24 xahar/Mili llimitati
Il-Harley-Davidson tagħti garanzjia li għal kull mutur ġdid tal-Harley-Davidson tal-2019 l-aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson ser isewwi jew jibdel, mingħajr ħlas kull part difettuż li jinsab li jaqa’ taħt l-użu normali jekk jinsab li jkun difettuż minħabba l-materjali tal-fabbrika jew ix-xogħol tal-manifattura. Tali tiswija jew bdil ta’ parts difettużi jaqgħu biss taħt l-obbligazzjoni tal-Harley-Davidson u tar-rimedju esklussiv u waħdieni tiegħek taħt din il-garanzija limitata. Din il-garanzija limitata tapplika biss fiż-żmien identifikat hawn taħt.
Ebda persuna, inkluż l-aġenti ta’ Harley-Davidson, ma tista’ timmodifika, testendi jew twarrab xi parti minn din il-garanzija.
Bħala kundizzjoni ta’ din il-garanzija, inti responsabbli sabiex tieħu ħsieb il-mutur tiegħek kif deskritt fil-Manwal tas-Sid tiegħek. Il-Harley-Davidson tissuġġerixxi li int iżżomm kopja tar-rekords kollha tal-manutenzjoni u tal-irċevuti.
M’HEMM EBDA GARANZIJA ESPRESSA OĦRA (GĦAJR IL-GARANZIJI LIMITATI GĦALL-EMISSJONIJIET SEPARATI, ĦSEJJES, U RADJU) FUQ IL-MUTUR. Kull garanzija kummerċjali implikata jew l-addattabilità għal xi għan partikolari hija limitata sat-tul tal-garanzija espressa, jew sat-tul stipulat fl-istatuti ta' garanzija tal-Istat tiegħek, liema minnhom ikun l-iqsar. Kwalunkwe garanzija implikata ma tiġix trasferita lix-xerrejja sussegwenti tal-mutur.
Il-garanzija implikata għall-addattabilità għal xi għan partikolari ma tapplikax jekk il-mutur tiegħek huwa użat għat-tlielaq, anke jekk il-mutur huwa mgħammar għat-tlielaq.
Xi stati ma jippermettux limitazzjonijiet dwar kemm iddum garanzija impliċita, għalhekk il-limitazzjoni ta' hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik.
KEMM PERMESS MIL-LIĠI, LA L-HARLEY-DAVIDSON U LANQAS L-AĠENTI AWTORIZZATI TAGĦHA MA HUMA RESPONSABBLI GĦAL TELF TA' ŻMIEN, INKONVENJENT, TELF TAL-UŻU TAL-MUTUR, TELF KUMMERĊJALI JEW KWALUNKWE DANNI OĦRA INĊIDENTALI JEW KONSEGWENZJALI.
Il-Harley-Davidson u l-aġent tiegħek mhumiex responsabbli għal ebda żmien jew id-dħul li titlef, kwalunkwe inkonvenjent, it-telf tat-trasport tiegħek jew l-użu tal-mutur tiegħek, l-ispiża tal-mutur tal-kiri, tal-fjuwil, tal-ivvjaġġar, tal-ikliet, jew tad-depożitu, jew għal xi danni inċidentali jew konsegwenzjali li jista’ jkollok.
Ħsarat punittivi, eżemplari, jew multipli jistgħu ma jkunux irkuprati sakemm il-liġi applikabbli ma tipprojbixxix ir-rinunzja tagħhom. Inti ma tista tressaq l-ebda klejm marbuta mal-garanzija bħala rappreżentant ta’ klassi, avukat ġenerali privat, membru ta’ klassi ta’ min qed iressaq talba jew fi kwalunkwe kapaċità rappreżentattiva oħra. Il-Harley-Davidson mhux se tkun responsabbli għal xi ħsarat ikkawżati minħabba d-dewmien tal-konsenja jew tal-forniment ta' xi prodotti u/jew servizzi.
