KITT TAL-MANKU LI JISSAĦĦAN
J052962021-08-03
ĠENERALI
IN-NUMRU TAL-KITT
56100034, 56100318, 56100331, 56100342, 56100436, 56100437, 56100438
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-Katalgu tal-Bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
NOTA
Ara l-Katalgu tal-Bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u l-Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss) għal ġabra ta’ oġġetti tal-Aċċessorji Ġenwini tal-Mutur li jaqblu li huma disponibbli għall-manki. Dawn jistgħu jiġu installati faċilment fl-istess ħin ma’ dan il-kit.
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
Il-mudelli tal-2008 u 2009 jeħtieġu x-xiri ta' parts addizzjonali:
  • Jumper harness 70415-08A (1) tas-sensur tat-twist grip (TGS)
  • Konnettur 72902-01BK (1)
  • Pinn tat-terminal 72990-01 (2)
Kitts tal-Konnessjoni Elettrika skont is-Sena u l-Mudell:
  • Ir-Road King tal-2014 - 2016 jeħtieġu x-xiri separat ta’ 69200722
  • Ir-Road King tal-2017 u Iktar Tard jeħtieġu x-xiri separat ta’ 69201599A
  • Is-Softail u d-Dyna tal-2016 u 2017 jeħtieġu xiri x-separat ta’ 72673-11
  • Is-Softail tal-2018 u Iktar Tard jeħtieġu xiri x-separat ta’ 69201750
Manwal tas-Servizz Meħtieġ
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Uża l-proċeduri ta’ fuq il-manwal tas-srvice kif xieraq. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00333b)
NOTA
Din il-folja tal-istruzzjonijiet tagħmel referenza għall-informazzjoni tal-manwal tas-servizz. Il-Manwal tas-servizz għall-mudell tal-mutur tiegħek huwa meħtieġ għal din l-installazzjoni u jista’ jinkiseb mingħand aġent ta’ Harley Davidson.
Tagħbija Elettrika Żejda
TWISSIJA
Meta tinstalla xi aċċessorju elettriku, kun ċert li ma jaqbiżx il-klassifikazzjoni massima tal-amperage tal-fuse jew tas-circuit breaker li jipproteġi ċ-ċirkwit l-affettwat li jkun qed jiġi modifikat. Li teċċedi l-amperage massimu jista’ twassal għal ħsarat elettriċi, li jistgħu jirriżultaw f’mewt jew korriment serju. (00310a)
AVVIŻ
Huwa possibbli li tgħabbi żżejjed is-sistema tal-iċċarġjar tal-vettura billi żżid wisq aċċessorji elettriċi. Jekk l-aċċessorji elettriċi magħquda li qed joperaw fi kwalunkwe ħin jikkunsmaw iktar kurrent elettriku milli s-sistema taċ-charging tista’ tipproduċi, il-konsum tal-elettriku jista’ jwaqqa’ l-batterija u jikkawża ħsara lis-sistema elettrika tal-vettura. (00211d)
Dan il-kitt tal-Manku li Jissaħħan jeħtieġ sa 3.5 amps ta’ kurrent addizzjonali mis-sistema elettrika.
Kontenut tal-Kit
Kull kitt fih par wieħed ta' mankijiet li jissaħħnu flimkien mal-parts tal-konnessjoni. Ara Figura 10 u Tabella 1 .
TNEĦĦIJA
Preparazzjoni
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tneħħi l-manki.
NOTA
Is-sensur tat-twist grip tan-naħa tal-lemin tal-manubriju għandu kappa tas-siġillar li tipproteġi l-elettrodi interni mill-ħmieġ u l-umdità, u jservi wkoll bħala apparat taż-żamma għall-manku tal-aċċelleratur.
Biex tneħħi l-manku, jista' jkun hemm bżonn li tiġbed ftit bis-saħħa biex tirrilaxxa l-labar tal-indiċi fil-manku mir-reċipjent fil-kappa tas-siġill.
Xħin tneħħi l-manku, iċċekkja l-post fejn qiegħed l-għatu tas-siġill.
