Ilqugħ taċ-Ċinturin ta’ Fuq XL
J030132019-01-05
ĠENERALI
IN-NUMRU TAL-KITT
60402-04A, 60379-09A, 60300045
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-Katalgu tal-Bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tagħmel referenza għall-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Huwa meħtieġ il-manwal tas-servizz għall-mutur ta’ din is-sena/ dan il-mudell għal din l-installazzjoni. Disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley Davidson.
M’hemm l-ebda Partat tas-Servizz disponibbli ma’ dan il-kit.
Tneħħija
1. Ara Figura 1 . Neħħi l-iskorfina tal-immuntar tax-shock absorber t’isfel ta’ fuq in-naħa tal-lemin (3) u l-washer (2).
2. Iġbed il-bolt tal-immuntar tax-shock absorber (1) ftit ’il barra sakemm jinħoloq spazju għat-toqba tat-tab tal-immuntar fl-ilqugħ taċ-ċinturin (7) imma tneħħihx għal kollox.
3. Fuq in-naħa ta’ quddiem tal-ilqugħ taċ-ċinturin, neħħi l-bolt (6), il-washer (5) u l-iskorfina (4).
4. Neħħi l-ilqugħ taċ-ċinturin mill-vettura.
Stallazzjoni
NOTA
Ara Figura 1 . Meta tinstalla l-ilqugħ taċ-ċinturin tal-kromju l-ġdid, it-tab tal-immuntar ta’ quddiem (8) teħel mat-tab tal-immuntar ta’ barra tal-furketta tal-pern (9). It-tab tal-immuntar tal-ilqugħ taċ-ċinturin ta’ wara (10) teħel man-naħa ta’ ġewwa tat-tab tal-immuntar tax-shock absorber (11).
1. Ara Figura 1 . Żerżaq l-ilqugħ taċ-ċinturin il-ġdid (7) f’postu fuq il-vettura.
2. Waħħal n-naħa ta’ quddiem tal-ilqugħ taċ-ċinturin man-naħa ta’ wara tal-furketta tal-pern permezz ta’ bolt (6), washer (5) u skorfina (4). Issikka.
Momentum: 13,6–20,3 N·m (120–180 in-lbs)
3. Imbotta l-bolt t'isfel tal-immuntar tax-shock absorber (1) minn ġot-toqba tal-immuntar tal-ilqugħ taċ-ċinturin.
4. Orbot il-washer (2) u l-iskorfina (3) fuq il-bolt. Issikka.
Momentum: 61–68 N·m (45–50 ft-lbs)
1Il-bolt t'isfel tal-immuntar tax-shock absorber (naħa tal-lemin)
2Woxer
3Skorfina tal-immuntar
4Skorfina
5Woxer
6Bolt
7Ilqugħ taċ-ċinturin
8Tab tal-immuntar ta’ quddiem
9Tab tal-immuntar ta’ wara
10Tab tal-immuntar tal-ilqugħ taċ-ċinturin ta’ wara
11Tab tal-immuntar tax-shock absorber
Figura 1. It-Tneħħija u l-Installazzjoni tal-Ilqugħ taċ-Ċinturin ta’ Fuq