NOTA
Meta tiċċekkja l-livell tal-lubrikant tat-trasmissjoni, il-mutur irid ikun wieqaf DRITT ’L FUQ, mhux imserraħ fuq il-jiffy stand. Żomm il-mutur wieqaf għal ftit ħin biex il-livell tal-lubrikant fil-kompartimenti tat-trasmissjoni kollha jiġi ndaqs.
Ixxotta u erġa’ imla t-trasmissjoni b’lubrikant ġdid f'intervalli kif suppost. Għal riżultati aħjar, iddrejnja l-lubrikant meta jkun għadu sħun. Irreferi għal Taqsima Intervalli u Rekords tas-Service → Rekords tas-Service.
TWISSIJA
Kun żgur li ebda lubrikanti jew fluwidi jinżlu fuq it-tajers, fil-magna, roti jew brejkijiet meta tibdel il-fluwidu. It-trazzjoni tista’ tiġi affettwata ħażin, li tista’ twassal għat-telf tal-kontroll tal-mutur u għal mewt jew korriment serju. (00047d)
AVVIŻ
Meta tnaqqas jew iżżid il-lubrikant, tħallix ħmieġ, trab jew kontaminanti oħra jidħlu fil-magna. (00198a)
AVVIŻ
Timliex iżżejjed iċ-chaincase primarja bil-lubrikant. Mili żejjed jista’ jikkawża l-ingaġġ iebes tal-klaċċ, disingaġġ inkomplut, klaċċ laxk u/jew diffikultà fis-sejba tan-newtrali meta tkun imqabbda l-magna. (00199b)
Iċċekkja l-livell tal-lubrikant.
1. Ħaddem il-mutur sakemm il-magna tkun fit-temperatura normali tat-tħaddim.
2. Waqqaf il-mutur dritt ’il fuq.
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
3. Itfi s-swiċċ tal-ignition u s-swiċċ STOP/RUN.
4. Mudelli XL b'kontrolli mid-mount: Ara Figura 3. Neħħi l-viti u aqla’ l-bracket li żżomm l-footrest tas-sewwieq minn fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura.
5. Ara Figura 1. Neħħi l-viti bil-washers mill-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ. Neħħi l-għatu tal-ispezzjoni tal-klaċċ mill-kopertura primarja.
NOTA
L-aċċess biex timla huwa mill-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ.
6. Ara Figura 2. Ivverifika li l-livell tal-lubrikant huwa bi dritt il-qiegħ tal-molla tad-diaframma tal-klaċċ.
NOTA
Żid kemm jeħtieġ biss mill-FORMULA+ TRANSMISSION AND PRIMARY CHAINCASE LUBRICANT mill-fetħa tal-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ sakemm il-lubrikant jasal sal-qiegħ tal-molla tad-diaframma tal-klaċċ.
7. Installa l-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ.
a. Installa l-quad ring ġdid.
b. Ivverifika li l-quad ring ikun f’postu sewwa fil-kanal tal-kopertura primarja.
c. Installa l-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ. Orbot b’sitt viti.
d. Issikka waqt li taħdem f’forma ta’ salib.
Momentum: 9,5–12,2 N·m (84–108 in-lbs) Il-vit tal-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ
8. Jekk l-assemblaġġ tal-footrest tax-xellug ġie maqlugħ, waħħal l-bracket li żżommu b’żewġ viti. Issikka l-viti.
Momentum: 61–67,8 N·m (45–50 ft-lbs) Il-vit tal-immuntar tal-bracket li jżomm il-footrest tas-sewwieq
9. Installa l-fjus prinċipali.
10. Startja l-magna. Iċċekkja għal xi taqtir ta’ lubrikant.
11. Itfi l-magna.
1Għatu għall-ispezzjoni tal-klaċċ
2Tapp tad-drejn
3Għatu għall-ispezzjoni tal-primary chain
Figura 1. Il-Primary Cover
1Molla tad-dijaframma tal-klaċċ
2Kamin li jaġġusta l-klaċċ
3Quad ring
4Kopertura primarja
5Livell ta’ lubrikant taċ-Chaincase
Figura 2. Livell ta’ lubrikant taċ-Chaincase
Biex tbiddel il-Lubrikant
1. Ħaddem il-mutur sakemm il-magna tkun fit-temperatura normali tat-tħaddim.