Jekk l-għatu tas-siġill għadu mwaħħal mal-index pinsġewwa l-manku tat-throttle il-qadim, dan jista’ jintrema flimkien mal-manku.
Jekk l-għatu tas-siġill xorta jibqa’ mwaħħal mat- tarf tas-sensur tat-twist grip:
  • Ara Figura 1 . Daħħal tornavit żgħir jew għodda oħra b’xafra ċatta fil-parti ċ-ċatta fuq naħa waħda tal-għatu tas-siġill.
  • Agħfas is-sieq li hemm fuq in-naħa ta’ taħt tal-għatu biex toħorġu mis-slot fit-tarf tas-sensur tal-manku li jdur. Għolli tarf wieħed tal-għatu.
  • Irrepeti fuq in-naħa l-oħra tal-għatu.
  • Neħħi b'attenzjoni l-għatu u armih.
1Manubriju
2Sensur tal-manku tat-throttle li jdur
3Għatu tas-siġill
Figura 1. Neħħi l-Għatu tas-Siġill
NOTA
Qabel ma tneħħi s-sensur tat-twist grip, qabbad chaser wire mal-jumper harness.
  1. Mudelli tal-2008 u l-2009 Irreferi għall-manwal tas-servizz u segwi l-istruzzjonijiet mogħtija biex tneħħi s-sensur tat-twist grip (TGS) u l-jumper harness tat-TGS.
  2. Ara Figura 2 . Aqla’ l-jumper harness tat-TGS mit-TGS u l-harness ewlieni u armi l-jumper harness tal-istokk (2).
  3. Ara Figura 3 . Qabbad jumper harness tat-TGS ġdid mat-TGS.
    1. Qabbad il-konnettur (3) mal-harness tat-TGS.
    2. Qabbad il-konnettur (4) mal-konnettur tal-manku li jissaħħan.
1Tubi li jiċkienu bis-sħana
2Jumper harness tal-istokk tal-2008-2009
Figura 2. TGS u Harness tal-2008 u 2009
1Konnettur tal-harness ewlieni tat-TGS
2Konnettur tal-manku li jissaħħan tal-lemin (mal-manku tan-naħa tax-xellug)
3Mat-TGS
4Mal-wajers tal-manku li jissaħħan tat-TGS
Figura 3. Jumper Harness tat-TGS
INSTALLAZZJONI
Installazzjoni tal-Manku li Jissaħħan
NOTA
Jekk ma jintużax chaser wire, jistgħu jintużaw il-pressjoni tal-arja jew fish tape ta’ elektrixin biex tgħaddi l-harness tal-wajer kompletament minn ġol-manubriju.
1. Mudelli tal-2008 u 2009: Għaddi l-konnettur u l-harnesses tal-wajer tas-sensur tal-manku li jdur minn ġon-naħa tal-lemin tal-manubriju.
a. Int u ddaħħal il-wajer fil-manubriju, iġbed bil-mod il-konnettur fit-tarf tal-jumper harness biex tgħaddi s-sensur tal-manku barra miċ-ċentru tal-manubriju.
b. Waħħal l-index tabs tas-sensur tal-manku li jdur fis-slots fuq il-manubriju. Wieħed mit-tabs tal-indiċi u mill-islotts huma iżgħar mill-oħrajn biex jiġi evitat l-assemblaġġ mhux korrett.
2. Il-Mudell KOLLHA: Għaddi l-harness tal-wajer tal-manku li jissaħħan kollu kemm hu u barra miċ-ċentru tal-manubriju. Xi mudelli jistgħu jeħtieġu jumper addizzjonali biex jilħqu mill-manku fuq in-naħa tax-xellug sal-konnettur tat-tgħammir fuq is-sensur tat-twist grip (skont l-għoli tal-manubriju, il-mudell u s-sena tal-vettura). Ara Figura 10 . Dan il-jumper ta’ 14-il pulzier b'wajers suwed/bojod huwa pprovdut fil-kitt.
NOTA
Kun ċert li l-wiċċ tal-manubriju jkun lixx, niexef u mnaddaf sew mill-ħmieġ kollu.
