AVVIŻ
Il-windshields/windskrins tal-polikarbonat jeħtieġu attenzjoni xierqa u kura sabiex jinżammu fi stat tajjeb. Nuqqas milli tieħu ħsieb il-polikarbonat jista’ jirriżulta fi ħsara tal-windshield/windskrin. (00483e)
AVVIŻ
Uża biss prodotti rakkomandati mill-Harley-Davidson fuq windshields Harley-Davidson. Tużax kimiċi qawwija jew prodotti għall-ilqugħ tax-xita, li jistgħu jikkawżaw ħsara fuq il-wiċċ tal-windshield, bħal skurament jew ċajpar. (00231c)
Biex Tneħħiha
NOTA
Evita kuntatt mal-assemblaġġ tal-fanal ta’ quddiem biex tipprevjeni ħsara kosmetika.
  1. Ara Figura 1. Mexxi n-naħa ta’ FUQ tal-assemblaġġ tal-windshield (1) ’l quddiem, sakemm it-talji tal-bracket ta’ FUQ (2) jisslajdjaw lil hinn mill-grommets (3).
  2. B’attenzjoni iġbed ’l fuq biex taqla’ t-talji tan-naħa ta’ isfel tal-bracket tal-windshield minn fuq il-grommets ta’ isfel.
Installazzjoni
  1. Ara Figura 1. Ivverifika li l-grommets (3) u l-brackets (2) huma fil-post u f'kundizzjoni tajba.
  2. NOTA
    Jekk tiġi nnotata xi ħsara jew deterjorament, ara negozjant ta’ Harley-Davidson.
  3. Isslajdja t-talji tan-naħa ta’ ISFEL tal-bracket tal-windshield (2) fuq il-grommets ta’ isfel.(3).
  4. Isslajdja it-talji ta’ FUQ tal-bracket fil-grommets ta’ fuq.
NOTA
Aċċerta ruħek li l-erba’ ponot tal-immuntar huma mqabbdin sew ġol-grommets tal-immuntar.
1Windshield
2Bracket
3Grommet
Figura 1. Assemblaġġ tal-Windshield