GĦATU TAT-TANK TAX-XELLUG
J064672019-01-15
ĠENERALI
Numri tal-Kits
57300149, 57300150, 57300151, 57300165, 57300185, 57300186, 57300216, 57300236
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-katalgu tal-bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
INSTALLAZZJONI
NOTA
TAQLAX l-għatu tat-tank tax-xellug eżistenti minn mat-tank. Il-parti adeżiva tagħmel parti mill-bażi u mhix mibjugħa separatament.
  1. Biex tneħħi l-għatu tat-tank tax-xellug oriġinali, agħfas ’l isfel u dawwar it-tapp tat-tank tax-xellug eżistenti kontra l-arloġġ biex tneħħih.
  2. Meta tinstalla, ippożizzjona l-għatu biex tallinja t-tabs, agħfas ’l isfel u dawwar l-għatu favur l-arloġġ biex tillokkja. Hemm varjazzjoni ta’ 20˚ fuq l-għatu biex tippermetti li jsir allinjament korrett mat-tank.
LINJI GWIDA GĦALL-KURA U T-TINDIF TAL-PARTS TAR-RAM
Istruzzjonijietgħat-tindif.
  1. Ara li l-part tkun niexfa u ħielsa minn ħmieġ jew frak.
  2. Qiegħed ammont żgħir ta' Harley Davidson ® Chrome Clean & Shine fuq ċarruta tal-mikro-fibra jew detailing swabs.
  3. Waqt li tagħfas bil-mod, ogħrok l-partijiet tar-ram biċ-ċarruta tal-mikro-fibra. Għal postijiet li diffiċli jintlaħqu jew xi kanali, uża detailing swab.
Biex Tikseb Irfinar Ileqq
Il-parts tar-ram jinbidlu b’mod naturali u jiskuraw maż-żmien. Jekk tippreferi finitura tleqq tar-ram, qiegħed ftit Harley Davidson Bare Metal Polish fuq ċarruta tal-mikro-fibra u ogħrok bil-mod fuq il-parts tar-ram sakemm jiksbu l-leqqa li tixtieq.
Biex Tittardja il-Proċess Naturali li Jqaddem biż-Żmien
Biex tnaqqas il-proċess li jqaddem il-parts tar-ram biż-żmien, qiegħed ftit Harley-Davidson Glaze Poly Sealant fuq ċarruta tal-mikro-fibra jew detailing swab, u ogħrok b’mod ħafif fuq il-parts sakemm is-siġillant jinxtorob.
Prekawzjonijiet
  • L-użu ta’ prodotti mhux rakkomandati tat-tindif, lostru u tal-protezzjoni jirriżulta fit-tneħħija tal-finitura ‘antika’ mill-parts tar-ram.
  • Kuntatt prolungat ma' ċerti oġġetti (idejn, ingwanti, boots, trab, eċċ.) u l-espożizzjoni għall-elementi ukoll jibdlu l-finituri kollha tal-uċuħ u dan MHUX ikkunsidrat bħala difett.
  • Evita tindif tal-Parts b’kimiċi li joborxu u aggressivi u pads tat-tindif li joborxu.
  • Evita prodotti li fihom l-ammonju u bleach.
  • Espożizzjoni prolungata għall-ilma tibdel il-finitura tar-ram. Imsaħ parts wara li jkollhom kuntatt mal-ilma.
  • Għorik eċċessiv jista’ jiċċara l-apparenza tal-wiċċ tal-part.
Figura 1. Tabs tal-Allinjament tal-Għatu tat-Tank tax-Xellug