Sistema ta’ Kontroll tat-Trazzjoni.
Filwaqt li jista’ jkun ta’ vantaġġ f’ċertu sitwazzjonijiet, il-kontroll tat-trazzjoni mhuwiex sostitut ta’ sewqan bla periklu.
Is-sistema ta’ kontroll tat-trazzjoni tal-Harley Davidson imtejba għal waqt dawrien mal-kantunieri tista’ tagħraf meta rota minnhom jew it-tnejn li huma jitilfu t-trazzjoni. F’kundizzjonijiet imxarrba jew toroq jiżolqu, jew waqt aċċellerazzjoni f'daqqa, is-sistema ta' kontroll tat-trazzjoni tillimita t-torque jew tapplika l-brejkijiet fuq ir-roti tas-sewqan li jitilfu t-trazzjoni.
Filwaqt li tnaqqas it-tidwir tat-tajer, is-Sistema ta' Kontroll tat-Trazzjoni tista’ żżomm il-kontroll, filwaqt li tippermetti l-aċċellerazzjoni massima.
Il-vettura hija wkoll mgħammra b'Sistema ta’ kontroll Drag Torque Slip biex tgħin sabiex jinżamm il-kontroll waqt id-deċellerazzjoni. Meta inti tnaqqas f'daqqa l-aċċellerazzjoni tal-vettura, waqt xiftijiet baxxi, jew meta l-powertrain tiddeċellera fuq uċuħ imxarrba jew jiżolqu, il-vettura tista’ tisslippja mir-rota ta’ wara.
Kif Taħdem is-Sistema ta’ Kontroll tat-Trazzjoni.
Is-Sistema ta’ Kontroll tat-Trazzjoni mtejba għal waqt dawrien mal-kantunieri tissorvelja b’mod kostanti l-aċċellerazzjoni laterali tal-vetturi waqt kisra ma’ kantuniera, u taġġusta t-torque fuq ir-roti tas-sewqan meta tinduna b’telf ta’ trazzjoni, jew meta jkun meħtieġ biex jitjieb il-kontroll tal-vettura waqt li tkun qed iddur ma’ kantuniera.
Dan l-aġġustament huwa ddisinjat biex jillimita d-dawrien tar-rota u jgħin lis-sewwieq iżomm il-kors mixtieq tal-ivvjaġġar fil-kantunieri.
Waqt it-tqabbid tal-magna, il-bozza tal-kontroll tat-trazzjoni tteptep simultanjament mal-bozza tal-ABS, dan jindika li ż-żewġ sistemi qed jistennew li l-vettura ttemm l-iċċekkjar tas-sensor tal-veloċità tar-roti. Is-sistema tal-kontroll tat-trazzjoni hija operattiva wara t-tqabbid anki waqt li jkun għaddej l-iċċekkjar tas-sensor tal-veloċità tar-roti. Il-lampa tal-kontroll tat-trazzjoni suppost tintefa meta jintemm l-iċċekkjar tas-sensor.
Jekk is-sistema ta’ kontroll drag torque slip tħoss li r-rota ta’ wara qed tiżloq waqt deċellerazzjoni tal-powertrain, fil-wita jew f’kantunieri, tista’ tnaqqas id-drag torque, billi żżid Revoluzzjonijiet Kull Minuta (rpm) tal-magna, sabiex tillimita ż-żlieq u jinżamm kontroll.
Kif għandek Tuża l-Kontroll tat-Trazzjoni.
NOTA
Meta tħaddem l-vettura fuq dyno huwa rakkomandat illi l-kontroll tat-trazzjoni jiġi diżattivat sabiex tipprevjeni l-intervent ibbażat fuq il-veloċità differenti tat-tajers minn ta’ quddiem għal ta’ wara.
Il-Kontroll tat-Trazzjoni huwa attivat awtomatikament f'kull ċiklu meta tiġi mqabbda l-magna. Is-sewwieq jista’ jiddiżattiva l-kontroll tat-trazzjoni fi kwalunkwe ħin meta l-vettura tkun wieqfa għal kollox u l-magna tkun qiegħda taħdem billi jingħafas u jibqa’ magħfus għal sekonda sħiħa s-swiċċ tal-kontroll tat-trazzjoni.
Is-sewwieq jista’ jikkunsidraha bħala benefiċċju li jiddiżattiva l-kontroll tat-trazzjoni f’sitwazzjonijiet ta' veloċità baxxa u trazzjoni baxxa (low speed low traction) bħal, sewqan fir-ramel fond, sewqan f’telgħa jew fuq ħaxix imxarrab, jew sitwazzjonijiet simili. Il-lampa tal-kontroll tat-trazzjoni tixgħel u tibqa’ mixgħula biex tindika li l-kontroll tat-trazzjoni huwa diżattivat. Madankollu, jekk il-fanal tat-TC jibqa’ mixgħul flimkien mal-fanal indikatur ta’ ħsara, ifisser li s-sistema tal-kontroll tat-trazzjoni għandha l-ħsara. Jekk dan iseħħ, kellem negozjant awtorizzat ta’ Harley Davidson.
Is-sewwieq jista’ jerġa’ jattiva l-kontroll tat-trazzjoni fi kwalunkwe ħin matul it-tħaddim tal-vettura billi jagħfas u jitlaq is-swiċċ tal-kontroll tat-Trazzjoni.
Jekk il-lampa tal-kontroll tat-trazzjoni tibda tteptep b’mod mgħaġġel waqt is-sewqan, ifisser li s-sistema tal-kontroll tat-trazzjoni qed tidħol fis-seħħ.
Intervent tal-Kontroll tad-Drag Torque Slip huwa indikat permezz ta’ teptip mgħaġġel tal-lampa tal-kontroll tat-trazzjoni. Madankollu, jekk tiddiżattiva l-Kontroll tat-Trazzjoni mhux se tkun qed tiddiżattiva l-Kontroll Drag Torque Slip.
Tabella 1. Sintomi u Kundizzjonijiet ta' Kontroll ta' Trazzjoni
SINTOMU
KUNDIZZJONI
Lampa tal-kontroll ta’ trazzjoni mitfija
Sistema ta’ kontroll ta’ trazzjoni attiva.
Lampa tal-kontroll ta’ trazzjoni mixgħula kontinwament
Sistema ta' kontroll ta’ trazzjoni diżattivata mill-utent.
Il-Fanal tal-kontroll tat-trazzjoni u l-fanal indikatur tas-sigurtà/tal-ħsara huma mixgħulin il-ħin kollu.
Is-sistema tal-kontroll tat-trazzjoni hija bil-ħsara.
Lampa tal-kontroll ta’ trazzjoni tteptep
Kundizzjoni normali. Intervent tal-kontroll tat-trazzjoni.
Nuqqas ta’ rispons mit-throttle waqt avveniment tal-kontroll tat-trazzjoni
Kundizzjoni normali. Intervent tal-kontroll tat-trazzjoni.
Sensazzjoni ta’ "mewġa" waqt deċellerazzjoni
Kundizzjoni normali. Intervent tal-kontroll taż-żlieq tad-drag torque.