BOOM! AUDIO STAGE II FAIRING SPEAKER KIT (FLTR)
941000612020-12-01
ĠENERALI
Installazzjoni minn aġent hija rakkomandata.
IN-NUMRU TAL-KITT
76000956
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-katalgu tal-bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
Kit tal-Amplifikatur (Part numru 76000523).
Mudelli FLTRUSE biss: Xiri separat ta' arneż (harness) (Part numru 69200489) u harness interconnect (Part numru 69200714) huwa meħtieġ.
Loctite ® 243 Threadlocker and Sealant - Blue (Part Nru 99642-97).
NOTA
Tħallatx l-ispikers Stage I u Stage II Stage fuq l-istess sistema.
Dawn l-ispikers huma BISS għall-użu fuq sistemi tal-awdjo tal-Harley Davidson 2014 u aktar tard. L-użu ta ' dawn l-ispikers fuq sistemi tal-awdjo Harley-Davidson 2006-2013 se jagħmlu ħsara permanenti lill-ispikers. L-użu ta’ dawn l-ispikers fuq sistemi ta’ awdjo Harley-Davidson 2005 jew iktar qabel se jagħmlu ħsara permanenti lill-ispikers.
AVVIŻ
Ir-Radju EQ BILFORS irid jiġi aġġornat minn aġent tal-Harley-Davidson qabel li topera is-sistema tal-awdjo. It-tħaddim tas-sistema tal-awdjo qabel l-update tar-radju EQ se ssir IMMEDJATAMENT ħsara lill-ispikers. (00645d)
Aġġornament tar-Radio EQ permezz tal-għodda dijanjostika tad-Digital Technician ® (Tekniku Diġitali) II
  • Rakkomandat qabel l-INSTALLAZZJONI tal-ispiker
  • Meħtieġa qabel l-OPERAZZJONI tas-sistema tal-awdjo.
  • Disponibbli biss mingħand negozjanti awtorizzati tal-Harley Davidson.
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tirreferi għal-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Manwal tas-servizz għall-mutur ta’ din is-sena/mudell hija meħtieġa għal din l-installazzjoni. Disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley Davidson.
Tagħbija Elettrika Żejda
TWISSIJA
Meta tinstalla xi aċċessorju elettriku, kun ċert li ma jaqbiżx il-klassifikazzjoni massima tal-amperage tal-fuse jew tas-circuit breaker li jipproteġi ċ-ċirkwit l-affettwat li jkun qed jiġi modifikat. Li teċċedi l-amperage massimu jista’ twassal għal ħsarat elettriċi, li jistgħu jirriżultaw f’mewt jew korriment serju. (00310a)
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
Ix-xiri ta ' dan il-kit jintitolak għal ekwalizzazzjoni tal-ħoss żviluppat b’mod speċifiku permezz ta’ software li huwa użat permezz ta’ Sistema ta’ Awdjo Avvanzata. Din l-ekwalizzazzjoni unika ġiet iddisinjata biex tottimizza l-prestazzjoni u rispons tal-ħoss tal-ispikers ta’ taħt tal-fairing BOOM! Audio Jekk dan il-kit mhuwiex installat minn negozjant ta’ Harley-Davidson, dan is-software ta' ekwalizzazzjoni speċjali huwa disponibbli mingħajr ħlas mingħand kull negozjant permezz tad-Digital Technician II. Ir-rati tax-xogħol tan-negozjant jistgħu japplikaw għall-proċedura ta' aġġornament.
Dan il-amplifikatur jeħtieġ sa 8 amps ta’ aktar kurrent mis-sistema elettrika.
Kontenut tal-Kit
PREPARAZZJONI
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
  1. Ara l-Manwali tas-Servizz. Tneħħija tal-fjus prinċipali.
TNEĦĦIJA
  1. Aqla’ l-windshield. Neħħi l-fairing ta’ barra. Ara l-Manwali tas-Servizz.
  2. Aqla’ l-assemblaġġi tal-gradilji tal-ispeakers tal-fairing. Ara l-Manwali tas-Servizz.
  3. Aqla’ l-ispeakers tal-fairing.
    1. Aqla’ l-erba’ viti li jorbtu l-ispeaker mal-qafas.
    2. Żomm l-ispeaker ’l bogħod mill-qafas. Skonnettja l-wajers. Aqla’ l-ispeaker.
