Isostitwixxi l-ispark plugs f'intervalli speċifikati ta' mili. Ara Taqsima Intervalli u Rekords tas-Service → Rekords tas-Service.
TWISSIJA
L-iskonnettjar tal-kejbil tal-ispark plug bil-magna mixgħula jista’ jirrizulta f’xokk elettriku u mewt jew korriment serju. (00464b)
ATTENZJONI
Tiġbidx fuq ebda wajers elettriċi. Ġbid fuq wajers elettriċi jista’ jagħmel ħsara lill-konduttur intern b’konsegwenza li jikkawża reżistenza għolja, li jista’ jirriżulta f’korriment żgħir jew moderatament serju. (00168a)
Irreferi għal Taqsima Speċifikazzjonijiet → Speċifikazzjonijiet → Elettriċi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-ispark plug.
  1. Skonnettjal-kejbils tal-ispark plug minn plugs billi tiġbed fuq it-tappijiet tal-konnettur iffurmat.
  2. Iċċekkja t-tip tal-ispark plug. Uża biss dawk is-spark plugs speċifikati għall-mudell tal-mutur tiegħek .
  3. Iċċekkja l-ispazju tal-ispark plug mat-tabella tal-ispeċifikazzjonijiet.
  4. Dejjem issikka t-torque kif suppost.
  5. Qabbad kull tapp tal-konnettur iffuramat sakemm it-tapp jidħol f’postu b’mod sod fuq l-ispark-plug.