FAIRING LOWER SPEAKER INSTALLATION KIT FOR BOOM! AUDIO
941000622019-01-31
ĠENERALI
L-ispeakers tal-Boom! Audio system f’dan il-kit jaħdmu jew ma' sistemi Stage 1 jew Stage II.
Dawn l-ispeakers huma ddisinjati biex jidħlu fil-fairings ta’ isfel ta’ mudelli Twin-Cooled .
IN-NUMRU TAL-KITT
76000734, 76000957
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-katalgu tal-bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
Mudelli FLHXSE jeħtieġu kit bil-galvu (template) u l-kopertura (Part numbru 76000734).
Installazzjoni minn qabel jew simultanja tal-kit tal-Amplifikatur tal-Fairing Stage I jew Stage II.
Mudelli FLTRUSE u FLHTCUTG jeħtieġu jumper (Part numru 69200489) u interkonnessjoni (interconnect) (Part numru 69200714).
Vetturi bi Stage I kit tal-espansjoni tal-ispeaker hu meħtieġ biex jippermetti sitt speakers jew tmienja.
Vetturi bi Stage II ix-xiri ta' Kit tal-Amplifikatur ta’ Isfel (Part numru 76000277A). Kit tal-Installazzjoni tal-iSpeaker ta’ Isfel (Part numru 76000586).
Għal FLXSE tal-2015 u aktar ġdid għandu jintuża l-galvu (template) ta’ ġo dan il-kit għall-installazzjoni tal-amplifikatur.
AVVIŻ
Ir-Radju EQ BILFORS irid jiġi aġġornat minn aġent tal-Harley-Davidson qabel li topera is-sistema tal-awdjo. It-tħaddim tas-sistema tal-awdjo qabel l-update tar-radju EQ se ssir IMMEDJATAMENT ħsara lill-ispikers. (00645d)
Aġġornament tar-Radio EQ permezz tal-għodda dijanjostika tad-Digital Technician ® (Tekniku Diġitali) II
  • Rakkomandat qabel l-INSTALLAZZJONI tal-ispiker
  • Meħtieġa qabel l-OPERAZZJONI tas-sistema tal-awdjo.
  • Disponibbli biss mingħand negozjanti awtorizzati tal-Harley Davidson.
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tirreferi għal-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Manwal tas-servizz għall-mutur ta’ din is-sena/mudell hija meħtieġa għal din l-installazzjoni. Disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley Davidson.
Tagħbija Elettrika Żejda
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
TWISSIJA
Meta tinstalla xi aċċessorju elettriku, kun ċert li ma jaqbiżx il-klassifikazzjoni massima tal-amperage tal-fuse jew tas-circuit breaker li jipproteġi ċ-ċirkwit l-affettwat li jkun qed jiġi modifikat. Li teċċedi l-amperage massimu jista’ twassal għal ħsarat elettriċi, li jistgħu jirriżultaw f’mewt jew korriment serju. (00310a)
L-amplifikatur installat b’dan il-kit jeħtieġ sa 8 amps aktar kurrent mis-sistema elettrika.
Kontenut tal-Kit
PREPARAZZJONI
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
  1. Ara l-Manwali tas-Servizz. Neħħi l-fjus.
  2. Il-Mudelli Kollha: Jekk ser issir installazzjoni simultanja tas-sett tal-amplifikatur/speaker Stage I jew Stage Il, lesti l-installazzjoni tal-fairing issa.
  3. Aqla’ u armi ż-żewġ bibien tal-aċċess ta’ isfel tal-fairing.
  4. Neħħi l-fairing ta’ barra. Ara l-Manwali tas-Servizz.
  5. Stage I: Installa l-kit tal-espansjoni tal-ispeaker.
  6. Stage II: Aqla’ s-saddlebag tan-naħa tal-lemin. Neħħi s-sedil. Neħħi l-għata tal-ġenb. Ara l-Manwali tas-Servizz.
INSTALLAZZJONI TAL-iSPEAKER
  1. Ara Figura 4 . Stage I: Għaddi l-leads iż-żgħar tat-terminal ta’ fuq l-arneż tal-wajer (harness) (10) għal fuq il-fairing ta’ isfel. Stage II: L-arneż tal-wajer (harness) (10) ma jintużax. Armi l-arneż tal-wajer (wire harness). Għaddi l-arneż tal-ġenb tal-vettura (side harness) skont l-istruzzjonijiet tal-kit tal-installazzjoni tal-amplifikatur. ITTAQQABX toqob fin-naħa t’isfel tal-fairing.
