Aħna Jinteressana Minnek
Merħba fil-Familja tal-Muturi tal-Harley-Davidson! Filwaqt li tkun qed tgawdi l-mutur Harley-Davidson tiegħek, żgura li ssuq bil-galbu, b’mod denju u fil-limiti tal-liġi u tal-abbiltajiet tiegħek. Dejjem ilbes l-elmu, nuċċali adattat u lbies protettiv, u insisti mal-passiġġier sabiex jagħmel hekk ukoll. Qatt tirkeb waqt li tkun taħt l-influwenza tal-alkoħol jew tad-drogi. Kun af il-Harley tiegħek u aqra u ifhem il-manwal tal-utent minn qoxra sa qoxra.
Dan il-manwal ġie ppreparat biex jgħinek tiffamiljarizza ruħek mal-operat, il-ħarsien u l-manutenzjoni tal-mutur tiegħek u sabiex jipprovdilek informazzjoni importanti dwar is-sigurtà. Segwi dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa biex timmassimizza l-prestazzjoni tal-mutur kif ukoll għas-sigurtà personali u d-divertiment tiegħek waqt is-sewqan. Il-Manwal tas-Sid tiegħek fih struzzjonijiet għat-tħaddim u manutenzjoni minuri. Tiswijiet maġġuri huma koperti fil-Manwal tas-Servizz ta’ Harley-Davidson. Dawn it-tiswijiet maġġuri jeħtieġu l-attenzjoni ta' technician tas-sengħa u l-użu ta' għodda speċjali u apparat. In-negozjant tal-Harley-Davidson tiegħek għandu l-faċilitajiet, l-esperjenza u l-parts oriġinali tal-Harley-Davidson meħtieġa sabiex ikun jista’ joffri dan is-servizz siewi. Nirrakkomandaw li kwalunkwe xogħol ta’ manutenzjoni fuq xi sistema ta’ emissjoni ssir minn negozjant awtorizzat ta’ Harley Davidson.
Attendi kors tas-sigurtà għas-sewwieq. Biex tinkiteb għal kors tas-sewwieqa fl-Akkademja ta' Harley-Davidson, ċempel fuq 1-414-343-4056 (l-Istati Uniti) jew żur www.harley-davidson.com/learntoride. Fl-Istati Uniti, għal informazzjoni dwar il-korsijiet għas-sewwieqa offruti mill-Fondazzjoni għas-Sigurtà tal-Muturi, ċempel fuq 1-800-446-9227 jew żur www.msf-usa.org.
Sidien fl-Istati Uniti
Il-mutur Harley-Davidson tiegħek jikkonforma mal-Istandards applikabbli kollha tas-Sigurtà Federali tal-Vetturi bil-Mutur tal-Istati Uniti u mar-regolamenti tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti li jkunu effettivi fid-data tal-manifattura. Ipproteġi l-privileġġ tas-sewqan tiegħek billi tingħaqad mal-Assoċjazzjoni Amerikana tal-Motoċiklisti. Żur www.americanmotorcyclist.com għal aktar informazzjoni.
Harley Davidson tirriserva d-dritt li tibdel l-ispeċifikazzjonijiet, tagħmir jew disinn fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż u mingħajr ma tidħol f’ebda obbligazzjoni.