Xi stati ma jippermettux l-esklużjoni jew il-limitazzjoni tad-danni inċidentali jew konsegwenzjali, għalhekk il-limitazzjoni jew esklużjoni msemmija hawn fuq jistgħu ma japplikawx għalik.
Din il-garanzija tagħtik drittijiet legali speċifiċi, u tista' wkoll ikollok drittijiet oħra li jvarjaw minn Stat għal Stat.
It-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal din il-garanzija limitata:
Tul ta’ Żmien
  1. It-tul ta’ żmien ta’ din il-garanzija huwa dak ta’ erbgħa u għoxrin xahar, li jibda mill-aktar kmieni ta’: (a) id-data tax-xiri bl-imnut inizjali u l-konsenja tal-mutur mill-aġent awtorizzat ta’ Harley-Davidson, jew (b) it-tielet anniversarju tal-aħħar jum tas-sena tal-mudell tal-mutur. L-aġent awtorizzat ta’ Harley-Davidson ser jissottometti formola elettronika għar-Reġistrazzjoni tal-Bejgħ u tal-Garanzija sabiex tinbeda l-garanzija limitata tiegħek.
  2. Kwalunkwe parti minn din il-garanzija limitata li ma tkunx għadha skadiet ser tiġi trasferita lis-sid(ien) sussegwenti, mal-bejgħ mill-ġdid tal-mutur matul il-perjodu tal-garanzija limitata.
L-Obbligi tas-Sid
Sabiex jinkiseb is-servizz tal-garanzija, irritorna l-mutur tiegħek bi spejjeż tiegħek, fil-perjodu tal-garanzija limitata lil aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson. L-aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson għandu jkun jista’ jipprovdi servizz tal-garanzija waqt il-ħinijiet normali tan-negozju skont l-ammont ta’ xogħol tad-dipartiment tas-servizz tal-aġent awtorizzat u d-disponibbiltà tal-parts meħtieġa.
Esklużjonijiet
Din il-garanzija limitata mhi se tapplika għall-ebda mutur
  1. Li ma jkunx ġie mħaddem jew miżmum kif speċifikat fil-manwal tas-sid.
  2. Li kienet abbużat, traskurat, użat b’mod ħażin, maħżun b’mod ħażin, użat "barra mit-toroq prinċipali", jew użat għat-tlielaq jew kompetizzjoni ta' kull xorta.
  3. Li mhuwiex manifatturat sabiex jaqa’ taħt il-ħarsien tal-liġijiet tas-suq li jkun irreġistrat fih.
  4. Li jkollu parts installati għall-off-road jew għal xi kompetizzjoni biex itejjeb il-prestazzjoni, hitch ta ' karru, jew ikollu xi modifiki oħra mhux approvati (anki jekk dawn il-modifiki jinkludu parts u aċċessorji ġenwini tal-Harley-Davidson li mhumiex approvati għall-użu fuq il-mutur tiegħek). Dawn il-modifiki jistgħu jagħmlu nulla totalment jew parzjalment il-garanzija limitata ġdida tiegħek tal-mutur. Kellem lil Aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson għad-dettalji.
  5. Li kien suġġett għal xi att tan-natura, gwerra, rewwixta, insurrezzjoni, kontaminazzjoni nukleari, diżastri naturali, inkluż, imma mhux limitat għal, sajjetti, nirien fil-foresti, maltempati ta’ trabijiet, maltempati tas-silġ, terremoti, jew għargħar jew ċirkostanzi oħra lil jmorru lil hinn mill-kontroll ta’ Harley-Davidson.