NOTA
Qabel ma tiġbed wajer minn ġol-manubriji, għaddi l-wajer maġenb il-manubriju biex tiddetermina jekk hemmx bżonn ta' estensjoni. Jekk tkun meħtieġa estensjoni ADDIZZJONALI, ara l-lista tal-parts.
Xi manubriji li għandhom il-wajers għaddejjin minn ġewwa fihom, bħal chiseled jew mudelli bis-sinjali tad-direzzjoni immuntati fuq il-manubriji, jista’ jkollhom bżonn li jsirilhom de-pinning tal-konnettur tal-manku li jissaħħan.
Ħu ritratt tal-konnetturi kollha għall-assemblaġġ mill-ġdid qabel tagħmel de-pinning.
Biex tgħin fil-ġbid tal-wajers, sprejja jew għorok b’ilma bis-sapun
3. Ara Figura 4 . Ippożizzjona l-manku li jissaħħan tan-naħa tax-xellug (4) b’tali mod li l-parti bl-akbar dijametru tal-flanġ (5) tkun isfel. Imbotta l-manku kollu fuq il-manubriju.
4. Ippożizzjona l-kopertura t’isfel tas-swiċċ taħt il-manku b’mod li l-kanali (2) fuq in-naħa tal-outboard tal-kopertura tass-swiċċ tidħol fuq il-flanġ fit-tarf tal-manku.
5. Ippożizzjona l-kopertura tan-naħa ta’ fuq tas-swiċċ fuq il-manubriju u fuq il-kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ.
6. Ibda orbot il-viti tal-kopertura tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa t’isfel tas-swiċċ, iżda tissikkax. Ivverifika li l-kondjuwit tal-harness tal-wajer għaddej mill-kanal fin-naħa t’isfel tal-manubriju.
7. Ippożizzjona l-assemblaġġ tal-lieva tal-klaċċ tal-idejn fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-assemblaġġ tal-kopertura tas-swiċċ, waqt li tingaġġja t-tab tal-parti t’isfel tal-housing tas-swiċċ fil-kanal fuq in-naħa t’isfel tal-bracket tal-lieva tal-klaċċ.
8. Allinja t-toqba fil-clamp tal-manubriju mat-toqba fil-bracket tal-lieva tal-klaċċ, u qabbad il-vit ta’ taħt ma’ washer ċatt. Aġġusta l-kopertura tas-swiċċ u l-pożizzjoni tal-kontroll tal-idejn tal-klaċċ għall-kumdità tas-sewwieq.
9. Bl-użu ta’ ras tat-trażmissjoni T-27 TORX, l-ewwel issikka l-viti ta’ fuq tal-klamp tal-manubriju, imbagħad dawk ta’ isfel għal. Issikka.
Momentum: 6,8–9 N·m (60–80 in-lbs) viti tal-clamp
10. Bl-użu ta’ ras tat-trażmissjoni T-25 TORX, l-ewwel issikka l-viti ta’ fuq tal-klamp tal-manubriju, imbagħad dawk ta’ fuq għal. Issikka.
Momentum: 4–5,4 N·m (35–45 in-lbs) viti tal-kopertura tas-swiċċ
1Viti tal-kopertura tas-swiċċ
2Kanali
3Clamp tal-Manubriju
4Manku tan-naħa tax-xellug tal-manubriju
5L-akbar dijametru tal-flanġ
Figura 4. Kopertura tas-Swiċċ tan-Naħa tax-Xellug tal-Munbriju
11. Oħroġ il-manku l-ġdid li jissaħħan tat-throttle tan-naħa tal-lemin (2) mil-kit.
12. Fit-tarf tan-naħa ta’ barra tal-manku tal-aċċelleratur hemm plagg tonda tal-plastik, b’terminals b’żewġ pinnijiet fuq naħa waħda. Iġbed il-plagg bil-galbu ’l barra mill-manku minn ġewwa l-fetħa ta’ barra.
NOTA
Kun żgur li l-wiċċ tal-manubriju u n-naħa ta’ ġewwa tal-manku tal-aċċelleratur il-ġdid ikun lixx, niexef u mnaddaf sewwa mill-ħmieġ.
