1. | Bil-batterija fil-mutur. a. Qabbad il-konnettur taċ-ċarġer/tender tal-batterija mal-konnettur tat-tender tal-batterija tal-mutur. Ara Taqsima Il-Proċeduri tas-Service → Konnettur tat-Tender tal-Batterija. b. Meta tlesti tiċċarġja ITFI ċ-ċarġer. Skonnettja l-konnettur tat-tender tal-batterija tal-mutur. | |
2. | Bil-batterija mneħħija mill-mutur. a. Poġġi l-batterija fuq wiċċ livell. b. Ikkonnettja l-adapter tal-konnettur taċ-ċarġer/tender tal-batterija mogħti maċ-ċarġer/tender tal-batterija. c. AVVIŻ Tbiddilx il-konnessjonijiet taċ-ċarġer bil-maqlub deskritti fil-passi li ġejjin inkella s-sistema taċ-charging tal-mutur jtista’ tiġi danneġġjata. (00214a) d. Ikkonnettja l-konnettur taċ-ċarġer tal-batterija iswed mat-terminal negattiv tal-batterija. e. Ersaq minn ħdejn il-batterija u ixgħel iċ-ċarġer. f. TWISSIJA Aqla’ jew ITFI ċ-ċarġer tal-batterija qabel taqla’ l-kejbils taċ-ċarġer minn mal-batterija. L-iskonnettjar tal-clamps biċ-ċarger MIXGĦUL jista’ jikkawża xrar u splużjoni tal-batterija, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00067a) |