (OPEN) (Dyna tal-2004 u Wara)
Mudelli Softail tal-2003 u Qabel
is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jsaħħan huwa l-wajer oranġjo/abjad (O/W) fil-harness tal-fanal ta’ wara taħt is-sedil.
  1. Ara Figura 3 . Iftaħ b’attenzjoni parti mill-għata tal-harness (1) tal-fanal ta’ wara f’punt aċċessibbli taħtis-sedil, u aqta’ l-wajer oranġjo/abjad.
  2. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajers maqtugħin oranġjo/abjad taħt is-sedil.
  3. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni tnejn ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) il-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajers maqtugħin oranġjo/abjad skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwa tas-servizz.
  4. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
Mudelli Softail 2004-2010
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa fjus miftuħ fuq il-fuse panel. Ara s-sezzjoni tal-FUSES fil-manwal tas-servizz u d-dijagramma tal-wiring korrett fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  1. Neħħi l-kopertura tal-blokka tal-fjus. Neħħi ż-żewġ viti bir-ras forma esagonali (hex head screws) li jorbtu l-bracket tal-blokka tal-fjus. Iġbed il-bracket u l-assemblaġġ tal-blokka tal-fjus lil hinn mill-frejm tal-vettura.
  2. Agħfas t-tab li żżomm l-blokka tal-fjus tax-xellug, u żerżaq il-blokka ’l barra mis-slots tal-muntaġġ.
  3. Ara Figura 22 . Oħroġ il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter tal-fuse block (9) minn ġol-kit. Innota t-terminal fuq kull tarf (ara Figura 8 ). It-terminal tat-tabs bil-molol biss jiffittja ġewwa din il-blokka tal-fjus. Aqta’ b'attenzjoni t-terminal mhux użat minn mal-wajer u armih.
  4. Ara Figura 10 . Sib il-ħofra tal-fjus (1) indikata bħala "P&A IGN” fuq il-cover tal-blokka tal-fjus fil-blokka tal-fjus tal-lemin. Għandu jkun hemm wajer li jagħti lin-naħa waħda ta’ dan iċ-ċirkwit, iżda ebda wajer li jagħqad miegħu jew fjus ma jkun preżenti. Daħħal it-terminal fuq il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter sakemm jieqaf. Irreferi għal terminal fil-qrib li ġie installat mill-fabbrika ħalli tqabbel miegħu biex tivverifika l-korrettezza tal-orjentazzjoni u l-fond.
  5. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajer tal-adapter.
  6. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni wieħed ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) il-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajer tal-adapter skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  7. Ara Figura 22 . fjus 2A (12) mill-kit fil-kavità tal-fjus “P&A IGN” biex tgħaqqad iċ-ċirkwit.
  8. Isslajdja l-blokka tal-fjus fis-slots tal-muntaġġ ġewwa l-brackets tal-blokka tal-fjus sakemm tikklikkja tajjeb fil-post. Installa l-bracket u l-assemblaġġ tal-blokka tal-fjus fil-pożizzjoni u orbot biż-żewġ viti bir-ras esagonali (hex head screws) li neħħejt qabel. Orbot u ssikka sewwa.
  9. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
Figura 10. Kavità tal-Blokka tal-Fjus "P&A IGN" (Softail tal-2004-2010)
Mudelli Sportster tal-2013 u Qabel
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa wajer tal-kurrent oranġjo/abjad (O/W) tal-harness prinċipali li jinsab ġewwa l-cover tal-ġenb tal-elettriku jew taħt is-sedil.
  1. Ara Figura 11 . Iftaħ b’attenzjoni parti mill-għata tal-harness prinċipali ġewwa l-cover tal-ġenb tal-elettriku jew taħt is-sedil f’punt aċċessibbli, u aqta’ wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness prinċipali.
  2. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajers maqtugħin oranġjo/abjad ġewwa l-cover tal-ġenb jew taħt is-sedil.
