Il-mawal tas-sid fih il-garanzija limitata tal-mutur il-ġdid tiegħek u r-rekord ta’ manutenzjoni tas-sid tiegħek.
Hija r-responsabbiltà tiegħek bħala s-sid li ssegwi l-iskeda t ' manutenzjoni f'intervalli ta’ kilometraġġ kif speċifikat fil-manwal tas-sid. Is-servizzi kollha ta' manutenzjoni li huma speċifikati għandhom jiġu mwettqa skont l-iskeda sabiex iżżomm valida l-garanzija limitata tiegħek.
Uħud mill-pajjiżi, stati jew postijiet oħra, jista’ jkollhom bżonn li l-manutenzjoni regolari kollha u s-servizz tax-xogħol isir minn aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson sabiex il-garanzija limitata tiegħek tibqa’ fis-seħħ. Iċċekkja mal-aġent awtorizzat tal-Harley Davidson tiegħek għal ħtiġiet lokali.
  1. Agħmel appuntament mal-aġent tal-Harley-Davidson għal spezzjoni u service qabel l-ewwel 1.600 km (1000 mi), u kemm jista ' jkun malajr wara li tinqala’ xi problema.
  2. Ħu miegħek dan il-manwal tas-sid meta żżur l-aġent tal-Harley-Davidson sabiex ikollok il-mutur tiegħek spezzjonat u mogħti service.
  3. Agħmel li l-aġent technician jiffirma fuq ir-rekord ta' manutenzjoni fil-manwal tas-sid fuq l-intervall tal-kilometraġġ il-ġust. Dawn ir-rekords għandhom jinżammu mis-sid bħala prova ta ' manutenzjoni xierqa.
  4. Żomm l-irċevuti li jkopru kull part, service jew manutenzjoni mwettqa.
Dawn ir-rekords għandhom jkunu trasferiti lil kull sid sussegwenti.
Uża biss parts u aċċessorji approvati mill-Harley Davidson li jkunu ġew iddisinjati, ittestjati u approvati għall-mudell u l-mudell tas-sena tal-mutur tiegħek.
Użu ta’ parts ta’ prestazzjoni ta’ wara l-bejgħ jista’ jġib l-garanzija limitata tiegħek kompletament nulla jew partijiet minnha nulli. Kellem lil Aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson għad-dettalji.
In-negozjar awtorizzat tal-Harley-Davidson huwa mmaniġjat u mħaddem b’d indipendenti u jista’ jbiegħ u jinstalla partijiet u aċċessorji li mhumiex manifatturati jew approvati mill-Harley-Davidson għall-użu tal-mutur tiegħek. Minħabba dan, trid tifhem li l-Harley-Davidson mhijiex u ma tistax tkun responsabbli għall-kwalità, konvenjenza, jew sigurtà, ta’ ebda part li mhijiex tal-Harley-Davidson, aċċessorju jew modifikazzjoni tad-disinn, inkluż ix-xogħol, li jista’ jinbiegħ u/jew installat minn aġenti awtorizzati tal-Harley-Davidson.