Pads tal-Brejkijiet
Harley Davidson ipprovdiet il-mutur ġdid tiegħek bl-aqwa materjal tal-frizzjoni tal-pad tal-brejkijiet disponibbli. Huwa magħżul biex jagħti l-aħjar prestazzjoni possibbli f'kondizzjonijiet niexfa, imxarrba u f’temperaturi għolja ta’ tħaddim. Jeċċedi l-ħtiġiet regolatorji kollha fis-seħħ bħalissa. Madankollu, waqt xi kundizzjonijiet tal-ibbrejkjar tista’ tisma’ xi ħoss. Dan huwa normali għal dan il-materjal tal-frizzjoni .
TWISSIJA
Ibdel il-pads tal-brejkijiet f'settijiet sħaħ għal operazzjoni korretta u tal-brejk. Operazzjoni mhux xierqa tal-brejk tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00111a)
  1. Iċċekkja d-diska tal-brejk waqt li tkun qed iddur. Id-diska għandha taħdem tajjeb fil-caliper tal-brejkijiet.
  2. Ara Figura 1. Kejjel il-ħxuna tal-materjal ta' frizzjoni tal-pad tal-brejkijiet.
  3. NOTA
    Il-pads mhux neċessarjament jittieklu ndaqs. Is-skanalaturi fuq il-pads tal-brejkijiet ma jibqgħux viżibbli meta l-pads ikunu kważi waslu biex jinbidlu. Ara Figura 2.
  4. Irreferi għal Tabella 1. Jekk il-materjal ta' frizzjoni tal-pad tal-brejk huwa fil-ħxuna minima jew inqas, biddel il-pads. Dejjem issostitwixx l-pads tal-brejkijiet f’pari. Kellem lill-aġent ta’ Harley Davidson.
1Quddiem, minn taħt
2Wara, minn fuq
Figura 1. Materjal ta’ Frizzjoni tal-Brejkijiet
Figura 2. Skanalaturi tal-Użu tal-Pad tal-Brejk
Tabella 1. Ħxuna Minima tal-Materjal tal-Frizzjoni tal-Pad tal-Brejkijiet
MUDELL
pulzier
mm
Kollha
0.040
1.02