13. Żerżaq il-manku l-ġdid li jissaħħan tat-throttle fuq it-tarf tal-manubriju. Dawwar il-manku biex tivverifika li x-xquq ta’ ġewwa huma mqabbda mal-ixquq ta’ barra fuq is-sensur tat-twist grip.
14. Irreferi għal Figura 4 , li juri l-immuntar simili tas-swiċċ tan-naħa tax-xellug. Ippożizzjona l-kopertura t’isfel tas-swiċċ taħt il-manku b’mod li l-kanali (2) fuq in-naħa tal-outboard tal-kopertura tass-swiċċ tidħol fuq il-flanġ fit-tarf tal-manku.
15. Ippożizzjona l-kopertura tan-naħa ta’ fuq tas-swiċċ fuq il-manubriju u fuq il-kopertura tan-naħa t’isfel tas-swiċċ.
16. Ibda orbot il-viti tal-kopertura tan-naħa ta’ fuq u tan-naħa t’isfel tas-swiċċ, iżda tissikkax. Ivverifika li l-kondjuwit tal-harness tal-wajer għaddej mill-kanal fin-naħa t’isfel tal-manubriju.
17. Ippożizzjona n-naħa ta’ ġewwa tal-housing tal-master cylinder tal-brejk tas-swiċċ, waqt li tingaġġja t-tab tal-parti t’isfel tal-housing tas-swiċċ fil-kanal fuq in-naħa t’isfel tal-housing tal-master cylinder.
18. Allinja t-toqba fil-klamp tal-manubriju mat-toqba fil-housing tal-master cylinder, u qabbad il-vit ta’ taħt ma’ washer ċatt. Aġġusta l-kopertura tas-swiċċ u l-pożizzjoni tal-kontroll tal-brejk tal-idejn għall-kumdità tas-sewwieq.
19. Bl-użu ta’ ras tat-trażmissjoni T-27 TORX, l-ewwel issikka l-viti ta’ fuq tal-klamp tal-manubriju, imbagħad dawk ta’ isfel. Issikka.
Momentum: 6,8–9 N·m (60–80 in-lbs) viti tal-clamp
NOTA
Tiġbidx il-housing tal-iswiċċ 'il ġewwa għalissa sabiex tikkawża l-adeżjoni tal-manku tal-aċċelleratur biex tintrabat jew jimxi fuq il-manubriju. Ħaddem il-manku tat-throttle biex tivverifika li jmur lura liberament għall-pożizzjoni ta’ waqfien (idle).
20. Bl-użu ta’ ras tat-trażmissjoni T-25 TORX, l-ewwel issikka l-viti ta’ fuq tal-klamp tal-manubriju, imbagħad dawk ta’ fuq. Issikka.
Momentum: 4–5,4 N·m (35–45 in-lbs) viti tal-kopertura tas-swiċċ
TWISSIJA
Qabel ma tistartja l-magna, kun żġur li l-kontroll tat-throttle jinġibed lura lejn il-pożizzjoni idle wieqfa rilaxxat. Il-kontroll tat-throttle li ma jħallix il-magna milli jirritorna awtomatikament għall-idle jista’ jwassal għal telf ta' kontroll, li jistgħu jirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00390a)
21. Ivverifika li l-cover tal-manku tal-lemin/throttle iddur u terġa’ lura mingħajr xkiel u ma teħilx mal-manubriju jew il-kopertura tas-swiċċ.
NOTA
Is-sokits tat-terminal fis-sensur tat-twist grip jiġu poġġuti fuq naħa waħda, u l-pinnijiet jistgħu jiddaħħlu biss minn naħa waħda biss.
22. Permezz ta’ tnalja b’tarf irqiq jew għodda simili, aqbad bil-galbu l-plagg tal-plastik it-tonda tal-lastku fuq it-tarf tan-naħa ta’ barra tal-manku tal-aċċelleratur.
a. Daħħal il-plagg lura mill-fetħa fil-manku, u daħħal il-labar tat-terminal fis-sokits fit-tarf tas-sensur tat-twist grip, billi tingaġġja ż-żewġ saqajn tal-plagg fil-fetħiet tas-sensur tal-manku tal-aċċelleratur.
b. Agħfas il-plagg tal-plastik bis-saħħa biex tivverifika li l-pinnijiet huma mdaħħlin sewwa ġewwa s-sokits.