  6. Li kien f'inċident jew f'ħabta jew twaqqa’ jew intlaqat.
Limitazzjonijiet Oħra
Din il-garanzija limitata ma tkoprix:
  1. Parts u xogħol għal manutenzjoni normali kif rakkomandat fil-manwal tas-sid, jew is-sostituzzjoni ta' parts minħabba d-deterjorament normali inkluż, imma mhux limitat, għal dan li ġej: bozoz tad-dawl, tajers, lubrifikant, bdil taż-żejt jew tal-filtru, sistema tat-tindif tal-fjuwil, manutenzjoni tal-batterija, tune-up tal-magna, spark plugs, brejk, klaċċ, aġġustament tal-katina/taċ-ċinturin u bdil tal-katina.
  2. Tħassib kożmetiku li jinqala’ minħabba l-abbuż tas-sid, nuqqas ta' manutenzjoni xierqa jew kondizzjonijiet ambjentali (ħlief tħassib li jirriżulta mid-difetti tal-materjali tal-fabbrika jew mix-xogħol tal-manifattura, li huma koperti minn din il-garanzija limitata għat-tul tal-perjodu tal-garanzija limitata).
  3. Kwalunkwe kundizzjoni kożmetika li kienet teżisti fi żmien il-konsenja bl-imnut li ma tkunx ġiet iddokumentata mill-aġent awtorizzat mill-bejgħ tal-Harley-Davidson qabel il-konsenja bl-imnut.
  4. Id-difetti jew il-ħsara lill-mutur ikkawżati minn alterazzjonijiet lil hinn mill-ispeċifikazzjonijiet tal-fabbrika ta’ Harley-Davidson jew ikkawżati minn alterazzjonijiet jew użu ta' parts jew aċċessorji mhux approvati għas-sena tal-għamla u tal-mudell tal-mutur tiegħek.
  5. Ħsara ikkawżata mill-installazzjoni jew l-użu ta’ komponenti li mhumiex tal-Harley-Davidson, anke dawk installati mill-aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson, li jikkawżaw part tal-Harley-Davidson sabiex ma tibqax taħdem. Eżempji jinkludu, iżda mhumiex limitati għal komponenti powertrain jew software sabiex itejbu l-prestazzjoni, sistemi tal-egżost, karrijiet tal-irmunkar, tajers mhux approvati, kits sabiex jitbaxxa l-mutur, manubriji, u żidiet marbuta mas-sistema elettrika tal-fabbrika.
  6. Klijenti tal-Istati Uniti: Difetti jew ħsarat li jaffettwaw il-funzjonalità tal-komponenti powertrain fil-mutur li kien ġie modifikat bl-użu ta' tuner jew kalibratur li ma kienx kopert mill-Ordni Eżekuttiva ARB ta’ California jew b'mod ieħor approvat mill-EPA.
Importanti: Aqra b'Attenzjoni
  1. Aġenti awtorizzati tal-Harley-Davidson huma proprjetà u mħaddma b’mod indipendenti u jistgħu jbigħu prodotti li mhumiex ta’ Harley-Davidson. Minħabba dan, HARLEY-DAVIDSON MHIJIEX RESPONSABBLI GĦAS-SIGURTÀ, KWALITÀ, JEW ADATTABILITÀ TA’ KWALUNKWE PART LI MHIX TAL-HARLEY-DAVIDSON, AĊĊESSORJU JEW MODIFIKA TAD-DISINN INKLUŻ, IMMA MHUX LIMITAT GĦAL, XOGĦOL LI JISTA' JINBIEGĦ U/JEW JIĠI INSTALLAT MINN AĠENTI AWTORIZZATI TAL-HARLEY-DAVIDSON.
  2. Din il-garanzija limitata hija kuntratt bejnek u l-Harley-Davidson. Hija separata u apparti kwalunkwe garanzija li int tista’ tirċievi jew tixtri mingħand aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson. Aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson mhuwiex awtorizzat biex jibdel, jimmodifika, jespandi, jew b'xi mod jibdel it-termini u l-kundizzjonijiet ta' din il-garanzija limitata.
  3. Kull garanzija fuq xogħol jew sostituzzjoni ta’ parts awtorizzati mill-Harley-Davidson mhux se jipprekludi lill-Harley-Davidson milli iktar tard tiddependi fuq xi esklużjoni fejn applikabbli.
