Din il-garanzija limitata li ġejja tapplika għas-sistema tal-kontroll tal-ħsejjes, flimkien mal-GARANZIJA LIMITATA TAL-MUTUR u L-GARANZIJA LIMITATA TAS-SISTEMA TA’ KONTROLL T’EMISSJONI, u tapplika biss għal muturi Harley Davidson mibjugħa fl-Istati Uniti.
Harley Davidson tiggarantixxi lill-ewwel sid u kull sid sussegwenti li dan il-mutur fiż-żmien tal-bejgħ tiegħu ġie ddisinjat u mibni biex jikkonforma mar-regolamenti applikabbli tal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti (kif ittestjat wara l-proċedura tat-test Drive-By F-76) u li huwa ħieles minn difetti fil-materjali u fil-ħidma tiegħu mill-fabbrika li jistgħu jikkawżaw li dan il-mutur ma jilħaqx l-Istandards tal-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti fi żmien sena (1) tax-xiri inizzjali mill-ħanut u l-konsenja minn negozjant awtorizzat tal-Harley-Davidson jew sena (1) mit-[tieni] anniversarju tal-aħħar jum tas-sena tal-mudell tal-mutur, jew 6.000 km (3730 mi) liema minnhom isseħħ l-ewwel. Kwalunkwe parti minn din il-garanzija limitata li ma tkunx għadha skadiet tiġi trasferita lis-sidien sussegwenti, meta l-mutur jinxtara mill-ġdid matul il-perjodu limitat tal-garanzija. Jekk il-mutur kien użat għad-dimostrazzjonijiet jew bħala mutur ta’ kumpanija, imbagħad il-perjodu limitat ta ' garanzija jista’ jkun beda u/jew skada qabel il-bejgħ inizjali. Kellem lil Aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson għad-dettalji.
M’HEMM EBDA GARANZIJA ESPRESSA OĦRA (GĦAJR IL-GARANZIJI LIMITATI GĦALL-MUTUR U L-EMISSJONIJIET SEPARATI) FUQ IL-MUTUR. KWALUNKWE GARANZIJA TA' MERKANZIJA JEW TAĊĊESS IMPLIMENTATA GĦAL GĦAN PARTIKOLARI HIJA LIMITATA GĦAL TUL DIN IL-GARANZIJA LIMITATA.
Xi stati ma jippermettux limitazzjonijiet dwar kemm iddum garanzija impliċita, għalhekk il-limitazzjoni ta' hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik.
Il-perjodu tal-garanzija limitata jibda fid-data li l-mutur jiġi kkunsinnat lill-ewwel xerrej bl-imnut jew, jekk il-mutur jitqiegħed f’servizz g bħala mutur ta’ dimonstrazzjoni jew tal-kumpanija qabel il-bejgħ bl-imnut, fid-data li jitqigeħda fis-servizz għall-ewwel darba.
L-OĠĠETTI LI ĠEJJIN MHUMIEX KOPERTI MILL-GARANZIJA LIMITATA TAS-SISTEMA TA’ KONTROLL TAL- ĦSEJJES
  1. Problemi li jinqalgħu minħabba użu ħażin, alterazzjoni, jew nuqqas ta’ manutenzjoni kif speċifikat fil-Manwal tas-Sid.
  2. Is-sostituzzjoni, it-tneħħija, jew l-immodifikar ta’ kwalunkwe parti TAS-SISTEMA TA’ KONTROLL TAL-ĦSEJJES (li tikkonsisti mis-sistema tal-exhaust u l-assemblaġġ tad-dħul/tindif tal-arja) ma’ partijiet mhux ċertifikati li l-ħsejjes huma legali għall-użu fit-toroq.
  3. Kull mutur li fuqu l-kilometraġġ tal-odometru nbidel sabiex il-kilometraġġ ma jkunx jista’ jiġi determinat.
  4. SAKEMM HUWA PERMESS MIL-LIĠI, LA L-HARLEY-DAVIDSON U LANQAS L-AĠENTI AWTORIZZATI TAGĦHA MA HUMA RESPONSABBLI GĦAL TELF TA' ŻMIEN, INKONVENJENZI, NUQQAS TA’ UŻU MILL-MUTUR, TELF KUMMERĊJALI JEW KWALUNKWE DANNI OĦRA INĊIDENTALI JEW KONSEGWENZJALI.
Xi stati ma jippermettux l-esklużjoni jew il-limitazzjoni tad-danni inċidentali jew konsegwenzjali, għalhekk il-limitazzjoni jew esklużjoni msemmija hawn fuq jistgħu ma japplikawx għalik.
Drittijiet oħra
Din il-garanzija limitata tagħtik drittijiet legali speċifiċi, u jista' jkollok drittijiet oħra li jvarjaw minn stat għal stat.
Rakkomandazzjonijiet għall-Manutenzjoni Meħtieġa
Huwa rakkomandat li kwalunkwe manutenzjoni tas-sistema tal-ħsejjes titwettaq minn aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson bl-użu ta’ partijiet ta’ sostituzzjoni ġenwini. Il-manutenzjoni, bdil jew tiswija tas-sistema ta' kontroll tal-ħsejjes tista’ titwettaq minn kwalunkwe ħanut ta’ servizz jew individwu kwalifikat. Parts mhux ġenwini ta’ Harley Davidson jistgħu jintużaw biss jekk dawn il-parts ikunu ċertifikati li jikkonformaw mal-Istandards tal-Aġenzija ta’ Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti.