KIT TAL-BIEBA TAL-FUEL
J062532019-08-21
ĠENERALI
IN-NUMRU TAL-KITT
61300049A, 61300050A, 61300794, 61308-09A, 61319-09A, 61335-09A, 62378-10A, 70900843
Mudelli
Għal informazzjoni dwar l-installazzjoni tal-mudell, ara l-Katalgu tal-Bejgħ P&A jew is-sezzjoni tal-Parts u Aċċessorji fuq www.harley-davidson.com (Ingliż biss).
Ħtiġiet tal-Installazzjoni
L-intallazzjoni kif suppost ta' dan il-kit teħtieġ il-Loctite ® 243 Threadlocker and Sealant - Blue (Part Nru. 99642-97 jew 11100005).
TWISSIJA
Is-sigurtà tas-sewwieq u l-passiġġieri jiddependu fuq l-installazzjoni korretta ta' dan il-kit. Jekk il-proċedura mhijiex fi ħdan l-kapaċitajiet tiegħek jew m’għandekx l-għodda korretta, ħalli aġent tal-Harley-Davidson iwettaq l-installazzjoni hu. Operazzjoni mhux xierqa ta’ dan il-kit tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00308b)
Istruzzjonijiet għall-Kura Speċjali
Kit 70900843: Il-Wipes ta’ Protezzjoni tar-rota tal-Aluminju Mikxuf Part Nru. 93600063 jistgħu jiġu applikati fuq it-test "RideFree" għal aktar protezzjoni kontra l-korrużjoni.
Kontenut tal-Kit
Dan il-kit fih bieba waħda tal-fuel. M’hemm ebda parts tas-service disponibbli għal dan il-kit.
INSTALLAZZJONI
1. Iftaħ il-bieba tal-fuel tat-tagħmir oriġinali (OE).
2. Ara Figura 1 . Neħħi l-iskorfina (3) li torbot l-assemblaġġ tal-lock (1) mal-bieba tal-fuel (2).
3. Installa l-assemblaġġ tal-lock mal-bieba tal-fuel il-ġdida . Orbot b’skorfina (3). Issikka l-iskorfina b’subgħajk.
4. Neħħi ż-żewġ viti (5) li jorbtu l-bieba tal-fuel tat-tagħmir oriġinali (OE) maċ-ċappetta tal-bieba.
5. Aqla’ l-bieba tal-fuel OE minn maċ-ċappetta. Aqla’ l-bieba tal-fuel minn mal-console pins.
6. Applika ammont żgħir ta’ Loctite 243 (blue) mal-viti li ġew imneħħija qabel. Ippożizzjona l-bieba tal-fuel il-ġdida u ċ-ċappetta fuq il-console pins. Waħħal il-bieba tal-fuel maċ-ċappetta tal-bieba permezz tal-viti.
7. Issikka l-viti (5).
Momentum: 1,8–2,3 N·m (16–20 in-lbs) vit
8. Issikka l-iskorfina (3).
Momentum: 3,4–4,5 N·m (30–40 in-lbs) skorfina
1Assemblaġġ tal-lock
2Bieba tal-fuel
3Skorfina
4Ċappetta tal-bieba
5Vit (2)
Figura 1. Bieba tal-Fuel