    3. Irrepeti fuq in-naħa opposta.
    4. Armi l-ispeakers.
INSTALLAZZJONI
1. Ara Figura 1 . Għaqqad il-konnetturi (1) tal-arneż tal-ispeaker li hemm ġewwa l-kompartiment tal-ispeaker (2) mal-ispade terminals (forma ta’ pala) fuq in-naħa ta’ wara tal-woofer (3). Qisien differenti tal-ispade contacts (kuntatti forma ta’ pala) jipprevjenu assemblaġġ ħażin.
2. Poġġi l-ispeaker fil-post fuq il-bokka tal-qafas tal-ispeaker.
NOTA
L-ittri "A" u "B" immarkati fuq ix-xifer ta’ barra (6) tal-ispeaker.
  • Għall-ispeaker tax-xellug, dawwar sakemm l-ittra "B" tiġi isfel.
  • Għall-ispeaker tal-lemin, dawwar sakemm l-ittra "A" tiġi isfel.
3. Poġġi l-assemblaġġ tal-immuntar tal-midrange speaker (4) fuq il-woofer. Dawwar l-assemblaġġ tal-midrange biex tallinja t-toqob tal-immuntar mal-woofer. Poġġi fil-post il-wajers tan-naħa ta’ fuq taċ-ċirku tal-immuntar tal-midrange.
4. Orbot il-woofer u l-midrange speakers mal-qafas permezz ta’ erba’ viti (5). Issikka.
Momentum: 1,6–2,3 N·m (14,2–20,4 in-lbs)
1Konnettur tal-arneż tal-ispeaker (2)
2Kompartiment/kavità tal-ispeaker (2)
3Assemblaġġ tal-iSpeaker, midrange/woofer (2)
4Assemblaġġ tal-immuntar tal-midrange (2)
5Ittri mmarkati
6Vit (8)
Figura 1. Installazzjoni tal-iSpeaker tal-Woofer
NOTA
  • L-assemblaġġi tal-gradilji tat-tweeter/speakers huma speċifiċi għall-ġnub. Il-gradilja tal-lemin għandha t-test "BOOM! AUDIO STAGE II” fuq in-naħa tal-lemin tal-qafas tat-tweeter. Ma hemm l-ebda test fuq il-gradilja tax-xellug.
  • Biex tħoll il-konnessjoni tal-lead mill-midrange għat-tweeter kif hemm fil-Pass 5a, żerżaq lura l-kopertura ta’ fuq il-female terminal. Ikkonnettja t-terminals. Żerżaq l-kopertura ’l quddiem għal fuq t-terminals ikkonnettjati.
  1. Ara Figura 2 . Installa l-assemblaġġ tal-gradilja (1):
    1. Ikkonnettja ż-żewġ leads individwali mill-midrange speaker għal-leads tat-tweeter fuq il-gradilja tal-ispeaker.
    2. Ivverifika li l-gasket tal-gomma (2) qiegħed f’postu madwar il-perimetru tal-gradilja. Iċċekkja li l-żewġ clips (3) qegħdin f’posthom fuq it-tabs tal-gradilja (4). Ibdel il-komponenti jekk għandhom xi ħsara jew huma nieqsa.
    3. Daħħal il-wajers u l-konnettur tat-tweeter fl-ispazju bejn il-kantuniera ta’ fuq tan-naħa ta’ ġewwa tal-ispeaker tal-fairing ta’ ġewwa u l-qafas tal-ispeaker.