2. Meta l-magna tilħaq it-temperatura normali tat-tħaddim, serraħ il-mutur fuq il-jiffy stand. Dan iħalli l-lubrikant taċ-chaincase biex jiddrejnja ’l barra mit-trasmissjoni.
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
3. Itfi s-swiċċ tal-ignition u s-swiċċ STOP/RUN.
4. Ara Figura 1. Poġġi reċipjent adattat taħt it-tapp tad-drejn tat-trasmissjoni (2).
5. It-tapp tad-drejn jinsab taħt il-klaċċ, fuq in-naħa ta’ taħt tal-kopertura primarja. Neħħi t-tapp tad-drejn u ddrejnja l-lubrikant.
6. Poġġi l-mutur DRITT ’L FUQ u fuq art b’livell dritt. Dan jippermetti biex aktar likwidu jiddrejnja mill-kompartiment tal-klaċċ.
NOTA
Iddisponi mill-lubrikant skont ir-regolamenti lokali.
AVVIŻ
Tissikkax iżżejjed il-filler jew il-plagg tad-drain. Jekk tagħmel hekk jista’ jirriżulta fi tnixxija tal-lubrikant. (00200b)
7. Naddaf it-tapp manjetiku tad-drejn. Biddel l-O ring tat-tapp tad-drejn jekk ikun imkisser.
8. Applika LOCTITE 565 PIPE SEALANT WITH TEFLON fuq it-tapp tad-drejn. Installa u ssikka t-tapp tad-drejn.
Momentum: 19–40,7 N·m (14–30 ft-lbs) It-tapp tad-drejn tal-primary chaincase.
9. Mudelli XL b'kontrolli mid-mount: Ara Figura 3. Neħħi l-viti (2) u aqla’ l-bracket (1) li żżomm l-footrest tas-sewwieq minn fuq in-naħa tax-xellug tal-vettura.
10. Ara Figura 1. Neħħi l-viti bil-washers mill-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ (1). Neħħi l-għatu tal-ispezzjoni tal-klaċċ mill-kopertura primarja.
NOTA
L-aċċess biex timla huwa mill-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ.
11. Ara Figura 2. Żid il-FORMULA+ TRANSMISSION AND PRIMARY CHAINCASE LUBRICANT (Part No. 98851-05 qt) mill-fetħa tal-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ sakemm il-lubrikant jasal sal-qiegħ tal-molla tad-diaframma tal-klaċċ.
Volum: 0,95 L (1 qt)
12. Installa l-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ.
a. Installa l-quad ring (3) ġdid.
b. Ivverifika li l-quad ring ikun f’postu sewwa fil-kanal tal-kopertura primarja.
c. Installa l-kopertura tal-ispezzjoni tal-klaċċ. Orbot b’sitt viti.
d. Issikka waqt li taħdem f’forma ta’ salib ma’ 9,5–12,2 N·m (84–108 in-lbs).
13. Jekk l-assemblaġġ tal-footrest tax-xellug ġie maqlugħ, waħħal l-bracket li żżommu b’żewġ viti. Issikka l-viti.
Momentum: 61–67,8 N·m (45–50 ft-lbs) Il-vit tal-immuntar tal-bracket li jżomm il-footrest tas-sewwieq
14. Installa l-fjus prinċipali.
15. Startja l-magna. Iċċekkja għal xi taqtir ta’ lubrikant.
16. Itfi l-magna.
1Bracket tal-appoġġ
2Viti (2)
Figura 3. Assemblaġġ ta’ Serħ is-Saqajn tar-Rikkieb f’Nofs l-Immuntar