BOOM! AUDIO STAGE II FAIRING LOWER SPEAKER KIT
941000562019-01-31
ĠENERALI
Installazzjoni minn aġent hija rakkomandata.
IN-NUMRU TAL-KITT
76000951
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-katalgu tal-bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
Dan il-kit ma jidħolx tajjeb f’mudelli ta’ tip Twin-Cooled.
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
Mudelli FLHX jeħtieġu installazzjoni minn qabel jew konkorrenti ta’ Harley Davidson Vented Fairing Lower Kit (Part Numru 57100258 , mhux miżbugħ).
Il-mudelli KOLLHA jeħtieġu xiri separat ta’ Fairing Lower Speaker Box Kit (Part Numru 57100233 , mhux miżbugħ).
Ara l-Katalgu tal-Bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji ta’ www.harley-davidson.com (Ingliż biss) għall-verżjonijiet ta’ dawn l-oġġetti mqabbla skont il-kuluri.
Installazzjoni kif suppost ta' dan il-kit teħtieġ Loctite ® 243 Medium Strength Threadlocker u Siġillant - Blu (Part numru 99642-97 ).
NOTA
Tħallatx l-ispikers Stage I u Stage II Stage fuq l-istess sistema.
Dawn l-ispikers huma BISS għall-użu fuq sistemi tal-awdjo tal-Harley Davidson 2014 u aktar tard. L-użu ta ' dawn l-ispikers fuq sistemi tal-awdjo Harley-Davidson 2006-2013 se jagħmlu ħsara permanenti lill-ispikers. L-użu ta’ dawn l-ispikers fuq sistemi ta’ awdjo Harley-Davidson 2005 jew iktar qabel se jagħmlu ħsara permanenti lill-ispikers.
AVVIŻ
Ir-Radju EQ BILFORS irid jiġi aġġornat minn aġent tal-Harley-Davidson qabel li topera is-sistema tal-awdjo. It-tħaddim tas-sistema tal-awdjo qabel l-update tar-radju EQ se ssir IMMEDJATAMENT ħsara lill-ispikers. (00645d)
Aġġornament tar-Radio EQ permezz tal-għodda dijanjostika tad-Digital Technician® II huwa:
  • Rakkomandat qabel issir l-INSTALLAZZJONI tal-ispeaker
  • Meħtieġ qabel ma tibda tiġi OPERATA s-sistema tal-awdjo.
  • Disponibbli biss mingħand negozjanti awtorizzati tal-Harley Davidson.
NOTA
  • Dawn l-ispeakers IRIDU jintużaw ma’ amplifikatur. Qabel l-installazzjoni ta’ amplifikatur (Part Numru 76000277A ) u Kit tal-Installazzjoni tal-iSpeaker ta’ Isfel tal-Fairing (Part Numru 76000586 ) huma meħtieġa. L-amplifikatur jiġi mmuntat ġewwa n-naħa tal-lemin tas-saddlebag .
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tagħmel referenza għall-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Manwal tas-servizz għall-mutur ta’ din is-sena/mudell hija meħtieġa għal din l-installazzjoni. Disponibbli mingħand negozjant ta’ Harley Davidson.
Tagħbija Elettrika Żejda
TWISSIJA
Meta tinstalla xi aċċessorju elettriku, kun ċert li ma jaqbiżx il-klassifikazzjoni massima tal-amperage tal-fuse jew tas-circuit breaker li jipproteġi ċ-ċirkwit l-affettwat li jkun qed jiġi modifikat. Li teċċedi l-amperage massimu jista’ twassal għal ħsarat elettriċi, li jistgħu jirriżultaw f’mewt jew korriment serju. (00310a)
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
Dan il-amplifikatur jeħtieġ sa 8 amps ta’ aktar kurrent mis-sistema elettrika.
Kontenut tal-Kit
PREPARAZZJONI
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
NOTA
  • Bis-sirena tas-sigurtà: Bil-fob tas-sigurtà preżenti, dawwar l-iswiċċ tal-ignition fuq ON. Ara l-Manwali tas-Servizz. Wara li s-sistema tkun żarmata, dawwar is-swiċċ tal-ignition fuq OFF. IMMEDJETAMENT neħħi l-fjus prinċipali.
  • MINGĦAJR is-sirena tas-sigurtà: Ara l-manwal tas-servizz. Tneħħija tal-fjus prinċipali.
NOTA
Irreferi għall-manwal tas-servizz għal informazzjoni speċifika dwar il-passi ġeneralizzati li jmiss.