    4. Qabbad it-tab (4) mal-ġenb tan-naħa ta’ barra tal-bokka tal-ispeaker.
    5. Qabbad il-clips li jżommu l-gradilja fis-slots (5).
    6. Agħfas fuq il-gradilja f’kull żona fejn hi marbuta sakemm tismagħha tikklikkja.
    7. Irrepeti fuq in-naħa l-opposta.
1Assemblaġġ tal-gradilja (2)
2Gasket
3Clip (4)
4Tabs
5Slot
6Tikketta tal-aġġornament EQ (2)
7Rbit tas-sikurezza
8Assemblaġġ tal-iSpeaker tweeter/midrange (2)
9Adapter harness (2)
Figura 2. Tweeter/Midrange u Gradilja tal-iSpeaker
  1. Mudelli FLTRUSE: installa l-arneż tal-interkonnessjoni tal-ispeaker ta’ wara (Part numru 69200714) u l-arneż tal-jumper tal-ispeaker ta’ wara (Part numru 69200489), kull wieħed mixtri separatament. L-arneż tal-jumper ta’ wara jikkonnettja l-ispeakers ta’ wara mal-amplifikatur tal-fairing.
    1. Sib fejn qiegħed l-awdjo fuq wara [162] taħt fejn iserraħ dahru l-passiġġier u skonnettjah [162].
    2. Ikkonnettja [162A] u [162B] mal-konnetturi li jidħlu ġo xulxin fuq l-arneż tal- interkonnessjoni tal-ispeaker ta’ wara.
    3. Ikkonnettja l-four-way [162A] ta’ fuq l-arneż tal- jumper tal-ispeaker ta’ wara mal-four-way [162D] fuq l-armeż ta’ interkonnessjoni.
    4. Uża għatu biex tagħtti l-four-way li mhux użat [162C] fuq l-arneż ta’ interkonnessjoni.
    5. Għaddi l-arneż tal-jumper tal-ispeaker ta’ wara [162B] matul il-linja tal-wajers sal-amplifikatur tal-fairing. Konnessjoni li tgħodd [313] għall-fairings tal- mudelli FLTRUSE .
  2. Ara Figura 2 . Il-mudelli KOLLHA: Poġġi l-arneż f’postu (7) ġol-fairing ta’ fuq ġewwa.
  3. Il-mudelli kollha minbarra FLTRUSE: Ikkonnettja l-konnettur four-way Molex socket [313B] tal-arneż forma ta’ Y mas- socket [313] tal-output tal-arneż tal-amplifikatur tal-ispeaker ta’ wara. Mudelli FLTRUSE: Ikkonnettja l-konnettur four-way Molex socket [313B] tal-arneż forma ta’ Y mas- socket [162B] tal-output tal-arneż tal-amplifikatur tal-ispeaker ta’ wara.
  4. NOTA
    Huwa meħtieġ adapter harness (9) Figura 2 jew adapter harness (10) Figura 4 għall-ġenerazzjoni tal-ispeakers identifikati f’dan il-kitt, iżda jista’ jkun li ma jkunux meħtieġa fil-mudelli kollha. Xi kombinazzjonijiet tal-ispeaker u l-harness jista' jkollhom konnessjonijiet tal-harness li jvarjaw. Uża adapter (69200925) biex issolvi l-konnessjoni.
  5. Ara Figura 4 . Żid l-adapter harness (10) mill-kit.
  6. Ara Figura 2 . Daħħal l-adapater harness mal-arneż (7).
  • Il-konnetturi tal-arneż forma ta’ Y huma mmarkati b’tikketta "RH" jew "LH" (in-naħa tal-lemin jew tax-xellug kif jidhru mill-pożizzjoni tas-sewwieq). Jew, qabbel il-kuluri tal-arneż forma ta’ Y mal-kuluri tal-wajers tal-ispeaker. Għaddi kull sieq tal-arneż għal ġol-ispeaker li jaqbel.
  1. Daħħal il-konnetturi ġo kull speaker.
TWISSIJA
Kun ċert li l-istering huwa merħi u ħieles minn kull interferenza. Interferenza mal-istering tista’ tirriżulta fit-telf tal-kontroll tal-vettura u l-mewt jew korriment serju. (00371a)
  • Kun żgur li wajers, arneżi jew ċineġ ma jiġbdux b’mod issikkat meta l-mankijiet jiġu mdawra sakemm jistgħu lejn il-waqfiet tax-xellug jew tal-lemin tal-furketta.
