Il-vettura tiċċarġja minn socket tal-elettriku standard Nema 5-15 ta’ 110V permezz tal-apparat ta’ forniment tal-vetturi elettriċi (EVSE) li jiġi pplaggjat fil-port tal-iċċarġjar J1772 li jinsab ġewwa l-vettura - l-EVSE huwa fornut mal-vettura. Enerġija ta’ kurrent alternat ta’ 110V (AC ) tiġi konvertita f’kurrent dirett (DC) miċ-ċarġer li jinsab ġewwa l-vettura (OBC) li jissuplixxi s-sistema ta’ ħażna ta' enerġija rikarikabbli (RESS) mill-harness tal-wajer oranġjo. Il-wajers kollha ta’ vultaġġ għoli tal-mutur jistgħu jiġu identifikati faċilment għaliex għandhom kulur oranġjo. L-RESS huwa magħmul minn ċelloli tal-jon tal-litju u minn unità tal-immaniġġjar tal-Batterija (BMU) li timpjega sistema tas-sigurtà bl-interlock magħrufa bħala l-loop tal-interlock tal-vultaġġ għoli (HVIL). Ix-xogħol tal-BMU huwa li żżomm iċ-ċelloli kollha bbilanċjati korrettament u timmaniġġja l-qawwa tal-input/output, tagħlaq/tiftaħ il-kuntatturi ta’ vultaġġ għoli u kif ukoll tiċċarġja b’mod veloċi l-kuntatturi. Il-kuntatturi JITFU/JIXEGĦLU is-saħħa tal-pakkett tal-batterija, filwaqt li l-kuntatturi tal-iċċarġjar veloċi jippermetti l-iċċarġjar veloċi mid-DC biex jiġi assorbit mill-RESS. Vultaġġ għoli (HV) b’DC jimxi mir-RESS għal ġol-harness tal-wajers bi protezzjoni oranġjo fuq in-naħa tax-xellug tal-power train tal-vettura elettrika (EVPT), fejn jiġi konvertit f’AC mill-invertitur tal-EVPT li jissuplixxi l-AC lill-mutur tal-kalamita permanenti. Il-mutur imbagħad jibdel l-elettriċità fi propulsjoni ’l quddiem. Waqt li l-vettura tkun nieżla fuq ‘free’, l-EVPT jinbidel f’"ċarġer" permezz tal-metodu tal-ibbrekjar riġenerattiv waqt li tkun qed tnaqqas il-veloċità. Matul dan il-ħin l-invertitur jibdel l-enerġija tal-AC f’DC u jissuplixxi l-enerġija ġġenerata waqt li l-vettura tkun fuq free jew waqt l-ibbrejkjar.
Meta l-mutur huwa pplaggjat ma’ stazzjon tal-iċċarġjar veloċi bid-DC, huwa jiġi fornit b’enerġija tad-DC direttament għal ġol-RESS. L-iċċarġjar bid-DC jaqbel iċ-charger mgħammar fil-vettura u jista’ jipprovdi veloċitajiet ikbar ta’ ċċarġjar għaliex ma jiddipendix fuq iċ-charger mgħammar fil-vettura għall-konverżjoni tal-AC għal DC. Il-Livewire juża bokka tas-sistema kombinata tal-iċċarġjar (CCS) fuq il-port tal-iċċarġjar li tippermetti l-Iċċarġjar veloċi permezz tad-DC. 2 harnesses tal-wajers ta’ vultaġġ għoli ta’ kulur oranġjo jgħaddu mill-port tal-iċċarġjar direttament ġħal ġol-RESS.
Iċ-ċirku tal-Interlock tal-vultaġġ għoli huwa ċirkwit ta' protezzjoni b’vultaġġ baxx li jivverifika li l-konnetturi kollha tal-komponenti b’vultaġġ għoli huma mqabbda sew. Il-BMU tibgħat sinjal ta’ vultaġġ baxx permezz tal-konnessjonijiet kollha tal-komponenti u tinduna jekk is-sinjal jirritornax mil-Loop tal-Interlock jew le. Jekk is-sinjal ma jirritornax, allura s-sistema ta' vultaġġ għoli tkun mitfija.