  3. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni tnejn ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) l-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajers oranġjo/abjad tal-harness prinċipali skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  4. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Il-kopertura tan-naħa tax-xellug li fiha għandha t-terminal tal-fidda tas-circuit breaker (wajer aħmar)
2Stock tal-harness tal-wajer (wajer oranġjo/abjad)
Figura 11. Konnessjonijiet tal-Enerġija (mudelli XL)
Mudelli Touring tal-2003 u Qabel
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa wajer tal-kurrent oranġjo/abjad (O/W) tal-harness prinċipali li jinsab ġewwa l-cover tal-ġenb tan-naħa tal-lemin, fuq in-naħa ta’ fuq.
  1. Ara Figura 12 . Iftaħ b’attenzjoni parti mill-għata tal-harness prinċipali ġewwa l-cover tal-ġenb tal-elettriku f’punt aċċessibbli, u aqta’ wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness prinċipali.
  2. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajers maqtugħin oranġjo/abjad ġewwa l-cover tal-ġenb.
  3. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni tnejn ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) l-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajers oranġjo/abjad tal-harness prinċipali skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  4. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Il-harness tal-fuse box (wajer oranġjo/abjad)
Figura 12. Harness tal-Fuse Box Wara l-Cover tan-Naħa tax-Xellug, Mudelli Touring tal-2003 jew Qabel (FLHTCUI Muri)
Mudelli Touring tal-2004-2007
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa fjus miftuħ fuq il-fuse panel. Ara s-sezzjoni tal-FUSES fil-manwal tas-servizz u d-dijagramma tal-wiring korrett fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  1. Għall-mudelli 2004-2006: Neħħi l-kopertura tan-naħa tax-xellug skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz biex taċċessa l-fuse box. (kaxxa tal-fjus). Għall-mudelli 2007: Neħħi l-kopertura tan-naħa tal-lemin skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz biex taċċessa l-fuse box. (kaxxa tal-fjus). Għall-mudelli KOLLHA: Neħħi l-holder tal-fjus prinċipali, il-blokka tal-fjus u l-għatu ta’ kontra t-trab mill-vettura skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz.
  2. Oħroġ il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter tal-fuse block (9) minn ġol-kit. Għall-Mudelli tal-2004 sal-2006: Innota t-terminal fuq kull tarf (ara Figura 13 , kif jidher minn fuq ). It-terminal biss MINGĦAJR it-tabs tal-molla jidħol fil-kavità tal-fjus. Aqta’ b'attenzjoni t-terminal LI GĦANDU t-tabs tal-molla minn mal-wajer u armih. Għall-mudelli tal-2007: Innota t-terminal fuq kull tarf (ara Figura 13 , kif jidher minn taħt ). It-terminal Li GĦANDU tabs tal-molol biss jidħol fil-kavità tal-fjus. Aqta’ b'attenzjoni t-terminal LI M’GĦANDUX t-tabs tal-molla minn mal-wajer u armih.
  3. Mudelli KOLLHA: Ara Figura 14 . Sib il-kavità tal-fjus immarkata bħala "P&A IGN", "2A MAX" (1). Hemm bus bar jagħti fuq naħa waħda ta' dan iċ-ċirkwit, iżda m’hemm ebda wajer tat-tagħqid jew fjus preżenti. Neħħi t-tliet fjusis (2) attwalment installati f’din il-filliera, waqt li tinnota l-lokazzjoni tagħhom.
  4. Aqla’ bil-mod il-lock sekondarju tal-plastik oranġjo minn mal-blokka tal-fjus. Daħħal it-terminal fuq il-wajer oranġjo/abjad tal-adapter sakemm jieqaf. Irreferi għal terminal fil-qrib li ġie installat mill-fabbrika ħalli tqabbel miegħu biex tivverifika l-korrettezza tal-orjentazzjoni u l-fond. Installa l-lock sekondarju.
  5. Installa l-lock sekondarju u t-tliet fjusis imneħħija fil-passi ta’ qabel.
  6. Ara Figura 22 . Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer oranġjo/abjad tal-harness tal-manku li jissaħħan. Waqt li tuża konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit, għaqqad (splice) dak il-wajer mal-wajer tal-adapter installat f’Pass Nru. 4.
  7. Installa fjus 2A (12) mill-kit fil-kavità tal-fjus immarkata “P&A IGN”, “2A MAX” biex tgħaqqad iċ-ċirkwit.
  8. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Aqta’ dan it-terminal minn mal-wajer
2ĦALLI dan it-terminal fuq il-wajer
3Tabs bil-molol (2)
Figura 13. Wajer tal-Adapter tal-Blokka tal-Fjus (FL Touring)
1Lokazzjoni tal-fjus P&A IGN
2Neħħi dawn il-fjusis (3)
Figura 14. Kavità tal-Fjus P&A IGN (Mudelli Touring tal-2004-2007)
Mudelli V-Rod
Is-sors tal-enerġija iswiċċjat tal-manku li jissaħħan huwa wajer tal-kurrent oranġjo/abjad (O/W) tal-harness prinċipali li ġej mill-blokka tal-fjus.
  1. Ara Figura 15 . Iftaħ b’attenzjoni parti mill-għata tal-harness prinċipali ħdejn il-blokka tal-fjus (2) f’punt aċċessibbli, u aqta’ l-wajer oranġjo/abjad tal-harness prinċipali li jwassal għall-kavità tal-fjus (1) immarkata:
    1. AĊĊESSORJI fuq mudelli tal-2002-2006, jew
    2. IGNIXIN P&A fuq mudelli tal-2007 u wara.
  2. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer tal-kurrent oranġjo/abjad tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan sa ma jlaħħaq faċilment mal-wajers maqtugħin oranġjo/abjad fil-blokka tal-fjus.
  3. Ara Figura 22 . Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni tnejn ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) l-wajer tal-kurrent tal-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan, mal-wajers oranġjo/abjad tal-harness prinċipali skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  4. Installa l-fjus 2A (12) mill-kit fil-kavità tal-fjus biex tgħaqqad iċ-ċirkwit.
1Fjus tal-aċċessorji
2Blokka tal-fjus
Figura 15. Lokazzjonijiet tal-Fjusis tal-Aċċessorji (Mudelli V-Rod)
Għall-Mudelli KOLLHA:
Ivverifika li l-wajer oranġjo/abjad hu merħi biżżejjed biex il-moviment tal-manubriju ma jiġix mxekkel.
Ipproċedi għas-sezzjoni KONNESSJONI BIL-WAJER AĦMAR għall-mudell speċifiku.
KONNESSJONI TAL-WAJER AĦMAR MAS-SORS TAL-ENERĠIJA TAL-BATTERIJA
Uża d-dijagrammi tal-wiring fil-manwal tas-servizz għal mudell speċifiku u sena ta’ vettura biex issib is-sors ta' enerġija li jieħu l-enerġija direttament mill-batterija.
Mudelli Dyna tal-2003 u Qabel
Is-sors tal-enerġija mill-batterija tal-manku li jissaħħan huwa t-terminal tal-fidda tas-circuit breaker ġewwa l-cover tal-ġenb tal-elettriku.
1. Ara Figura 16 . Għaddi l-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan minn ġon-naħa ta’ fuq tal-frejm taħt is-sedil għal fuq is-circuit breaker fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-cover tal-ġenb tal-elettriku.
2. Ara Figura 22 . Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tat-terminal tal-fidda (bil-wajer aħmar) fuq is-circuit breaker.
3. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan, imma TAQTAX l-in-line fuse holder. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer l-aħmar skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
AVVIŻ
Il-wajer tal-power (aħmar) irid jitqabbad minn mal-harness tal-wire tal-heated-handgrip għal mat-terminal tal-fidda tas-circuit-breaker. Jekk tikkonnettjah mat-terminal tar-ram tas-circuit-breaker tista’ tikkawża sabiex ikun hemm overload fiċ-ċirkwit li jista ' jirriżulta fi ħsara tal-apparat. (00370a)
4. Installa t-terminal tal-anell tal-wajer l-aħmar fuq il-kamini tal-vit tat-terminal tal-fidda tas-circuit breaker. Issikka.
Momentum: 2,3–4 N·m (20–35 in-lbs)
5. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Circuit breaker b’terminal tal-fidda (wajer aħmar)
Figura 16. Konnessjonijiet tad-Dyna (Mudelli tal-2003 u Qabel), Kif Jidher minn Isfel bil-Kopertura tal-Ġenb tax-Xellug Imneħħija
Mudelli Softail tal-2003 u Qabel
Is-sors tal-enerġija mill-batterija tal-manku li jissaħħan huwa t-terminal tal-fidda tas-circuit breaker li jinsab ħdejn in-naħa ta’ quddiem tal-isplash guard tal-fender ta’ wara taħt is-sedil.
1. Ara Figura 17 . Neħħi l-isplash guard (1) tal-fender ta’ wara skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz.
2. Ara Figura 18 . Għaddi l-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan min-naħa tal-lemin tan-naħa ta’ fuq tal-frejm, taħt is-sedil, għal fuq is-circuit breaker li tinsab fuq in-naħa ta’ barra tal-isplash guard tal-fender ta’ wara taħt is-sedil.
3. Ara Figura 22 . Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tat-terminal tal-fidda (bil-wajer aħmar) fuq is-circuit breaker.
4. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan, imma TAQTAX l-in-line fuse holder. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer l-aħmar skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
AVVIŻ
Il-wajer tal-power (aħmar) irid jitqabbad minn mal-harness tal-wire tal-heated-handgrip għal mat-terminal tal-fidda tas-circuit-breaker. Jekk tikkonnettjah mat-terminal tar-ram tas-circuit-breaker tista’ tikkawża sabiex ikun hemm overload fiċ-ċirkwit li jista ' jirriżulta fi ħsara tal-apparat. (00370a)
5. Installa t-terminal tal-anell tal-wajer l-aħmar fuq il-kamini tal-vit tat-terminal tal-fidda tas-circuit breaker. Issikka.
Momentum: 2,3–4 N·m (20–35 in-lbs)
6. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Splash guard ta’ wara
2Kaxxa tal-fjus
Figura 17. Splash Guard, Mudelli Softail tal-2003 jew Qabel (Mudell tal-2003 Muri)
1Kaxxa tal-fjus
2Circuit breaker b’terminal tal-fidda (wajer aħmar)
Figura 18. Circuit Breaker (Softails tal-2003 jew Qabel)
Mudelli Sportster tal-2003 u Qabel
Is-sors tal-enerġija mill-batterija tal-manku li jissaħħan huwa t-terminal tal-fidda tas-circuit breaker ġewwa l-cover tal-ġenb tal-elettriku. Ara Figura 19 u Figura 11 .
1. Ara Figura 22 . Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tat-terminal tal-fidda (bil-wajer aħmar) fuq is-circuit breaker.
2. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan, imma TAQTAX l-in-line fuse holder. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer l-aħmar skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
AVVIŻ
Il-wajer tal-power (aħmar) irid jitqabbad minn mal-harness tal-wire tal-heated-handgrip għal mat-terminal tal-fidda tas-circuit-breaker. Jekk tikkonnettjah mat-terminal tar-ram tas-circuit-breaker tista’ tikkawża sabiex ikun hemm overload fiċ-ċirkwit li jista ' jirriżulta fi ħsara tal-apparat. (00370a)
3. Installa t-terminal tal-anell tal-wajer l-aħmar fuq il-kamini tal-vit tat-terminal tal-fidda tas-circuit breaker. Issikka.
Momentum: 2,3–4 N·m (20–35 in-lbs)
4. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Circuit breaker b’terminal tal-fidda (wajer aħmar)
Figura 19. Circuit Breaker (Sportsters tal-2003 jew Qabel)
Mudelli Touring tal-2003 u Qabel
Is-sors tal-enerġija mill-batterija tal-manku li jissaħħan huwa t-terminal tal-fidda tas-circuit breaker fil-post fejn tidħol il-batterija taħt is-sedil.