23. Installa l-kappa tat-tarf fuq it-tarf tal-manku tal-aċċelleratur.
KONNESSJONI MAL-WAJERS TAL-VETTURA
NOTA
  • Kun ċert li l-manki li jissaħħnu huma installati b’mod korrett. L-installazzjoni mhux korretta se tipproduċi sħana eċċessiva.
  • Il-vetturi jista’ jkollhom konnettur tal-enerġija aħdar jew iswed skont is-sena.
  • Il-manku tax-xellug u l-jumper harness jista’ jkun fihom konnettur aħdar jew iswed skont is-sena tal-produzzjoni.
Mudelli FLH tal-2008 - 2013
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tneħħi l-fairing ta’ barra.
  2. NOTA
    Ara Figura 5 . Il-konnettur tal-enerġija tal-manku (3) għandu kappa li għandha titneħħa qabel ma titqabbad mal-wajers tal-vettura.
  3. Ara Figura 5 . Qabbad nofs il-konnettur tal-enerġija mill-manku tan-naħa tax-xellug għal mal-konnettur tal-enerġija tal-manku (3).
  4. Ikkonnettja (1) mal-konnettur tal-manku tan-naħa tax-xellug.
  5. Mudelli tal-2008 u 2009 Biss:
    1. Neħħi l-wajers min-naħa ta’ wara tal-lajter tas-sigaretti. Ikseb assemblaġġ tal-harness mill-kitt. Qabbad it-terminals mill-harness mal-lighter tas-sigaretti.
    2. Żgura li tqabbel mal-kuluri tal-wajer qabel ma tqatta’ għat-tul. Installa l-wajers imneħħija mill-lajter tas-sigaretti fil-pass preċedenti għat-tabs fuq il-harness.
    3. Qabbad il-konnettur ewlieni tal-harness tat-TGS mill-jumper harness għal mal-konnettur (2).
  6. NOTA
    Fil-pass li jmiss, żgura li tqabbel mal-kuluri tal-wajer qabel ma tqatta’ għat-tul.
  7. Qabbad in-nofs tal-konnettur tal-manku li jissaħħan mill-konnettur tal-interkonnessjoni tal-manku li jissaħħan tal-lemin (1).
  8. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tinstalla l-fairing ta’ barra.
1Konnettur tal-interkonnessjoni
2Konnettur tal-jumper harness tas-sensur tat-twist grip
3Konnettur tal-enerġija tal-manku li jissaħħan
Figura 5. Wajers tal-Fairing (Mudelli FLH)
Mudelli FLTR tal-2008 - 2013
  1. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tneħħi l-fairing ta’ barra.
  2. Neħħi l-wajers min-naħa ta’ wara tal-lajter tas-sigaretti. Ikseb assemblaġġ tal-harness mill-kitt. Qabbad it-terminals mill-harness mal-lighter tas-sigaretti.
  3. NOTA
    Fil-pass li jmiss, żgura li tqabbel mal-kuluri tal-wajer qabel ma tqatta’ għat-tul.
  4. Installa l-wajers imneħħija mill-lajter tas-sigaretti fil-pass preċedenti għat-tabs fuq il-harness.
  5. Qabbad in-nofs tal-konnettur tal-enerġija mill-harness għan-nofs tal-konnettur tal-harness tal-vettura.
  6. Ara Figura 6 . Qabbad in-nofs tal-konnettur tat-TGS mill-manku tan-naħa tal-lemin sa nofs il-konnettur tal-harness.
  7. Qabbad in-nofs tal-konnettur tal-interkonnessjoni mix-xellug man-nofs tal-konnettur tal-interkonnessjoni tal-manku tal-lemin.
  8. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tinstalla l-fairing ta’ barra.
Figura 6. Konnettur tal-Jumper Harness tas-Sensur tat-Twist Grip (mudelli FLTR)
Mudelli Road King tal-2008 - 2013
NOTA
Żgura li tqabbel mal-kuluri tal-wajer qabel ma tqatta’ għat-tul.
