Spezzjoni tal-Katina Primarja
Ispezzjona ċ-ċaqliq liberu tal-katina primarja f'intervalli xierqa u aġġusta kif meħtieġ. Ktajjen maħlulin jikkawżaw li l-mutur jiskossja meta misjuq f'veloċità baxxa, u l-katina u l-isprockets jittiklu eċċessivament. Jekk din il-kondizzjoni tiġri, kellem lil aġent tal-Harley Davidson.
TWISSIJA
Biex tevita milli l-magna tixgħel b’mod aċċidentali, li jista’ jikkawża mewt jew korriment serju, skonnettja l-fuż ewlieni qabel ma tipproċedi. (00251b)
  1. Tneħħija tal-fjus prinċipali. Ara Taqsima Il-Proċeduri tas-Service → Fjusis.
  2. Ara Figura 1. Neħħi ż-żewġ viti u l-kopertura ta’ mnejn tispezzjona l-katina primarja.
  1. Ara Figura 2. Iċċekkja t-tensjoni tal-katina primarja permezz tal-kejl ta' ċaqliq liberu.
    1. Kejjel iċ-ċaqliq liberu minn ġol-fetħa fil- kopertura ta' mnejn tispezzjona l-katina.
    2. Dawwar l-magna biex iċċaqlaq il-katina primarja għal ġo pożizzjoni differenti fuq sprokits.
    3. Kejjel iċ-ċaqliq liberu diversi drabi, kull darba bil-katina primarja mċaqalqa ħalli l-kejl jittieħed bl-isprokits imdawra għall-pożizzjoni l-iktar issikkata tal-katina.
  2. Il-kejl l-iktar issikkat fil-pass preċedenti għandu jkun fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet. Aġġusta kif meħtieġ. Irreferi għal Tabella 1.
Figura 1. Għatu għall-ispezzjoni tal-primary chain
Figura 2. Primary Chain Free Play
Tabella 1. Speċifikazzjonijiet tal-Primary Chain Free Play
Magna
pulzier
mm
Kiesħa
3/8-1/2
9.5-12.7
Sħuna
1/4-3/8
6.3-9.5
Aġġustament tal-Katina Primarja
AVVIŻ
Taġġustax it-tighter tal-katina primarja aktar minn kemm hu speċifikat. It-tħaddim bil-katina ssikkata wisq jirriżulta fid-degradament eċċessiv. (00202a)
1. Ara Figura 3. Ħoll ftit il-locknut (1).
2. Dawwar il-vit li jaġġusta l-katina (2) favur l-arloġġ (’l-ġewwa) biex jitnaqqas iċ-ċaqliq liberu jew kontra l-arloġġ (’l-barra) biex jiżdied iċ-ċaqliq liberu. Iċ-ċaqliq liberu għandu jaqa’ fi ħdan l-ispeċifikazzjonijiet. Irreferi għal Tabella 1.
NOTA
Jekk iċ-ċaqliq liberu ma jistax jiġi ssettjat fi ħdan l-ispeċifikazzjoni, allura l-katina primarja u/jew l-apparat tal- aġġustar huma mikulin lil hinn mill-limiti tal-aġġustament. Kellem lin-negozjant ta’ Harley Davidson tiegħek.
3. Meta ċ-ċaqliq liberu huwa ssettjat sew, żomm il-vit li jaġġusta l-katina u ssikka l-locknut sa 27–34 N·m (20–25 ft-lbs).
4. Installa l-kopertura ta’ mnjen tispezzjona l-katina primarja b’gaskit ġdid. Issikka l-viti sa11,3–13,6 N·m (100–120 in-lbs).
5. Installa l-fjus prinċipali.
1Locknut
2Vit għall-aġġustament tal-katina
3It-tapp tad-drejn taċ-chaincase tat-trasmissjoni
Figura 3. Aġġustatur tal-Katina Primarja: Mudelli Sportster