  2. Għaddi l-arneż matul l-arneż prinċipali (main harness) man-naħa tal-lemin tal-isteering head.
  3. Għaddi l-arneż minn ġol-fairing. Kun żgur li m’hemm ebda interferenza mal-isteering. Ħalli madwar 14-il pulzier ta’ wajer ġewwa l-kompartiment ta’ isfel tal-fairing.
  4. Sib fejn huma l-ispeakers. Sib it-tweeter fuq in-naħa ta' barra meta jkun installat.
  5. Ara Figura 1 . Kif jiġi mgħoddi l-wajer minn apertura żgħira (2). Ara li l-wajer jinżamm milli jagħmel kuntatt mal-vent (4) u l-kontroll tal-vent (3).
  6. Irrepeti fuq in-naħa l-oħra.
  7. Installa l-leads tal-arneż tal-wajer (wire harness) mal-cross-over board fuq in-naħa ta’ wara tal-ispeakers. Ħallih merħi biżżejjed biex jippermetti t-tneħħija tal-ispeaker ħalli jkun hemm aċċess għall-flixkun tat-tkessiħ (coolant bottle).
  8. Irrepeti fuq in-naħa l-oħra.
  9. Orbot l-wajers tajjeb b’ċinga tal-cable (5).
  10. Ikklikkja l-ispeakers f’posthom.
1Wajer tal-iSpeaker
2Apertura fil-fairing t'isfel
3Kontroll tal-vent
4Vent
5Ċinga tal-kejbil
Figura 1. Routing tal-Wajer tal-iSpeaker
INSTALLAZZJONI TAL-AMPLIFIKATUR
Stage I:
Il-Mudelli Kollha Minbarra CVO Ultra u Trike: Sib il-konnettur [313] tal-output tal-ispeaker tal-amplifikatur primarju.
Ikkonnettja [313] mal-arneż tal-wajer (wire harness) (10). Ara Figura 4 . Ipproċedi għas-Sezzjoni ta’ TLESTIJA.
CVO Ultra u Trike: Daħħal 6920714 (sakemm ma jkunx diġà fil-post) fil-konnettur [162] wara s-sedil tal-passiġġier.
Ikkonnettja l-4-way tan-naħa tas-socket mal-arneż tal-awdjo tal-espansjoni tal-ispeaker [297] u n-naħa tal-pin tal-4-way man-naħa tas-socket tal-jumper 69200489. Ikkonnettja in-naħa tal-pin tal-jumper 69200489 mal-arneż tal-wajer (wire harness) ġo dan il-kit (10).
Jekk mhux diġà installat minn qabel, ikkonnettja il-konnettur tal-vettura [296] (Molex 4-way tan-naħa tal-pin jinsab taħt is-sedil) għal ma’ 296 (in-naħa tas-socket tal-4-way) tal-kit tal-espansjoni tal-ispeaker.
Stage II:
NOTA
Il-mudelli kollha: Two-way tweeter connector [36RT u 37LT] MHUX UŻAT għall-applikazzjonijiet stage II. Għatti t-truf tal-konnettur bit-tape, daħħal biex ma jidhrux u orbot tajjeb bi strippi tal cable.
Il-mudelli kollha minbarra FLHXSE tal-2015 u wara: Ipproċedi għas-sezzjoni ta’ TLESTIJA ta’ dan id-dokument.
FLHXSE tal-2015 u wara: segwi l-istruzzjonijiet f'dan il-kit u l-istruzzjonijiet fil-kit tal-installazzjoni Part numru 76000734.
FLHXSE tal-2015:
Armi l-galvu (template) inkluż fl-iStage II Fairing Lower Speaker kit. Uża l-galvu (template) inkluż f'dan il-kit. Ara Figura 2 .
  1. Ara Figura 3 . Uża l-galvu (template) (1) biex taqta' l-aperturi fis-saddlebag għall-18-way flanged connector tal-amplifikatur [289-1] tal-fairing ta’ isfel .
