Biex Tneħħiha
AVVIŻ
Il-windshields/windskrins tal-polikarbonat jeħtieġu attenzjoni xierqa u kura sabiex jinżammu fi stat tajjeb. Nuqqas milli tieħu ħsieb il-polikarbonat jista’ jirriżulta fi ħsara tal-windshield/windskrin. (00483e)
AVVIŻ
Uża biss prodotti rakkomandati mill-Harley-Davidson fuq windshields Harley-Davidson. Tużax kimiċi qawwija jew prodotti għall-ilqugħ tax-xita, li jistgħu jikkawżaw ħsara fuq il-wiċċ tal-windshield, bħal skurament jew ċajpar. (00231c)
NOTA
Il-windskrins jeħtieġu kura speċjali. Tużax sistemi tat-tindif ibbażati fuq l-ammonja jew li ssib f’pompa tal-petrol. Dawn is-sistemi tat-tindif jistgħu jagħmlu ħsara lill-windskrin. Biex tagħmel manutenzjoni tal-windshield kif suppost, araTaqsima Wara s-Sewqan → Kura tal-Windshield.
1. Ara Figura 1. Aqla’ l-fairing.
a. Ipponta r-rota ta’ quddiem dritt ’l-quddiem
b. Iftaħ il-clamps (4).
c. Żomm il-fender. Erfa’ l-fairing (3) ’l fuq biex taqbeż il-fanal ta’ quddiem.
Installazzjoni
TWISSIJA
Kun ċert li l-istering huwa merħi u ħieles minn kull interferenza. Interferenza mal-istering tista’ tirriżulta fit-telf tal-kontroll tal-vettura u l-mewt jew korriment serju. (00371a)
1. Ara Figura 2. Spezzjona l-fairing.
a. Ivverifika li l-bumpers ta’ ġewwa tal-fairing (1) u l-bumpers tal-clamps (3) qegħdin fil-post, huma ndaf u f'kundizzjoni tajba.
b. Iftaħ u agħlaq il-clamps (4) biex tivverifika li qegħdin jaħdmu tajjeb.
NOTA
Jekk tiġi nnotata xi ħsara jew deterjorament, ara negozjant ta’ Harley-Davidson.
2. Installa l-fairing.
a. Ipponta r-rota ta’ quddiem dritt ’l-quddiem
b. Iftaħ il-clamps (4).
c. Irkeb il-fender ta’ quddiem. Poġġi l-fairing ’l fuq mill-fanal ta’ quddiem u fuq il-locks tal-furketta (5).
d. Ara Figura 1. Poġġi l-bumper ta’ fuq f’postu (2) fuq il-bracket ta’ fuq tal-furketta (1).
e. Ivverifika li l-bumper t’isfel (5) qiegħed poġġut fuq il-bracket ta’ isfel tal-furketta (6).
f. Illokkja l-clamps..
g. Ivverifika li l-bumpers ta’ fuq u l-bumpers t’isfel qegħdin poġġuti kif suppost u l-fairing marbuta tajjeb.
h. Ivverifika li ma hemmx kejbils jew wajers maqrusin.
1Bracket ta’ fuq tal-furketta
2Bumper ta’ fuq
3Fairing
4Klamp
5Bumper ta’ isfel
6Bracket ta’ isfel tal-furketta
Figura 1. Fairing installat
1Bumper tal-fairing ta’ ġewwa (8)
2Fairing fuq ġewwa
3Bumper tal-clamp (2)
4Klamp (2)
5Furketta ta’ quddiem (2)
Figura 2. Klamps tal-Fairing