Dejjem uża l-indikaturi tiegħek u eżerċita kawtela meta tgħaddi vetturi l-oħra li jkunu sejrin fl-istess direzzjoni. Qatt taqla’ meta tkun sejjer fl-istess direzzjoni f’intersezzjoni tat-triq, fuq il-kurvi jew meta titlaġ jew tinżel telgħa.
F’salib it-toroq, agħti d-dritta-tat-triq. Tippreżumix li għandek d-dritta-tat-triq, għax is-sewwieq l-ieħor għandu mnejn ma jkunx jaf li jmiss lilek.
Dejjem agħti sinjal meta tkun qed jtpprepara biex tieqaf, Iiddur jew taqbeż.
Obdi fil-pront is-sinjali kollha tat-traffiku, inklużi dawk is-sinjali wżati għall-kontroll tat-traffiku f’salib it-toroq. Dejjem obdi s-sinjali tat-traffiku qrib l-iskejjel u fejn jinkruċjaw il-binari tat-ferroviji.
Meta tkun fi ħsiebek iddur, agħti sinjal mill-inqas
30,5 m (100 ft)
qabel ma tilħaqq il-post fejn ħa ddawwar.
Jekk tkun qed idur f’intersezzjoni, suq għal fuq il-linja ċentrali tat-triq (sakemm ir-regoli locali ma jeħtieġux mod ieħor). Naqqas meta tkun dieħel f’intersezzjoni u dur bil-galbu.
Qatt tntiċipa id-dawl tat-traffiku. Meta il-bidla indikata hi minn MUR għal WAQQAF (jew WAQQAF għal MUR), naqqas u stenna li jinbidel id-dawl. Qatt m’għandek issuq meta d-dawl ikun isfar jew aħmar.
Waqt il-dawrien, oqgħod attent għal min ikun miexi fit-triq, l-annimali, kif ukoll il-vetturi.
Titlaqx minn mal-bankina jew l-erja tal-parkeġġ mingħajr ma tagħmel sinjal. Kun żgur li m’hemm xejn li jfixklek qabel ma tidħol fit-traffiku. Linja ta’ traffiku miexi dejjem għandu d-dritta-tat-triq.
Kun żgur li l-pjanċa tal-liċenzja tiegħek hija nstallata fil-pożizzjoni speċifikata mil-liġi. Kun żgur li l-pjanċa tal-liċenzja tiegħek hija dejjem ċara u viżibbli . Żomm il-pjanċa tal-liċenzja nadifa.
Suq b' veloċità li mhix ta’ periklu u li hija konsistenti mat-tip ta ' l-awtostrada li inti fuqha. Żomm attenzjoni stretta bies tara jekk it-triq hijiex niexfa, żejtnija, bis-silġ jew imxarrba.
Oqgħod ġħassa għal frak bħall-weraq jew żrar sfus.
Kondizzjonijiet tat-temp u tat-traffiku fuq l-awtostrad jiddettaw li taġġusta l-veloċità tiegħek u d-drawwiet tas-sewqan kif meħtieġ.