  1. Ivverifika li l-isteering idur sewwa mingħajr xkiel minn waqfa għall-oħra.
1Speaker tal-fairing tax-xellug
2Speaker tal-fairing tax-xellug
3Amplifikatur, fairing (mixtri separatament)
4Tweeter midrange [313]
5L-awdjo ta’ wara tat-tip 16-way [162]
6Interkonnessjoni, CVO biss, (Part numru 6920714)
7Jumper, CVO biss, (Part numru 6920489)
Figura 3. Speakers tal-Fairing, Amplifikatur u Lokazzjonijiet Approssimattivi tal-Konnetturi
TLESTIJA
NOTA
Biex tevita l-possibbiltà li ssir ħsara fis-sistema tas-sound, ivverifika li l-iswiċċ tal-ignixin huwa MITFI qabel tinstalla l-fjus prinċipali.
AVVIŻ
Ir-Radju EQ BILFORS irid jiġi aġġornat minn aġent tal-Harley-Davidson qabel li topera is-sistema tal-awdjo. It-tħaddim tas-sistema tal-awdjo qabel l-update tar-radju EQ se ssir IMMEDJATAMENT ħsara lill-ispikers. (00645d)
  1. Ara l-Manwali tas-Servizz. Installa l-fjus prinċipali.
  2. Ħalli negozjant tal-Harley-Davidson jaġġorna l-EQ tar-radju bl-użu tad-Digital Technician II.
  3. Dawwar l-iswiċċ tal-ignixin fuq ON, imma tqabbadx il-mutur.
  4. Irreferi għas-sezzjoni tal-manwal tas-sid tas-SISTEMA TAL-INFOTIANMENT BOOM! BOX. Ixgħel ir-radju. Żgura li l-ispikers kollha qegħdin jaħdmu u l-funzjoni tal-fader ta’ quddiem/ta’ wara qed joperaw b'mod korrett. Jekk le, iċċekkja l-wajering tal-ispiker. Kun preparat li jista’ jinstema’ xi żarżir, żaqżiq jew ċekċik sakemm tiġi installata l-fairing ta’ barra.
  5. Ara l-Manwali tas-Servizz. Installa l-fairing ta’ barra. Installa l-windshield.
QED JINTUŻA
Evita kuntatt dirett mal-gradilja tal-ispiker permezz pressure washer. Tista’ tirriżulta ħsara lill-ispikers.
PARTS TAS-SERVICE
Figura 4. Parts tas-Service, BOOM! Audio Stage II Fairing Speaker Kit (FLTR)
Tabella 1. Parts tas-Service
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
1
Assemblaġġ tal-iSpeaker (woofer), fairing (2)
76000822
2
Assemblaġġ tal-ispeaker, midrange (2)
76000872
3
Vit (8)
10200376
4
Assemblaġġ tal-gradilja tat-tweeter/speaker (xellug) (jinkludi l-oġġetti 5-6)
Assemblaġġ tal-gradilja tat-tweeter/speaker (lemin) (jinkludi l-oġġetti 5-6)
76000870
76000871
5
  • Gasket (xellug)
  • Gasket (lemin)
76000917
76000918
6
  • Clip (2)
12200025
7
Retainer tal-wajer, dahar bl-adeżiv (2)
69200342
8
Ċinga tal-kejbil (2)
10065
9
Wire harness, tweeter/midrange speaker
69200925
10
Adapter harness (2)
69202459
Dijagramma bl-informazzjoni tal-wajering
Kodiċi tal-Kuluri tal-Wajers
Għall-wajers b’kulur solidu: Ara d-Dijagramma tas-Simboli tal-Konnetturi/Wajering (Tipiċi). Il-kodiċi alfa tidentifika l-kulur tal-wajer.
Għall-Wajers bir-Rigi: il-kodiċi hija miktuba b’linja djagonali (/) bejn il-kodiċi ta' kulur solidu u l-kodiċi tal-irrigat. Per eżempju, traċċa ttikkettjata GN/Y hija wajer aħdar b’rig isfar.
Dijagramma tas-Simboli tal-Wajering
Ara s-Simboli tad-Dijagramma tal-Konnetturi/Wajering (Tipiċi). Parentesi [] jindikaw in-numri tal-konnetturi. L-ittra ġewwa l-parenteżi tidentifika jekk il-housing huwiex sockit jew housing ta’ pin.