1. Ara Figura 5 . Għaddi l-wajer l-aħmar tal-manku li jissaħħan għal fuq il-vit tat-terminal tal-fidda (1) tas-circuit breaker, li jinsab fil-post fejn tidħol il-batterija taħt is-sedil.
2. Ara Figura 22 . Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4, 5 jew 6) mill-kit biex tiffittja l-vit tat-terminal tal-fidda (bil-wajer aħmar) fuq is-circuit breaker.
3. Aqta’ t-tul żejjed tal-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan, imma TAQTAX l-in-line fuse holder. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer l-aħmar skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
AVVIŻ
Il-wajer tal-power (aħmar) irid jitqabbad minn mal-harness tal-wire tal-heated-handgrip għal mat-terminal tal-fidda tas-circuit-breaker. Jekk tikkonnettjah mat-terminal tar-ram tas-circuit-breaker tista’ tikkawża sabiex ikun hemm overload fiċ-ċirkwit li jista ' jirriżulta fi ħsara tal-apparat. (00370a)
4. Installa t-terminal tal-anell tal-wajer l-aħmar fuq il-kamini tal-vit tat-terminal tal-fidda tas-circuit breaker. Issikka.
Momentum: 2,3–4 N·m (20–35 in-lbs)
5. Installa l-batterija lura fil-vettura, imma TIKKONNETTJAX it-terminals tal-batterija issa.
6. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
Mudelli Softail tal-2004-2010, Mudelli Dyna tal-2004-2011, Mudelli Sportster tal-2004-2013 u Mudelli Touring tal-2004-2013
Is-sors tal-enerġija tal-batterija tal-manku li jissaħħan huwa l-konnettur B+ (pożittiv tal-batterija) fuq il-harness prinċipali tal-elettriku.
  1. Ara Figura 20 . Sib il-konnettur B+ (pożittiv tal-batterija) (1) (wajer aħmar b’konnettur griż mhux użat) fuq il-harness prinċipali tal-elettriku, Neħħi l-cover (2) mill-konnettur.
    1. Għall-mudelli Dyna u Softail: taħt is-sedil
    2. Għall-mudelli Sportster u Touring: mgħoddija taħt is-sedil, minn taħt l-ECM (Modulu ta' Kontroll Elettroniku).
  2. Ara Figura 22 . Ipplaggja l-adapter tal-harness (10) mill-kit għal mal-konnettur B+.
  3. Aqta' l-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan b’mod li jkun jilħaq tajjeb mat-tarf tal-wajer l-aħmar tal-harness tal-adapter, imma TAQTAX l-in-line fuse holder.
  4. Oħroġ konnettur tal-isplice issiġillat (3) mill-kit. Ara Figura 7 , il-konfigurazzjoni wieħed ġewwa splice wieħed. Għaqqad (splice) il-wajer l-aħmar tal-manku li jissaħħan mal-wajer tal-adapter skont l-istruzzjonijiet fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
  5. Ipproċedi għal Għall-mudelli KOLLHA f’din is-sezzjoni.
1Konnettur B+
2Għatu
Figura 20. Konnettur B+
Mudelli V-Rod
Il-wajer aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan jikkonnettja direttament mat-terminal pożittiv tal-batterija.
1. Agħżel it-terminal it-tajjeb tal-anell (4,5, jew 6) mill-kit biex tiffittja l-fastener tat-terminal pożittiv fuq il-batterija.
2. Aqta' l-wajer l-aħmar tal-harness tal-manku li jissaħħan b’mod li jkun jilħaq tajjeb mat-terminal pożittiv tal-batterija, imma TAQTAX l-in-line fuse holder. Oqros (crimp) it-terminal tal-anell mat-tarf tal-wajer l-aħmar skont l-istruzzjonijiet tal-għodda tal-crimping ta’ Packard fl-appendiċi tal-manwal tas-servizz.
3. Orbot it-terminal tal-anell tal-wajer l-aħmar mal-arblu tal-immuntar tat-terminal pożittiv fuq il-batterija. Orbot tajjeb il-fastener tat-terminal. Issikka.
