TWISSIJA
Taqbiżx il-kapaċità tal-piż tas-saddlebag. Poġġi piż ugwali f'kull saddlebag. Toqol żejjed fuq is-saddlebags jista’ jikkawża telf tal-kontroll, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00383a)
TWISSIJA
Tippermettix lill-passiġġier sabiex juża s-saddlebags bħala mankijiet. In-nuqqas li tintuża ċ-ċinga biex taqbad magħha, magħmula sabiex il-passiġġieri jżommu magħha meta jkunu rekbin, jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00081a)
NOTA
Il-piż massimu li jesgħu s-saddlebags huwa ta’ 3,2 kg (7 lb) f’kull saddlebag.
Iftaħ
  1. Ara Figura 1. Neħħi l-lokk tas-saddlebag biċ-ċavetta.
  2. Agħfas u itlaq il-buttuna tal-lukkett (1).
  3. Għolli l-għatu min-naħa ta’ ġewwa tal-kaxxa tas-sarġ.
NOTA
Il-punti tad-docking (2, 3) fuq il-muntaġġ tas-saddlebag jieħdu ħafna aċċessorji P&A (serħan tad-dahar, xkaffa tal-bagalji, u oħrajn). Segwi l-istruzzjonijiet kollha għall-installazzjoni u l-użu li jinkludu l-aċċessorji P&A kollha.
Agħlaq
  1. Ara Figura 1. Agħlaq l-għatu tal-kaxxa tas-sarġ.
  2. Sakkar il-kaxxa tas-sarġ.
1Buttuna tal-qafla (2)
2Bushing tad-docking ta’ quddiem (2)
3Bushing tad-docking ta’ wara (2)
Figura 1. Saddlebags: XL1200T