AVVIŻ
Ipproteġi l-vettura tiegħek kontra s-serq. Nuqqas li ssakkar il-mutur wara l-ipparkjar jista' jirriżulta f ' serq u/jew ħsara fit-tagħmir. (00151b)
Ara Figura 1. Mudelli sportster ikollhom is-sokra tal-furketta fuq in-naħa tal-lemin tal-istering. Meta tuża il-lock tal-furketta immedjatament wara li tipparkja il-mutur tiegħek jiskoraġġixxi l-użu mhux awtorizzat jew serq.
TWISSIJA
Toperax vetturi bil-frieket illokkjati. L-illokkjar tal-frieket jillimita l-abbiltà tat-tidwir tal-vettura, u jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00035a)
Ara Figura 2. Sakkar il-furketta.
  1. Dawwar il-furketta għal kollox fil-pożizzjoni tax-xellug.
  2. Daħħal iċ-ċavetta fis-serratura tal-furketta.
  3. Dawwar fil-pożizzjoni tal-lemin (favur l-arloġġ).
  4. Neħħi ċ-ċavetta tas-sokra.
  5. Biex tiftaħ il-furketta, daħħal iċ-ċavetta fis-serratura tal-furketta u dawwar lejn il-pożizzjoni tax-xellug (kontra l-arloġġ). Neħħi ċ-ċavetta tas-sokra.
  6. Iċċekkja li l-isteering qed jaħdem sewwa billi ddawwar il-manubriju fil-firxa kollha ta’ pożizzjonijiet li jista’ jkun fihom waqt li jkun qed jaħdem. Il-manubriju għandu jdur b’mod faċli u mingħajr.
Figura 1. Fejn Issib il-Lock tal-Furketta: Mudelli Sportster
1Furketta msakkra
2Furetta miftuħa
Figura 2. Pożizzjonijiet Lock tal-Furketta: Mudelli Sportster