Momentum: 7–10 N·m (60–96 in-lbs)
Għall-Mudelli KOLLHA:
Ivverifika li l-wajer aħmar hu merħi biżżejjed biex il-moviment tal-manubriju ma jiġix mxekkel.
Ipproċedi għas-sezzjoni li jmiss.
IRRITORNA GĦAS-SERVIZZ
NOTA
TWETTAQX il-passi li ġejjin qabel ma jkunu ġew installati l-mankijiet li jissaħħnu u l-wiring kollu relatat skont il-proċeduri spjegati f’din il-folja tal-istruzzjonijiet għall-mudell tal-mutur tiegħek.
1. Ivverifika li l-cover tal-manku tal-lemin/throttle iddur u terġa’ lura mingħajr xkiel u ma teħilx mal-manubriju jew il-kopertura tas-swiċċ. TOPERAX il-vettura jekk it-throttle ma jkunx jiffunzjona tajjeb.
NOTA
Ivverifika li l-iswiċċ tal-ignixin qiegħed fil-pożizzjoni OFF qabel tinstalla l-fjus prinċipali jew tqabbad il-kejbils tal-batterija.
TWISSIJA
Ikkonnettja tal-kejbil pożittiv (+) tal-batterija l-ewwel. Jekk il-pożittiv (+) tal-kejbil jikkuntattja l-ground li jkun bil-kejbil negattiv (-) konness miegħu, ix-xrar li jirriżulta jista ' jikkawża l-isplużjoni tal-batterija, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00068a)
2. Ikkonnettja l-kurrent tal-enerġija.
a. Mudelli Touring tal-2003 u qabel biss: Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tqabbad il-kejbils tal-batterija (l-ewwel il-kejbil pożittiv). Applika kisja ħafifa ta’ petroleum jelly jew materjalgħal kontra l-korrużjoni fuq it-terminals tal-batterija.
b. Mudelli bil-fjus prinċipali: Irreferi għall-manwal tas-servizz biex tinstalla l-fjus prinċipali.
c. Mudelli b’circuit breaker prinċipali (MINBARRA Sportster): Irreferi għall-manwal tas-servizz u segwi l-istruzzjonijiet biex twaħħal il-kejbil negattiv tal-batterija. Applika kisja ħafifa ta’ petroleum jelly jew materjalgħal kontra l-korrużjoni fuq it-terminals tal-batterija.
d. Mudelli Sportster b’circuit breaker prinċipali: Irreferi għall-manwal tas-servizz u segwi l-istruzzjonijiet biex twaħħal il-kejbil negattiv tal-batterija fil-crankcase tal-magna.
3. Għall-mudelli V-Rod biss: Installa l-għatu tal-aluminju tal-air box skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz. Għall-mudelli l-OĦRAJN KOLLHA: Installa t-tank tal-karburant skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz.
4. Installa l-cover tal-manubriju, riser cover jew fairing ta’ barra, jekk mgħammar, skont l-istruzzjonijiet tal-manwal tas-servizz.
NOTA
Biex jiġi evitat milli taqa’ l-batterija, dawn il-mankijiet li jissaħħnu huma mfassla biex jiffunzjonaw biss meta l-magna tkun imqabbda (ON). Il-mankijiet jipproduċu sħana massima bil-magna fuq cruising rpm.
Is-settings tas-sħana fuq l-arloġġ tal-kontroll tal-manku li jissaħħan juru medda minn 1 (minimu) sa 6 (massimu).
5. Bis-swiċċ tal-ignixin fuq OFF, daħħal numru tas-setting għall-manku tax-xellug. Iċċekkja li l-mankijiet mhumiex qed jipproduċu sħana. Dawwar il-manku fuq il-pożizzjoni OFF (mitfi). Aqleb is-swiċċ tal-ignixin fuq ON, imma tistartjax il-mutur. Iċċekkja li l-mankijiet mhumiex qed jipproduċu sħana.
6. Qabbad il-magna. Iċċekkja l-mankijiet -idejn f’kull setting għal tisħin xieraq.
7. Deffes wiring maħlul f’żoni protetti taħt is-sedil. Uża ċineg tal-kejbils biex iżżomm il-wajers lura minn parts li jitħarku, sorsi ta’ sħana, u ponot li joqorsu jew iħokku.
TWISSIJA
Wara l-installazzjoni tas-sedil, iġbed ’il fuq is-sedil biex tiżgura li jkun illokkjat f’postu. Waqt is-sewqan, sedil laxk jista’ jiċċaqlaq u jikkawża t-telf tal-kontroll, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00070b)
8. Irreferi għall-manwal tas-servizz u segwi l-istruzzjonijiet biex tagħlaq jew tinstalla s-sedil.
Troubleshooting
Ara Figura 21 għal dijagramma skematika tal-manku tal-idejn imsaħħan.
Il-Mankijiet Ma Jipproduċux Sħana
  1. Ara Figura 1 . Iċċekkja li l-wajers huma mgħoddija kif suppost. Il-harness ewlieni tal-manku trid tiġi mgħoddija ’l barra mill-kopertura tas-swiċċ. Jekk il-wajers ġew mgħoddija minn ġewwa, żarma l-kopertura tas-swiċċ tan-naħa tax-xellug tal-manubriju u spezzjona biex tara hemmx wajers maqrusa. Jekk l-wajers jinqarsu, ibdel l-manku tan-naħa tax-xellug u rrepeti l-proċess tal-installazzjoni bil-wajer mgħoddi kif suppost.
  2. Iċċekkja l-konnessjonijiet tal-wajers oranġjo/abjad, aħmar/iswed tal-harness tal-wajer prinċipali tal-manku. Jekk xi konnessjoni tkun laxka jew dgħajfa, sewwi l-konnessjoni. Ittestja l-mankijiet. Inkella, mur għall-Pass Nru. 3.
  3. Iftaħ jew neħħi s-sedil skont l-istruzzjonijiet fil-manwal tas-servizz.
  4. Startja l-mutur.
  5. Iċċekkja għal 12 Volts VDC tul il-wajers ħomor u suwed tal-harness tal-wajer prinċipali tal-manku. Jekk it-12 VDC ma tkunx preżenti matul il-wajers, iċċekkja l-fjus fil-harness tal-wajer u ibdlu jekk huwa mtajjar. Jekk ma jkunx hemm 12 VDC, ibdel il-manku u l-harness tal-wajer tan-naħa tax-xellug u ttestja l-mankijiet.
  6. Neħħi l-manku tan-naħa tal-lemin mill-manubriju.
  7. Skonnettja l-konnettur fuq il-manku tal-lemin minn mal-harness tal-wajer tal-manku tax-xellug.
  8. Iċċekkja l-kontinwità bejn iż-żewġ wajers tal-konnetturi fil-manku tal-lemin. Jekk it-test juri kontinwità, l-mankijiet huma funzjonali.
Il-Mankijiet Jipproduċu Sħana bis-Swiċċ tal-Ignixin (Ċavetta) Mitfi (Off)
Jekk il-mankijiet jipproduċu s-sħana meta s-swiċċ tal-ignixin ikun mitfi (Off), allura jew il-wajers tal-mankijiet ġew ikkonnettjati ħażin mal-vettura, jew inkella l-manku u l-harness tal-wajer tan-naħa tax-xellug huma difettużi.
Iċċekkja b'attenzjoni l-konnessjonijiet kollha tal-wajers tal-manku li jissaħħan fuq il-vettura. Jekk il-konnessjonijiet huma korretti, ibdel il-harness tal-wajer prinċipali tal-manku li jissaħħan, u wara ttestja l-mankijiet.