  1. Mudelli Mgħammra bil-Fairing ta’ Isfel: Neħħi l-fairings ta’ isfel.
  2. Il-mudelli KOLLHA: Installa amplifikatur (Part Numru 76000277B ) u Kit tal-Installazzjoni tal-iSpeaker ta’ Isfel tal-Fairing ġewwa s-saddlebag tan-naħa tal-lemin skont l-istruzzjonijiet ġewwa dak il-kit.
    1. 2014-2016: Fairing Lower Speaker Installation Kit Part Numru 76000586 .
    2. 2017 u Wara: Fairing Lower Speaker Installation Kit Part Numru 76000749 .
ASSEMBLAĠĠ U INSTALLAZZJONI TAL-FAIRING TA’ ISFEL
NOTA
Agħmel l-assemblaġġ u l-installazzjoni tal-fairing ta’ isfel fuq naħa waħda qabel ma tibda taħdem fuq in-naħa l-oħra.
1. Ara Figura 1 . Aqla’ l-viti ta’ wara (1), min-naħa ta’ wara ta’ waħda mill-fairings.
2. Ara Figura 2 . Minn fuq quddiem, aqla’ l-viti (3), il-block-off panel (4) u l-kaxxa tal-ingwanti (2). Skonnettja l-konnessjoni tal-bieb tal-vent.
3. Ara Figura 3 . Aqla’ t-tlett viti tal-kaxxa tal-ingwanti. Aqla’ l-assemblaġġ tal-kaxxa tal-ingwanti (2).
4. Ara Figura 4 . Neħħi l-vit (1). Aqla’ l-konnessjoni (2). Installa fuq in-naħa ta’ quddiem tal-kompartiment il-ġdid. Issikka.
Momentum: 1,3–2 N·m (12–18 in-lbs)
5. Ara Figura 5 . Ipprepara l-kompartiment tal-ispeaker u l-ixkaffa ta’ isfel għall-installazzjoni tas-siġill tal-gasket. Naddaf b'taħlita fi proporzjon ta' 50-70 fil-mija alkoħol isopropil u 50-30 fil-mija ilma distillat.
NOTA
Biex tiffaċilita l-assemblaġġ, l-ewwel installa l-viti (ara Figura 12 , punt nru. 10) ġewwa l-kavità mingħajr l-ixkaffa. Aqla’ l-viti.
1Viti ta’ Wara
Figura 1. Viti ta’ Wara
1Tab tas-Sokor
2Assemblaġġ tal-kaxxa tal-ingwanti
3Viti
4Block-off panel
Figura 2. Tab tal-Qfil u Block-off Panel
1Viti tal-kaxxa tal-ingwanti
2Kaxxa tal-ingwanti
Figura 3. Viti tal-Kaxxa tal-Ingwanti
1Vit tal-konnessjoni tal-vent
2Konnessjoni
3Pum
Figura 4. Vit tal-Konnessjoni tal-Vent
Figura 5. Wiċċ tal-Fairing ta’ Isfel li Jaqbel mal-Gasket
1Vireg ta’ lokazzjoni (locating ribs) tan-naħa ta’ quddiem tal-kompartiment
2Naħa ta’ quddiem tal-kompartiment
3Xkaffa tal-kompartiment
4Xifer tal-ixkaffa u gasket tal-foam
Figura 6. Assemblaġġ tal-Kompartiment
1Konnessjoni
Figura 7. Għaqqad il-Konnessjoni
6. Ara Figura 6 . Għaqqad l-ixkaffa tal-kompartiment (4) man-naħa ta’ quddiem tal-kompartiment (2). Aqla’ l-inforra tal-karti ta’ wara minn fuq naħa waħda tal-gasket tal-foam b’żewġt uċuħ (5). Installa s-siġill kif muri. Ittrimmja u erfa’ s-siġill żejjed tal-gasket tal-foam biex jintuża aktar tard.
7. Ara Figura 7 . Ippostja l-assemblaġġ tal-kompartiment. Għaqqad il-konnessjoni.
8. Aqla’ l-inforra tal-karti ta’ wara mis-siġill tal-gasket tal-foam qabel ma tibda s-sub-assemblaġġ tal-kompartiment. Ippostja l-assemblaġġ tal-kompartiment.
