Attivar
Meta l-mutur ikun ipparkjat u s-swiċċ OFF/RUN ikun OFF, is-sistema tas-sigurtà tiġi attivata awtomatikament fi żmien ħames sekondi jekk ma jiġi nnotat ebda moviment. Anke meta l-fob tkun fil-qrib, is-sistema tiġi attivata.
Kif tiġi attivata, id-dawl tal-ndikaturi tad-direzzjoni ipetpet darbtejn u jekk is-sirena tkun fiċ-chirp mode din issaffar darbtejn. Meta s-sistema tkun attivata, il-lampa indikatur fl-iskrin tal-ispidometru tpetpet kull tliet sekondi.
NOTA
Mudelli internazzjonali: is-sistema trid tkun fiċ-chirp mode biex is-sirena ssaffar kull darba li tiġi attivata jew diżattivata s-sistema. Ara Taqsima SISTEMA TAS-SIGURTÀ → Modalità tas-Sirena li ssaffar (Konferma).
Diżattivazzjoni
Bil-fob fil-qrib, is-sewwieq jista’ jsuq jew imexxi l-mutur biex jipparkja, jerfa’ jew jagħti servizz mingħajr ma ddoqq l-alarm. Id-diżattivazzjoni hija awtomatika sakemm il-fob ikun qiegħed fil-medda li jinħakem mill-mutur.
Fob: Sistema ta’ sigurtà attivata tiġi diżattivata awtomatikament meta l-fob ikun qrib u l-mutur jitmexxa jew is-swiċċ OFF/RUN jitpoġġa fuq RUN.
Il-medda li fiha tinħakem il-fob hija 1.5 m (5 piedi).
Meta s-sistema tiġi diżattivata, is-sirena ssaffar darba u l-lampa tal-indikatur tas-sigurtà tixgħel b’mod solidu għal erba’ sekondi u mbagħad tintefa’.
Numru ta’ identifikazzjoni personali (PIN): Jekk il-fob jintilef jew jekk il-fob li għandek ma jistax jikkomunika, is-sistema tista’ tiġi diżattivata bin-numru ta’ identifikazzjoni personali (PIN). Irreferi għal Tabella 1.
Diżattivazzjoni bil-PIN
Iddiżattiva s-sistema tas-sigurtà manwalment bl-użu tal-PIN jekk il-fob ġiet mitlufa, il-batterija tal-fob waqgħet bla charge jew jekk fejn inti pparkjat hemm interferenza elettromanjetika qawwija.
Iddawwarx il-manubriju, tirkeb fuq is-sedil jew terfa’ l-mutur minn fuq il-jiffy stand. Waqt id-diżattivazzjoni bil-PIN, jekk is-sistema tas-sigurtà tinnota xi moviment fil-mutur is-sistema tattiva l-alarm.
NOTA
  • Jekk isir xi żball waqt li jkun qed jiddaħħal il-PIN, mexxi s-swiċċ OFF/RUN fuq OFF qabel iddaħħal l-aħħar ċifra u mbagħad ibda l-proċedura mill-bidu.
  • Jekk il-proċedura ma tiddiżattivax is-sistema tas-sigurtà, stenna żewġ minuti qabel ma tagħmel tentattiv ieħor ta’ diżattivazzjoni bil-PIN.
  • Is-sistema tas-sigurtà tibqa' diżattivata sakemm is-swiċċ OFF/RUN jitmexxa fuq OFF.
  • Fi kwalunkwe ħin matul id-diżattivazzjoni bil-PIN jekk il-fob jinġab fil-medda fejn jista’ jinħakem, is-sistema tas-sigurtà tiġi diżattivata għax il-modulu jirċievi s-sinjal kodifikat mill-fob.
Tabella 1. Biex iddaħħal PIN ħalli s-Sistema ta’ Sigurtà tiġi Diżattivata
PASS
NRU.
AZZJONI
STENNA GĦALL-KONFERMA
NOTI:
1
Jekk meħtieġ, ivverifika l-PIN kurrenti magħmul minn 5 figuri.
Għandu jiġi rreġistrat fuq il-karta tal-kartiera.
2
Agħfas is-swiċċ OFF/RUN fuq RUN.
Id-display fit-tieqa tal-odometru turi ENTER PIN (daħħal il-PIN).
3
Agħfas u itlaq is-swiċċ li jindika li ser iddur fuq ix-xellug.
Fit-tieqa tal-odometru, jibda jpetpet in-numru 1.
4
Biex iżżid iċ-ċifra diġitali taptap fuq is-sinjal li ser iddur fuq ix-xellug sakemm fit-tieqa tal-odometru tidher l-ewwel ċifra tal-PIN.
L-ewwel ċifra diġitali fl-odometru tkun l-ewwel ċifra tal-PIN.
5
Agħfas is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn il-lemin......................darba(1).
L-ewwel ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
6
Żid it-tieni ċifra billi tuża is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn ix-xellug sakemm iċ-ċifra diġitali tilħaq it-tieni ċifra tal-PIN.
It-tieni ċifra diġitali fl-odometru tkun it-tieni ċifra tal-PIN.
7
Agħfas is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn il-lemin......................darba(1).
It-tieni ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
8
Żid it-tielet ċifra billi tuża is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn ix-xellug sakemm iċ-ċifra diġitali tilħaq it-tielet ċifra tal-PIN.
It-tielet ċifra diġitali fl-odometru tkun it-tielet ċifra tal-PIN.
9
Agħfas is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn il-lemin......................darba(1).
It-tielet ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
10
Żid ir-raba’ ċifra billi tuża is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn ix-xellug sakemm tilħaq ir-raba’ ċifra tal-PIN.
Ir-raba’ ċifra diġitali fl-odometru tkun ir-raba’ ċifra tal-PIN.
11
Agħfas is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn il-lemin......................darba(1).
Ir-raba’ ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
12
Żid il-ħames ċifra billi tuża is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn ix-xellug sakemm tilħaq il-ħames ċifra tal-PIN.
Il-ħames ċifra diġitali fl-odometru tkun il-ħames ċifra tal-PIN.
13
Agħfas is-swiċċ tas-sinjal tad-direzzjoni biex iddur lejn il-lemin......................darba(1).
Il-ħames ċifra tiġi maħżuna. Il-lampa tal-indikatur tas-sistema tas-sigurtà tieqaf tpetpet.
Is-Sistema tas-Sigurtà Smart hija diżattivata.