  1. Ara Figura 10 . Ikseb assemblaġġ tal-harness mill-kitt. Aqta' ż-żewġ spade terminals mill-harness.
  2. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tneħħi l-assemblaġġ tal-fanal ta’ quddiem.
  3. Mudelli bid-dawl fit-tarf tal-fender:
    1. Ara Figura 7 . Sib il-wajers tad-dawl tat-tarf tal-fender.
    2. Ara Figura 10 . Iċċomba fil-wajers tat-tarf tal-fender ħdejn il-konnettur bl-użu ta’ żewġ konnetturi maqtugħin għat-tul (5) mill-kitt.
    3. Aqta’ l-wajers oranġjo/bojod u suwed madwar 2.52 ċm (pulzier 1) mill-konnettur.
    4. Ikxef sezzjoni ta’ insulazzjoni ta’ 9.5 mm (3/8 ta’ pulzier) mit-truf tal-harness tal-kitt u tal-wajers tal-vettura.
    5. Ara Figura 8 . Mit-truf maqtugħin, daħħal wajer oranġjo/abjad wieħed f’tarf wieħed tal-konnettur iċċumbat. Fit-tarf ieħor tal-konnettur iċċumbat, daħħal wajer oranġjo/abjad ieħor b'wajer aħmar mill-harness tal-adapter.
    6. Irrepeti l-proċedura għall-wajers is-suwed.
  4. Mudelli mingħajr dawl fit-tarf tal-fender:
    1. Ara Figura 7 . Sib il-wajers tad-dawl tat-tarf tal-fender (2).
    2. Aqta’ l-wajers 2 pulzieri (5.08 ċm) mill-konnettur.
    3. Ikxef sezzjoni ta’ insulazzjoni ta’ 3/8 ta’ pulzier (9.5 mm) mit-truf tal-harness tal-kitt u tal-wajers tal-vettura.
    4. Ara Figura 8 . Daħħal il-wajer oranġjo/abjad minn pass 4b f'tarf wieħed tal-konnettur iċċumbat issiġillat. Daħħal il-wajer l-aħmar mill-harness tal-adapter fit-tarf l-ieħor tal-konnettur iċċumbat issiġillat.
    5. Irrepeti l-proċedura għall-wajers is-suwed.
Il-Mudelli Road King tal-2008 - 2013:
  1. Qabbel il-kulur tal-konnettur iċċumbat issiġillat mal-kulur tal-kavità tal-pressa tal-għodda tal-pressa. Ippressa l-wajers fil-konnettur.
  2. Irrepeti l-proċeduri kollha t’hawn fuq għan-naħa opposta.
TWISSIJA
Kun żgur li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur meta tuża l-UltraTorch UT-100 jew xi apparat ieħor ta ' sħana radjanti. Nuqqas milli ssegwi l-istruzzjonijiet tal-manifattur jista’ jikkawża nar, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00335a)
  • Evita milli tidderieġi sħana lejn xi komponent tas-sistema tal-fjuwil. Sħana estrema tista’ twassal għal nar li jaqbad bil-fjuwil/splużjoni li jirriżultaw f’mewt jew f'korriment serju.
  • Evita milli tidderiġi sħana lejn xi komponent tas-sistema elettrika ħlief għall-konnetturi li fuqhom qed isir xogħol ta’ heat shrink.
  • Dejjem żomm idejk ’il bogħod miż-żona tal-ponta tal-għodda u l-heat shrink attachment.
  1. Bl-użu tal-Ultratorch Heat Gun bl-Aċċessorju li Jitqabbad Heatshrink (H-D 41183), jew apparat tat-tisħin radjanti adattat ieħor, saħħan iċ-ċombatur ippressat biex tiġbor il-konnessjoni taċ-ċombatur. Applika s-sħana miċ-ċentru taċ-ċombatur għal barra għal kull tarf sakemm is-siġillant li jdub joħroġ miż-żewġt itruf tal-konnettur.