9. Ara Figura 8 . Min-naħa ta’ wara, installa tliet viti tat-tip self-tapping fil-kompartiment (1). Issikka.
Momentum: 1,3–2 N·m (12–18 in-lbs)
1Viti ta’ Wara
Figura 8. Viti ta’ Wara
1Gasket tal-foam
2Tab tal-pożizzjoni
3Block-off panel
4Viti
Figura 9. Block off Panel u Foam tat-Tab tal-Pożizzjoni
10. Ara Figura 9 . Itwi biċċa mill-gasket li ttrimjajt (1) għal fuq t-tab tal-pożizzjoni (2) tal-block-off panel. Installa l-panel (3). Applika ftit qtar ta’ Loctite 243 - Blu mal-kamini nodfa tal-viti (4). Installa l-viti. Issikka.
Momentum: 7,3–8,4 N·m (65–74 in-lbs)
11. Agħtti l-ġenb ta’ wara tal-kaxxa tal-ingwanti fejn trid tittaqqab it-toqba bil-masking tape biex tevita xquq jew titjir fiż-żebgħa.
12. Ara Figura 10 . Mit-tarf tan-naħa ta’ barra (A), immarka linja parallela (B) fid-distanza speċifikata (C).
Tul/Dimensjoni/Distanza: 25 mm (1,0 in)
13. Mit-tarf tan-naħa ta’ isfel (D) immarka tikka fuq il-linja parallela fid-distanza speċifikata (E).
Tul/Dimensjoni/Distanza: 9,5 mm (0,374 in)
ATarf tan-naħa ta’ barra
BLinja parallela
C25 mm (1,0 in)
DTarf tan-naħa ta’ isfel
E9,5 mm (0,374 in)
Figura 10. Post tat-Titqib bid-Drill
14. Fil-post tat-titqib fid-drill fuq il-ġenb tan-naħa ta’ ġewwa tal-kaxxa tal-ingwanti, taqqab toqba bid-drill bil-qies speċifikat.
Tul/Dimensjoni/Distanza: 9,5 mm (0,374 in)
15. Ara Figura 11 . Daħħal l-erba’ skorfini tat-tip captive min-naħa ta’ ġewwa tal-kavità l-kbira.
Figura 11. Skorfini tat-tip Captive
16. Ara l-Manwali tas-Servizz. Installa l-fairing ta' Isfel. TINSTALLAX il-kopertura tal-fairing ta’ isfel bħalissa.
17. Għaddi l-wajers tal-ispeaker minn ġot-toqba fil-fairing ta' isfel.
  • Wajers Koħol jew Koħol/Suwed għal fuq in-naħa tal-lemin.
  • Wajers Koħol/Oranġjo u Koħol/Griżi għal fuq in-naħa tax-xellug.
18. Ara Figura 12 . Ifred l-isplit grommet (11). Installa l-grommet madwar is-sieq tal-arneż. Installa fit-toqba mtaqqba bid-drill fil-fairing.
19. Installa l-kopertura tal-fairing ta' isfel.
20. Irrepeti l-passi 1-19 għall-fairing li fadal.
21. Orbot tajjeb l-arneż tal-wajer biċ-ċineg tal-cable. Ivverifika li l-wiring ma jinterferixxix mad-dawrien jew tħaddim tal-steering jew suspension.
NOTA
L-ispeakers tal-fairing ta’ isfel huma speċifiċi għall-ġnub. Iċ-ċirku ta’ tberfila tal-ispeaker tan-naħa tax-xellug għandu l-kliem "BOOM! AUDIO STAGE II" fuq in-naħa ta’ fuq. L-ispeaker tan-naħa tal-lemin m’għandu l-ebda test.
22. Ara Figura 12 . Għaqqad il-konnetturi tal-wajers tal-ispeaker li hemm ġewwa l-kompartiment tal-ispeaker mal-ispade terminals (forma ta’ pala) fuq in-naħa ta’ wara tal-woofer il-ġdid . Qisien differenti tal-ispade contacts (kuntatti forma ta’ pala) jipprevjenu assemblaġġ ħażin.
23. Ikkonnettja l-konnetturi tal-awdjo tat-tip two-way fuq l-arneż tal-amplifier mal-konnettur tal-mid-range u tweeter (D).
24. Dawwar l-assemblaġġ tal-ispeaker (1) sakemm it-tweeter (C) ikun 45 grad ’l barra mit-tarf ta’ fuq.
25. Installa l-assemblaġġ tal-ispeaker fil-kompartiment tal-ispeaker bl-erba’ viti (5) li kienu fil-kit.
a. Ibda dawwar il-viti bil-mod biex tevita li timbotta l-iskorfini (captive nuts) minn ġot-toqob tal-muntaġġ.
b. Uża mudell msallab (forma ta’ X) fil-mod ta’ kif tissikka l-erba’ viti minn wieħed għall-ieħor.
