L-iStarter ma Jaħdimx jew Ma Jqabbadx il-Magna
  1. Itfi l-magna OFF/RUN.
  2. Itfi s-swiċċ tal-ignition.
  3. Batterija mingħajr charge inkella konnessjonijiet maħlulin jew imsadda (is-solenojd iċekċek).
  4. Il-lieva tal-klaċċ ma tersaqx qrib il-manubriju meta magħfusa inkella t-trasmissjoni mhix fil-pożizzjoni newtrali.
  5. L-istand tal-Jiffy mhuwiexx f’pożizzjoni rtirata (għal mudelli mgħammar bi stand interlock tal-jiffy).
  6. Fjus imtajjar.
Il-Magna Ddur Imma Ma Tistartjax.
  1. It-tank tal-fjuwil vojt.
  2. il-filtru tal-fjuwil misdud.
  3. Batterija mingħajr ċarġ inkella l-konnessjonijiet tat-terminas tal-batterija nħallu jew bil-ħsara.
  4. Spark plugs imniġġsa.
  5. Il-kejbils li jikkonnettjaw l-ispark plugs inħallu jew inkella huma f’kundizzjoni ħażina u qegħdin jixxortjaw.
  6. Konnessjoni tal-wajer jew kejbil maħlulin jew imsadda fil-coil jew batterija.
  7. Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
  8. Fjus imtajjar.
Ibati biex Jistartja
  1. L-ispark plugs f'kundizzjoni ħażina, jew m’għandhomx spazju bejniethom kif suppost, inkella huma parzjalment imniġġsa.
  2. Il-kejbils tal-ispark plugs huma f’kundizzjoni ħażina u qed iqattru.
  3. Batterija kważi mingħajr ċarġ.
  4. Konnessjonital-wajer jew kejbil maħlulin f’wieħed mit-terminals tal-batterija jew coil.
  5. Iż-żejt tal-magna tqil wisq (temp kiesaħ).
  6. Il-ventilatur tat-tank tal-fjuwil magħluq inkella l-pajpijiet tal-fjuwil magħluqin, u ma jħallux il-fjuwil jgħaddi.
  7. Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil jew filtru.
  8. Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
Jistartja Imma Jaħdem b’Mod Irregolari jew Jaqbeż
  1. L-ispark plugs f’kundizzjoni ħażina jew parzjalment imniġġsa.
  2. Il-kejbils tal-ispark plugs huma f’kundizzjoni ħażina u qed iqattru.
  3. L-ispazju tal-ispark plugs huwa qrib wisq jew wiesa’ żżejjed.
  4. Batterija kważi mingħajr charge.
  5. Wajer bil-ħsara jew konnessjoni maħlula fit-terminals tal-batterija jew coils.
  6. Xort intermittenti minħabba ħsara fl-insulazzjoni tal-wajer.
  7. Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil jew filtru.
  8. Is-sistema tal-ventilatur tal-fjuwil magħluqa. Kellem lill-aġent
  9. Injector wieħed jew aktar imniġġsa.
Spark Plug jitniġġes ripetutament
  1. Taħlita tal-fjuwil qawwija wisq.
  2. Spark plug mhux tajjeb għas-servizz tal-manutenzjoni.
Qabel l-ignixion jew Detonazzjoni (Taħbit jew Pings)
  1. Fjuwil ħażin.
  2. Spark plug mhux tajjeb għas-servizz tal-manutenzjoni.
Tisħon iżżejjed
  1. Provvista taż-żejt insuffiċjenti nkella ż-żejt mhux jiċċirkola.
  2. Depożitu qawwi ta’ karbonju ġej minn magna li qed taħdem ħażin. Kellem lill-aġent
  3. Fluss mhux suffiċjenti ta’ arja fuq is-cylinder heads waqt perjodi twal ta’ waqfien jew sewqan bil-mod (parade duty).
Vibrazzjoni Eċċessiva
  1. L-iskorfini tax-xaft tal-furketta ta’ wara maħlula. Kellem lill-aġent.
  2. Il-boltijiet tal-muntaġġ ta’ quddiem tal-magna maħlulin. Kellem lill-aġent.
  3. Katina ta' quddiem jew rabtiet issikkati minħabba lubrikazzjoni insuffiċjenti jew ċintorin mherri ħafna.
  4. Il-boltijiet tal-muntaġġ tal-magna mat-trasmissjoni maħlulin (mudelli applikabbli). Kellem lill-aġent.
  5. Frejm bil-ħsara. Kellem lill-aġent.
  6. Roti u/jew tajers li saritilhom ħsara. Kellem lill-aġent
  7. Vettura mhux allinjata kif suppost. Kellem lin-negozjant.
Iż-Żejt tal-Magna mhux Jiċċirkola (Lampa tal-Pressjoni taż-Żejt Mixgħula)
  1. Provista taż-żejt mhux suffiċjenti jew dilwita.
  2. Il-feed taż-żejt misdud bis-silġ jew ħama f’temp iffriżat.
  3. Il-wajer tas-swiċċ tas-sinjalatur taż-żejt ma jaħdimx jew swiċċ tas-sinjalatur difettuż. Kellem lill-aġent
  4. Check valve bil-ħsara jew installat ħażin. Kellem lill-aġent
  5. Problema fil-pompa taż-żejt. Kellem lill-aġent