    1. L-ispeakers tal-għatu tas-saddlebag huma fil-post minn installazzjoni tal-istock, il-wajers tan-naħa tal-lemin tal-ispeaker jistgħu jkunu fil-post tal-cutout tal-konnettur. Aqla’ l-arneż tal-wajer tal-istock u l-konnettur 4-way.
    2. Poġġi l-galvu (template) fuq is-saddlebag. Allinja l-aperturi ta’ fuq il-grommet (2) u l-lukkett (3). Uża t-tape (10) biex twaħħal il-galvu (template) tajjeb fil-post.
    3. Waħħal masking tape fuq in-naħa opposta tal-galvu (template) biex tnaqqas il-possibiltà li ssir ħsara liż-żebgħa fuq in-naħa ta’ barra tas-saddlebag.
    4. Ikkopja l-profil tal-linja fejn irid isir il-qtugħ (4) fuq is-saddlebag. Ikkopja l-profil tal-linja fejn irid isir il-qtugħ (7) fuq is-saddlebag. Ikkopja l-profil tal-linja fejn irid isir il-qtugħ (9) fuq is-saddlebag.
    5. Taqqab żewġ toqob 9/32 (5) għall-postijiet tal-immuntar tal-flange tal-konnettur. Taqqab ħames toqbiet 3/16 (6) għall-postijiet tal-immuntar tal-flange tal-konnettur. Taqqab ħames toqbiet 3/16 (8) għall-postijiet tal-immuntar tal-flange tal-konnettur.
    6. Aqla’ l-galvu (template). Uża air saw (surrieq imħaddem bl-arja) jew għodda simili biex taqta’ l-parti li trid tinqata’ (cutout) (4) fil-konnettur. Ivverifika d-daqs tal-apertura (4) mal-18-way flanged connector [289-1A] ta’ fuq is-saddlebag harness (ara Figura 4 , Punt 7). Jekk meħtieġ, biex ikun jista’ jidħol f’postu sewwa, ifforma t-toqba kif jidher fuq il-galvu (template).
FLHXSE tal-2016 u wara:
Armi l-galvu (template) inkluż fl-iStage II Fairing Lower Speaker kit. Uża l-galvu (template) inkluż f'dan il-kit. Ara Figura 2 .
  1. Ara Figura 3 . Uża l-galvu (template) (1) biex taqta' l-aperturi fis-saddlebag għall-18-way flanged connector tal-amplifikatur [289-1] tal-fairing ta’ isfel .
    1. Aqta’ l-qiegħ tal-galvu (template) matul il-linja fejn irid isir il-qtugħ (11). Armi l-qiegħ tal-galvu (template).
    2. L-ispeakers tal-għatu tas-saddlebag huma fil-post minn installazzjoni tal-istock, dan il-konnettur jibqa’ kif inhu.
    3. Poġġi l-galvu (template) fuq is-saddlebag. Allinja l-aperturi ta’ fuq il-grommet (2) u l-lukkett (3). Uża t-tape (10) biex twaħħal il-galvu (template) tajjeb fil-post.
    4. Waħħal masking tape fuq in-naħa opposta tal-galvu (template) biex tnaqqas il-possibiltà li ssir ħsara liż-żebgħa fuq in-naħa ta’ barra tas-saddlebag.
    5. Ikkopja l-profil tal-linja fejn irid isir il-qtugħ (4) fuq is-saddlebag. Ikkopja l-profil tal-linja fejn irid isir il-qtugħ (7) fuq is-saddlebag.
    6. Taqqab żewġ toqob 9/32 (5) għall-postijiet tal-immuntar tal-flange tal-konnettur. Taqqab ħames toqbiet 3/16 (6) għall-postijiet tal-immuntar tal-flange tal-konnettur.
    7. Aqla’ l-galvu (template). Uża air saw (surrieq imħaddem bl-arja) jew għodda simili biex taqta’ l-parti li trid tinqata’ (cutout) (4) fil-konnettur. Ivverifika d-daqs tal-apertura (4) mal-18-way flanged connector [289-1A] ta’ fuq is-saddlebag harness (ara Figura 4 , Punt 7). Jekk meħtieġ, biex ikun jista’ jidħol f’postu sewwa, ifforma t-toqba kif jidher fuq il-galvu (template).