Momentum: 1,3–3,4 N·m (12–30 in-lbs)
26. Irrepeti passi 22-25 għall-kopertura tal-ispeaker l-ieħor ta’ fuq wara.
TWISSIJA
Kun ċert li l-istering huwa merħi u ħieles minn kull interferenza. Interferenza mal-istering tista’ tirriżulta fit-telf tal-kontroll tal-vettura u l-mewt jew korriment serju. (00371a)
1. Kun żgur li wajers, arneżi jew ċineg ma jiġbdux b’mod issikkat meta l-mankijiet jiġu mdawra sakemm jistgħu lejn il-waqfiet tax-xellug jew tal-lemin tal-furketta.
2. Ivverifika li l-isteering idur sewwa mingħajr xkiel minn waqfa għall-oħra.
TLESTIJA
NOTA
Biex tevita l-possibbiltà li ssir ħsara fis-sistema tal-awdjo, ivverifika li s-sistemi tal-ignition u l-awdjo huma MITFIJIN (OFF) qabel tinstalla l-fjus prinċipali.
AVVIŻ
Ir-Radju EQ BILFORS irid jiġi aġġornat minn aġent tal-Harley-Davidson qabel li topera is-sistema tal-awdjo. It-tħaddim tas-sistema tal-awdjo qabel l-update tar-radju EQ se ssir IMMEDJATAMENT ħsara lill-ispikers. (00645d)
  1. Ara l-Manwali tas-Servizz. Installa l-fjus prinċipali.
  2. Ħalli negozjant tal-Harley-Davidson jaġġorna l-EQ tar-radju bl-użu tad-Digital Technician II.
  3. Dawwar l-iswiċċ tal-ignixin fuq ON, imma tqabbadx il-mutur.
  4. Irreferi għas-sezzjoni tal-manwal tas-sid tas-SISTEMA TAL-INFOTIANMENT BOOM! BOX. Ixgħel ir-radju. Żgura li l-ispikers kollha qegħdin jaħdmu u l-funzjoni tal-fader ta’ quddiem/ta’ wara qed joperaw b'mod korrett. Jekk le, iċċekkja l-wajering tal-ispiker.
  5. Ara l-Manwali tas-Servizz. Installa l-fairing ta’ barra u l-windshield.
  6. NOTA
    Jekk ikun hemm vibrazzjonijiet mhux f’posthom minħabba livelli għoljin ta’ rispons mill-bass, żid aktar foam bejn il-block-off panels u l-fairings ta’ isfel.
QED JINTUŻA
Evita kuntatt dirett mal-gradilja tal-ispiker permezz pressure washer. Tista’ tirriżulta ħsara lill-ispikers.
PARTS TAS-SERVICE
Tabella 1. Parts tas-Service
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
1
Assemblaġġ tal-ispeaker, pod tal-fairing ta’ isfel (xellug) (jinkludi oġġetti 2-4)
Assemblaġġ tal-ispeaker, pod tal-fairing ta’ isfel (lemin) (jinkludi oġġetti 2-4)
76000885
76000886
2
  • Assemblaġġ tal-ispeaker, woofer
Mhux mibjugħa separatament
3
  • Assemblaġġ tal-ispeaker tweeter/midrange
Mhux mibjugħa separatament
4
  • Vit, ras ċatta (3)
Mhux mibjugħa separatament
5
Vit, tat-tip pan head TORX, #6-32 x 25 mm (1,0 in) twil (iswed) (8)
10200294
6
Skorfina (Captive nut) (8)
10100064
7
Xkaffa, kompartiment tal-ispeaker fuq in-naħa ta’ isfel (xellug)
76000883
8
Xkaffa, kompartiment tal-ispeaker fuq in-naħa ta’ isfel (lemin)
76000884
9
Siġill tal-gasket, bl-adeżiv fuq wara (2)
25700895
10
Vit, tat-tip TORX pan head, #10-16 x 19 mm (0,748 in) twil, self-tapping, iswed (6)
2995
11
Grommet, siġill tal-arneż (2)
11410
Fairing Lower Speaker Box Kit (mhux parti mill-Fairing Lower Speaker Kit).
A
Speaker box kit (kit tal-kaxxa tal-ispeaker) (jinkludi l-kaxxi tax-xellug u tal-lemin)
B
Fairing ta’ isfel (tan-naħa tax-xellug muri)
L-oġġetti msemmija fit-test:
C
Tweeter
D
Konnettur tal-mid-range u tweeter
PARTS TAS-SERVICE
Figura 12. Parts tas-Service, BOOM! Audio Stage II Fairing Lower Speaker Kit