A = Pin: L-ittra A u s-simbolu tal-pin wara numru tal-konnettur jidentifikaw in-naħa tal-pin tal-konnetturi tat-terminals.
B = Socket: L-ittra B u s-simbolu tas-sokit wara numru ta’ konnettur jidentifikaw in-naħa tal-sockit tal-konnetturi tat-terminals. Is-simboli oħra misjuba fuq id-dijagrammi tal-wajering jinkludu dan li ġej:
Dijodu: Id-dijodu jippermetti fluss ta’ kurrent f'direzzjoni waħda biss fiċ-ċirkwit.
Waqfa tal-wajer: Il-waqfien tal-wajers huma wżati biex juru varjazzjonijiet fl-għażla jew paġni ġodda.
L-ebda Konnessjoni: Żewġ wajers li qed jaqsmu fuq xulxin fid-dijagramma tal-wajering u li huma murija bl-ebda splice li tindika li dawn mhumiex konnessi flimkien.
Ċirkwit lejn/minn: Dan is-simbolu jindika dijagramma ta’ ċirkwit sħiħ fuq paġna oħra. Is-simbolu qed jidentifika wkoll id-direzzjoni tal-fluss tal-kurrent.
Splice: Splices huma fejn żewġ wajers jew iktar huma konnessi flimkien f’dijagramma tal-wajering. L-indikazzjoni ta’ splice tindika biss illi wajers huma spliced ma' dak iċ-ċirkwit. Mhuwiex il-post veru tal-isplice fl-irbit ta’ sikurezza tal-wajers.
Ert: L-ertijiet jistgħu jiġu klassifikati jew bħala clean (nodfa) jew dirty (maħmuġin). L-ertijiet nodfa huma identifikati permezz ta’wajer (BK/GN) u normalment huma użati għal sensers jew moduli.
NOTA
L-ertijiet nodfa normalment m'għandhomx muturi tal-elettriku, kojls jew kwalunkwe ħaġa oħra li tista’ tikkawża interferenza elettrika fuq iċ-ċirkwit tal-ert.
L-ertijiet maħmuġa huma identifikati b’wajer (BK-iswed) u huma wżati għal komponenti li ma jkunux daqshekk sensittivi għall-interferenza elettrika.
Par mibruma: Dan is-simbolu jindika li ż-żewġ wajers huma milwija flimkien fl-irbit ta’ sikurezza. Dan jimminimizza l-interferenza elettromanjetika taċ-ċirkwit minn sorsi esterni. Jekk ikun hemm żbonn ta’ tiswijiet għal dawn il-wajers, għandhom jibqgħu bħala wajers milwjin.
Tabella 2. Kodiċi tal-Kuluri tal-Wajers
KODIĊI ALFA
IL-KULUR TAL-WAJER
BE (Blue)
Blu
BK (Black)
Iswed
BN (Brown)
Kannella
GN (Green)
Aħdar
GY (Grey)
Griż
LBE (Light Blue)
Ċelesti
LGN (Light Green)
Aħdar ċar
O (Orange)
Oranġjo
PK (Pink)
Roża
R (Red)
Aħmar
TN (Tan)
Tan (Kannella Ċar)
V
Vjola
W
Abjad
Y (Yellow)
Isfar
1Numru tal-Konnettur
2Kodiċi tat-terminal (A = pin, B = sokit)
3Kulur solidu tal-wajer
4Kulur irrigat tal-wajer
5Simbolu tas-sokit
6Simbolu tal-pin
7Dijodu
8Waqfa tal-wajer
9Ebda konnessjoni
10Ċirkwit lejn/minn
11Splice
12Ert
13Par milwi
Figura 5. Is-Simboli tad-Dijagramma tal-Konnetturi/Wajering
1Tweeter midrange [313B]
2Konnettur tan-naħa tax-xellug tat-tweeter midrange [LH]
3Konnettur tan-naħa tal-lemin tat-tweeter midrange [RH]
4Adapter harness
Figura 6. Tweeter Midrange Fairing Wire Harness (Arneż tal-Wajer tat-Tweeter Midrange Fairing)