    8. Wara li tinstalla l-18-way connector [289-1]: Installa l-kopertura tal-konnettur (12) fuqu billi tikklikkjaha fil-post. Orbot tajjeb il-gzuz tal-wajers bl-istrippi (cable straps) u bil-bażijiet adeżivi pprovduti mal-kit tal-installazzjoni tal-amplifikatur. Lesti Stage II tal-installazzjoni tal-amplifikatur skont l-istruzzjonijiet f’dak il-kit.
Aqta’ l-aperturi għall-four-way connector [289-2]:
Ara Figura 3 , Items 6 u 7.
  1. Uża l-linji tad-disinn tal-qatgħa magħmula qabel u t-toqba pilota taċ-ċentru biex ittaqqab toqba għall-four-way flanged connector ta’ fuq [289-2].
    1. Uża step drill biex ittaqqab toqba ta’ 7/8 għall-cutout tal-konnettur (7).
    2. Uża lima biex tiċċattja n-naħa ta’ fuq tat-toqba.
    3. Ittestja li l-konnettur daħal f’postu sewwa [289-2]. Jekk meħtieġ, biex ikun jista’ jidħol f’postu sewwa, ifforma t-toqba kif jidher fuq il-galvu (template).
1Mudell (template)
2Linja fejn għandha tinqata’ għall-FLHXSE tal-2016 u wara
Figura 2. FLHXSE CVO tal-2015 u Wara (CVO Street Glide)
1Mudell (template)
2Grommet ta’ wara tas-saddlebag
3Lukkett tan-naħa ta’ wara tas-saddlebag (4)
4Cutout (parti maqtugħa), konnettur
5Toqba tal-immuntar tal-flange (2)
6Toqba tal-immuntar tal-flange (4)
7Cutout (parti maqtugħa), konnettur
8Toqba tal-immuntar tal-flange (4) (FLXSE tal-2015 biss)
9Cutout (parti maqtugħa), konnettur (FLXSE tal-2015 biss)
10Tejp
11Linja fejn għandha tinqata’
Figura 3. Cutout u Titqib tal-Installazzjoni tal-Arneż (Harness) tas-Saddlebag tal-Lemin
TLESTIJA
NOTA
Biex tevita l-possibbiltà li ssir ħsara fis-sistema tas-sound, ivverifika li s-swiċċ tal-ignixin huwa MITFI qabel twaħħal l-cables tal-batterija.
TWISSIJA
Ikkonnettja tal-kejbil pożittiv (+) tal-batterija l-ewwel. Jekk il-pożittiv (+) tal-kejbil jikkuntattja l-ground li jkun bil-kejbil negattiv (-) konness miegħu, ix-xrar li jirriżulta jista ' jikkawża l-isplużjoni tal-batterija, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00068a)
  1. Applika kisja ħafifa ta’ petroleum jelly jew materjalgħal kontra l-korrużjoni fuq it-terminals tal-batterija.
  2. Installa l-ECM caddy skont il-manwal tas-servizz.
  3. Ara l-Manwali tas-Servizz. Installa s-sedil. Wara li tinstalla s-sedil, iġbed is-sedil ’il fuq biex tivverifika li huwa marbut tajjeb.
  4. Installa l-fjus prinċipali.
  5. Ħalli negozjant tal-Harley-Davidson jaġġorna l-EQ tar-radju bl-użu tad-Digital Technician II.
PARTS TAS-SERVICE
Figura 4. Parts tas-Service, Speakers tal-Fairing ta’ Isfel
Tabella 1. Parts tas-Service
Kitt
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
Kit 76000957
1
Vit, # 8 x 1/2 pulzier (8)
10201030
2
Assemblaġġ tal-gradilja, naħa tax-xellug
76000968
3
Assemblaġġ tal-gradilja, naħa tal-lemin (mhux muri)
76000967
4
Speaker, ta’ isfel, stage 1 jew 2 (2)
76000966
5
Muntaġġ tal-ispeaker (2)
76000969
6
Panel clip (6)
12200025
7
Assemblaġġ tal-ispeaker, naħa tax-xellug
Mhux Mibjugħ Separatament
8
Assemblaġġ tal-ispeaker, naħa tal-lemin
Mhux Mibjugħ Separatament
9
Ċinga tal-kejbil (6)
10006
10
Arneż tal-wajer (wire harness)
69200612
Kit 76000734
11
Galvu (template), drill, cutout (disinn maqtugħ)
76000733
12
Kopertura tal-konnettur
69201566