  4. Il-Harley-Davidson u l-aġenti awtorizzati tagħha jirriservaw id-dritt li jimmodifikaw jew jagħmlu service lil muturi li ġew iddisinjati u manifatturati mill-Harley-Davidson f'kull ħin mingħajr ma jkollhom xi obbligu addizzjonali biex jagħmlu l-istess alterazzjoni jew bidla lil mutur ieħor li kien assemblat u mibjugħ qabel. Il-Harley-Davidson tirriserva d-dritt li tipprovdi, fid-diskrezzjoni unika tagħha, garanzija ta’ wara t-tiswijiet, twettaq kampanji ta’ tiswija, toffri rieda tajba jew tiswijiet li jkunu ta’ sodisfazzjon għall-klijent jew testendi l-kopertura tal-garanzija għal ċertu muturi. It-tiswijiet imsemmija jew estensjonijiet tal-kopertura tal-garanzija bl-ebda mod ma jobbligaw lill-Harley-Davidson li takkomoda b'mod simili lil sidien oħra ta' muturi simili. Xi drabi l-Harley-Davidson tista’ toffri programm speċjali ta’ aġġustament sabiex tħallas b’mod komplet jew parti mill-ispiża ta' ċertu tiswijiet lil hinn mit-termini tal-garanzija limitata tiegħek. Iċċekkja mal-aġent awtorizzat tiegħek tal-Harley-Davidson biex issir taf jekk dawn il-programmi humiex disponibbli għalik. L-Istat tiegħek jista' jipprojbixxi dawn it-tipi ta' offerti, f'liema każ, jistgħu ma jkunux disponibbli għalik.
  5. Il-fatt illi part tkun ittikkettjata jew immarkata bħala Harley-Davidson mhux neċessarjament jagħmilha xierqa jew bil-garanzija għall-għamla u l-mudell tal-mutur tiegħek. L-użu ta' partijiet mhux iddisinjati u ttestjati għall-mutur tiegħek jista' jkollu konsegwenzi negattivi fuq il-prestazzjoni tal-mutur tiegħek u jista' joħloq kundizzjonijiet li ma jkunux koperti minn din il-garanzija limitata.
Fatturi Ambjentali
  1. Il-garanzija tkopri kontra s-sadid/korrużjoni u/jew titqib fuq komponent wieħed, darba biss, taħt il-kundizzjonijiet ix-xierqa. Jekk vettura tkun qed turi xi waħda minn dawn il-kundizzjonijiet fuq aktar minn komponent wieħed, il-kopertura tal-garanzija tiġi nulla.
  2. Il-garanzija se tkopri kontra s-sadid/korrużjoni u/jew it-titqib ta’ komponenti multipli biss jekk ikunu l-istess komponent (jiġifieri ż-żewġ mirja, iż-żewġ footboards tar-rikkieb, eċċ.)
  3. Il-garanzija ma tkoprix kontra s-sadid/korrużjoni u/jew titqib fuq ir-roti fi kwalunkwe ħin sakemm il-kundizzjoni ma tkunx ġiet dokumentata kif suppost fid-DPQA. Għall-kundizzjonijiet ta’ garanzija ara l-Gwida tal-Kwalità tal-Kożmetika.
  4. Il-garanzija ma tkoprix kontra s-sadid/korrużjoni u/jew it-titqib bħala riżultat ta' ħsara minn trabijiet tat-toroq, perikli, negliġenza, espożizzjoni għal kimiċi jew abbuż/użu ħażin tal-mutur.
  5. Il-garanzija ma tkoprix kontra s-sadid/korrużjoni ġewwa t-tankijiet tal-fjuwil.
Is-sid huwa responsabbli sabiex jipproteġi l-mutur minn kwalunkwe tħassib kożmetiku li jirriżulta mill-użu u/jew mill-espożizzjoni għall-elementi.