TWISSIJA
Il-karatteristika tal-on awtomatika tal-fanal ta’ quddiem tipprovdi viżibilità akbar tas-sewwieq għas-sewwieqa l-oħra. Kun żgur li l-fanal ta’ quddiem huwa mixgħul il-ħin kollu. Viżibilità fqira tas-sewwieq għas-sewwieqa l-oħra tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00030b)
Ara Figura 1. Is-swiċċ tal-ignition jikkontrolla l-funzjonijiet elettriċi tal-mutur. L-iswiċċ jinsab fuq in-naħa tal-lemin tar-ras tal-istering. Irreferi għal Tabella 1.
Dawwar iċ-ċavetta għall-pożizzjoni OFF u neħħi ċ-ċavetta meta l-mutur ma jkunx qed jaħdem. Iċ-ċavetta tista' titneħħa wkoll fil-pożizzjoni ACC.
NOTA
TWISSIJA
Toperax vetturi bil-frieket illokkjati. L-illokkjar tal-frieket jillimita l-abbiltà tat-tidwir tal-vettura, u jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00035a)
AVVIŻ
Ipproteġi l-vettura tiegħek kontra s-serq. Nuqqas li ssakkar il-mutur wara l-ipparkjar jista' jirriżulta f ' serq u/jew ħsara fit-tagħmir. (00151b)
AVVIŻ
Tillubrikax il-kanen tas-serraturi b’lubrikanti bbażati fuq il-petroleum jew grafita. Serraturi li ma jaħdmux jistgħu jirriżultaw. (00152a)
AVVIŻ
Dawwar l-iswiċċ tal-ignixin fuq il-pożizzjoni OFF qabel tillokkja l-mutur. Jekk tħalli ċ-ċavetta fil-pożizzjoni ACC se żżomm id-dwal tal-istrument mixgħulin b’konsegwenza li taqa’ l-batterija. (00492b)
1Ignition fuq off
2Aċċessorju on
3Ignition on
Figura 1. Swiċċ biex tqabbad (ignition) Mudelli Sportster
Tabella 1. Swiċċ tal-Ignition
POŻIZZJONI
FUNZJONI
OFF
L-ignition u l-fanali mitfija. Iċ-ċavetta tista’ titneħħa.
ACC.*
Il-lampi tal-istrumenti huma mixgħulin. Lampa tal-brejk u l-ħorn jistgħu jiġu attivati. Iċ-ċavetta tista’ titneħħa.
TQABBID
L-ignition u l-fanali mixgħula.
*Mudelli internazzjonali: Il-bozoz tal-pożizzjoni u ta’ huma wkoll mixgħulin.