Kif jibdew jittieklu l-pads tal-brejkijiet, il-pedala tal-brejk tal-ipparkjar timxi aktar meta jiġi applikat il-brejk tal-ipparkjar. Ispezzjona u aġġusta l-brejk tal-ipparkjar:
NOTA
Il-proċeduri ta' spezzjoni u aġġustament li ġejjin jistgħu jintużaw biex jiġi aġġustat il-brejk tal-ipparkjar bejn servizz ta’ manutenzjoni u ieħor. Għall-intervalli regolari bejn servizz ta’ manutenzjoni u ieħor kellem lil negozjant tal-Harley Davidson jew ara l-manwal tas-servizz tal-manutenzjoni għall-istruzzjonijiet kompleti.
L-ispezzjoni
1. Ipparkja l-vettura (b 'tagħbija normali) f’telgħa wieqfa. Dawwar l-iswiċċ tal-ignixin fuq OFF u ngrana t-trażmissjoni fl-ewwel ger.
2. Applika l-brejk ta’ quddiem u għatti l-pedala tal-brejk ta’ wara b ' sieqek tal-lemin.
3. Ara Taqsima Qabel s-Sewqan → Brejk tal-Parking → Brejk tal-Parking. Bis-sieq tax-xellug, imbotta ’l-isfel il-pedala tal-brejk tal-ipparkjar sakemm din ma tkunx tista’ tinżel aktar. Il-brejk jagħti numru ta ' klikks qabel ma jilħaq il-pożizzjoni massima tiegħu.
4. Bil-brejk tal-ipparkjar applikat, itlaq il-brejk ta’ quddiem u gradwalment iġbed ’il-ġewwa l-liver tal-klaċċ.
5. Il-brejkijiet ta’ wara għandhom iżżommu sod u l-vettura m’għandhiex tiċċaqlaq. Ara AĠĠUSTAMENT biex taġġusta l-brejk tal-ipparkjar kif meħtieġ.
Aġġustament
1. Poġġi l-vettura fuq wiċċ kompletament ċatt.
2. Itlaq il-brejk tal-ipparkjar. Ivverifika li l-vettura timxi faċilment meta mbuttata bl-idejn.
3. Ara Figura 1. Iġbed il-bagoll lura. Ħoll ftit il-jamnut.
4. Imbotta l-pedala tal-brejk tal-ipparkjar sal- ewwel klikk. Ipprova ċaqlaq il-vettura minn naħa għall-oħra.
a. Jekk tinħass xi reżistenza, mur għall-pass li jmiss.
b. Jekk ir-roti jduru liberament, itlaq il-brejk tal-ipparkjar u tawwal l-aġġustatur. Iċċekkja u rrepeti sakemm tinħass reżistenza.
5. Imbotta l-pedala tal-brejk tal-ipparkjar żewġ klikks oħra sat- tielet klikk. Il-vettura mhux suppost timxi meta tiġi mbuttata. Jekk ir-roti jduru, itlaq il-brejk tal-ipparkjar u tawwal l-aġġustatur. Iċċekkja u rrepeti sakemm ir-roti ma jdurux.
6. Itlaqil-pedala tal-brejk tal-ipparkjar. Ivverifika li l-vettura timxi liberalment.
NOTA
Applika l-griż lill- kamini tal- aġġustatur biex tiffaċilita l-aġġustamenti fil-futur.
7. Żomm l-aġġustatur u ssikka l-jamnut.
Momentum: 12–16 N·m (106–142 in-lbs) Il-jamnut li jaġġusta l-brejk tal-ipparkjar
8. Installa l-bagoll fuq l-aġġustatur.
9. Ara SPEZZJONI biex tiċċekkja kif qed jaħdem il-brejk tal-ipparkjar aġġustat.
1L-ewwel talja
2Jamnut
3Aġġustatur
Figura 1. Aġġustament tal-Brejk tal-Ipparkjar