  2. Qabbad nofs il-konnettur tal-enerġija mill-manku tan-naħa tax-xellug għal man-nofs tal-konnettur tal-harness (3).
  3. Ara Figura 7 . Qabbad in-nofs tal-konnettur tat-TGS mill-manku tan-naħa tal-lemin sa nofs il-konnettur tal-harness (1).
  4. Qabbad in-nofs tal-konnettur tal-interkonnessjoni mix-xellug man-nofs tal-konnettur tal-interkonnessjoni tal-manku tal-lemin.
  5. Irreferi għall-manwal tas-servizz u imxi mal-istruzzjonijiet mogħtija biex tinstalla l-fanal ta’ quddiem.
1Konnettur tal-jumper harness tat-TGS
2Jumper harness tal-fanal tat-tarf tal-fender ta' quddiem
Figura 7. Wajers tal-Fanal ta’ Quddiem tar-Road King
1Truf tal-wajer mikxufin imdaħħla fil-konnettur
2It-truf tal-wajers ippressati fil-konnettur
3Konnettur wara li tkun ġiet applikata s-sħana
Figura 8. KONNETTURI IĊĊUMBATI SSIĠILLATI
Mudelli Touring 2014 u Iktar Tard (minbarra r-Road King u l-FLTRU)
  1. Ara Figura 9 . Neħħi l-fairing ta’ barra.
  2. Sib l-interkonnessjoni tal-manku li jissaħħan [206]. Ara l-manwal tas-servizz.
  3. Qabbad l-interkonnessjoni tal-manku li jissaħħan (1) Figura 9 mal-manku tan-Naħa tax-Xellug.
  4. Sib il-konnettur tal-enerġija tal-manku li jissaħħan [189B]. Ara l-manwal tas-servizz.
  5. Qabbad il-wajer tal-enerġija/ert mal-manku li jissaħħan (2) min-Naħa tax-Xellug minn Figura 9 .
  6. NOTA
    Il-kitt fih il-jumpers f’każ li jkun meħtieġ tul addizzjonali tal-wajer.
  7. Waħħal permezz taċ-ċineg tal-kejbil.
Road King u FLTRU tal-2014 u Iktar Tard, Softail u Dyna FXDLS tal-2016 u Iktar Tard
  1. Neħħi t-tank tal-fjuwil u s-sedil (koperturi tal-ġenb għat-Touring u d-Dyna). Ara l-manwal tas-servizz.
  2. Sib l-interkonnessjoni tal-manku li jissaħħan [206]. Ara l-manwal tas-servizz.
  3. Qabbad l-interkonnessjoni tal-manku li jissaħħan (1) Figura 9 mal-manku tan-Naħa tax-Xellug.
  4. NOTA
    Il-kitt fih il-jumpers f’każ li jkun meħtieġ tul addizzjonali tal-wajer.
  5. Qabbad il-jumper (3), ta’ 20 pulzier aħmar/iswed, mill-kitt mal-konnettur tal-enerġija/ert (2) tal-manku tan-Naħa tal-Lemin.
  6. Qabbad il-jumper (4), ta’ 24 pulzier aħmar/iswed, mal-jumper (3).
  7. Softail tal-2018 u Iktar Tard:
      NOTA
      Xi mudelli jista’ jkollhom piż tal-ismorzar li jrid jitneħħa minn ġewwa n-naħa tax-xellug tal-manubriju.
    1. Installa 69201750 skont l-istruzzjoni f'dak il-kitt.
    2. Ara Figura 9 . Akkoppja konnettur 2-way mill-manku li jissaħħan (2) mal-konnettur 2-way tas-69201750 wara l-fanal ta' quddiem. Żid jumper (3) jekk huwa meħtieġ tul żejjed.