1Manku tan-naħa tax-xellug
2Kontroll tas-sħana
3Pożittiv mas-circuit breaker ewlieni jew mal-konnettur pożittiv (+) tal-batterija
4Fjus
5Pożittiv mal-enerġija (power) tal-aċċessorju
6Ert negattiv (Negative Ground)
7Manku tan-naħa tal-lemin
Figura 21. SKEMATIKA TAL-MANKU LI JISSAĦĦAN
PARTS TAS-SERVICE
Figura 22. Parts tas-Service, Kits Tal-Manku Li Jissaħħan
Tabella 1. Parts tas-Service
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
Kit 56047-03C: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Flame
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100-04B
2
Manku li jissaħħan, lemin
56048-03
Kit 56107-03B: Manku tal-Ġild Smooth Grain li Jissaħħan
1
Manku li jissaħħan, xellug
56169-04A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56136-03
Kit 56174-03C: Mankijiet tal-Kromju/Gomma (Dijametru Kbir)
1
Manku li jissaħħan, xellug
56181-04B
2
Manku li jissaħħan, lemin
56175-03
Kit 56196-03C: Mankijiet tal-Kromju/Gomma (Dijametru Żgħir)
1
Manku li jissaħħan, xellug
56617-04A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56615-03
Kit 56512-02C: Mankijiet li Jissaħħnu b’kontorn tal-Kromju/Gomma
1
Manku li jissaħħan, xellug
56514-04A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56513-02
Kit 56619-03B: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Nostalgic
1
Manku li jissaħħan, xellug
56638-03A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56620-03
Kit 56694-04A: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Diamond Plate
1
Manku li jissaħħan, xellug
56695-04A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56696-04
Kit 56750-04B: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Stealth
1
Manku li jissaħħan, xellug
56734-04A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56733-04
Kit 56828-03B: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Aileron
1
Manku li jissaħħan, xellug
56830-03A
2
Manku li jissaħħan, lemin
56829-03
Kit 56923-05: H.O.G.®Manku tal-Id Imsaħħan
1
Manku li jissaħħan, xellug
56924-05
2
Manku li jissaħħan, lemin
56925-05
Kit 56926-05A: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Skull
1
Manku li jissaħħan, xellug
56927-05
2
Manku li jissaħħan, lemin
56928-05
Kit 56997-07A: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Ironside
1
Manku li jissaħħan, xellug
57055-07
2
Manku li jissaħħan, lemin
56053-07
Kit 56100030: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Slipstream
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100038
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100033
Kit 56100111: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Airflow
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100109
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100127
Kit 56100254: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Slipstream
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100292
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100272
Kit 56100256: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Airflow
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100286
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100279
Kit 56100259 Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Skull
1
Manku li jissaħħan, xellug
Mhux Mibjugħ Separatament
2
Manku li jissaħħan, lemin
Mhux Mibjugħ Separatament
Kit 56100261: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Nostalgic
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100294
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100276
Kit 56100262: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Flame
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100296
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100281
Kit 56100264 Mankijiet tal-Kromju/Gomma (Dijametru Kbir)
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100297
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100282
Kit 56100266 Mankijiet tal-Kromju/Gomma (Dijametru Żgħir)
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100295
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100283
Kit 56100268 Mankijiet li Jissaħħnu b’kontorn tal-Kromju/Gomma
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100288
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100270
Kit 56100358: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Airflow
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100360
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100359
Kit 56100363: Mankijiet li Jissaħħnu tat-tip Willie G Skull
1
Manku li jissaħħan, xellug
56100369
2
Manku li jissaħħan, lemin
56100371
Parts komuni għal Kits KOLLHA tal-Mankijiet li Jissaħħnu
3
Konnettur tal-isplice issiġillat (2)
70586-93
4
Terminal tal-anell (2), għal vit #10
9857
5
Terminal tal-anell (2),
għal vit ta’ 6.4 mm (1/4 pulzier)
9858
6
Terminal tal-anell,
għal vit ta’ 7.9 mm (5/16 pulzier)
9859
7
Estensjoni tal-harness tal-Wajer, twila 26.7 ċm (10.5 pulzier)
69201703
8
Ċinga tal-kejbil (sewda) (8), twila 26.7 ċm (10.5 pulzier)
10006
9
Wajer, adapter tal-blokka tal-fjus
70329-04
10
Harness tal-wajer, adapter
70310-04
11
Clip, retainer tal-wajer (4)
70345-84
12
Fjus, tip blade, 2A (griż)
54305-98
13
Fjus, tip blade, 5A (kannella ċar)
(inside fuse holder)
72331-95