    3. Ipproċedi għal pass 10.
  8. Sib kit tal-konnessjoni elettrika skont il-mudell u s-sena, poġġi l-konnettur u rrutja l-harness. Tiċċumbax.
  9. Aqta' l-jumper (4) għat-tul biżżejjed biex tiċċomba mal-kitt (6).
  10. Ikxef il-wajers ta’ wara u ċċomba mal-harness tal-konnessjoni elettrika (7).
    1. Iswed ma’ Iswed (ALL)
    2. Dyna u Softail tal-2016 - 2017 : Aħmar ma’ Aħmar/Isfar (72673-11)
    3. Touring tal-2014 u Iktar Tard: Aħmar ma’ V/BE (69200722 jew 69201599A)
  11. Waħħal permezz taċ-ċineg tal-wajer.
  12. Lesti l-installazzjoni tal-kitt tal-konnessjoni elettrika (6) skont l-istruzzjoni tal-kit.
  13. Installa s-sedil. Wara li tinstalla s-sedil, iġbed is-sedil ’il fuq biex tivverifika li huwa marbut tajjeb. Ara l-manwal tas-servizz.
  14. Installa t-tank tal-karburant. Ara l-manwal tas-servizz.
1Konnettur tal-Manku li Jissaħħan (daħħal il-jumper 69201809 jekk ikun meħtieġ)
2Konnettur tal-Enerġija/Ert
3Jumper 69201808 (Softail, Dyna, Road King u FLTRU)
4Harness tal-Adapter 69200232
5Konnettur tal-Manku li Jissaħħan [C189B]
6Kitt tal-Konnessjoni Elettrika: (Kollha Iswed għal Iswed) 69200722, 69201599A V/BE mal-Aħmar, 72673-11 R/Y mal-Aħmar, uża l-konnettur 69201750
7Harness tal-Vettura
8Konnettur tas-Sensur tat-Twist Grip
9Sensur tat-Twist Grip
10Gripp LH
11Manku tan-Naħa tax-Xellug
Figura 9. Konnessjonijiet Elettriċi
Irritorna għal Servizz
NOTA
TWETTAQX il-passi li ġejjin qabel ma jkunu ġew installati l-mankijiet li jissaħħnu u l-wajers kollha relatati skont il-proċeduri spjegati f’din il-folja tal-istruzzjonijiet.
  1. Ivverifika li l-cover tal-manku tal-lemin/throttle iddur u terġa’ lura mingħajr xkiel u ma teħilx mal-manubriju jew il-kopertura tas-swiċċ. TOPERAX il-vettura jekk it-throttle ma jkunx jiffunzjona tajjeb.
  2. NOTA
    Ixgħel/itfi l-manki li jissaħħanu bl-ignixin biex tevita li tiskarika l-batterija. Il-mankijiet jipproduċu sħana massima bil-magna mqabbda fuq cruising speed.
    Is-settings tas-sħana fuq l-arloġġ tal-kontroll tal-manku li jissaħħan juru medda minn 1 (minimu) sa 6 (massimu).
  3. Qabel ma tqabbad il-vettura, iċċekkja li l-mankijiet mhux qed jipproduċu sħana.
  4. Startja l-agna u ċċekkja l-manku fis-settings kollha għat-tisħin xieraq. Kun żgur li l-mankijiet tal-idejn ma jipproduċux sħana fis-setting mitfi (off).
PARTS TAS-SERVICE
Figura 10. Parts tas-Service: Kitt tal-Manku li Jissaħħan
Tabella 1. Parts tas-Service: Kitt tal-Manku li Jissaħħan
Kitt
Item
Deskrizzjoni (Kwantità)
In-Numru tal-Part
Kitt 56100034
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56209-10
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56249-10
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56250-10
Kitt 56100318
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56100325
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56100326
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56100329
Kitt 56100331
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56100338
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56100339
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56100337
Kitt 56100342
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56100316
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56100317
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56100168
Kitt 56100436, Krom
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56100430
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56100433
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56100472
Kitt 56100437, Iswed
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56100431
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56100434
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56100471
Kitt 56100438, Edge cut
1
Manku li jissaħħan tax-xellug
56100432
2
Manku li jissaħħan tal-lemin
56100435
3
Kappa tal-manku li jissaħħan tal-lemin
56100470
Oġġetti komuni għall-kitts KOLLHA
4
Adapter harness
69200232
5
Konnettur taċ-ċombatur (2)
70586-93
6
Jumper tal-interkonnessjoni (iswed/abjad, 14-il pulzier)
69201809
7
Jumper tal-Enerġija/Ert (aħmar/iswed, 20 pulzier)
69201808