Lieva tal-Brejk ta’ Quddiem
TWISSIJA
Tpoġġix is-swaba bejn il-hand control lever u l-gripp tal-manubriju. Il-pożizzjonar ħażin tal-idejn jista’ jtellef l-operazzjoni tal-kontroll tal-liver u jikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura, li jista’ jwassal għal mewt jew f'korriment serju. (00032a)
Ara Figura 1 . Il-lieva tal-brejk ta’ quddiem (1) tikkontrolla l-brejk tar-rota ta' quddiem. Il-lieva hija fuq in-naħa tal-lemin tal-manubriju. Ħaddem il-lieva tal-idejn bis-swaba’ tal-id il-leminija.
Pedala tal-Brejk ta’ wara
Ara Figura 1 . Il-pedala tal-brejk ta’ wara (2) tikkontrolla l-brejk tar-rota ta' wara. Il-pedala qiegħda fuq in-naħa tal-lemin. Ħaddem il-pedala tal-brejk ta’ wara bis-sieq tal-lemin.
1Liver tal-brejk ta’ quddiem
2Pedala tal-brejk ta’ wara
Figura 1. Il-Kontrolli tal-Brejk
Sistema Reflex Linked Antilokk tal-Ibbrejkjar (ABS)
Is-sistema reflex linked antilokk tal-brejkijiet ta’ Harley-Davidson tgħin lis-sewwieq iżomm kontroll meta jibbrejkja f’sitwazzjoni ta' emerġenza. Is-sistema Reflex Linked ABS timmonitorja l-brejkijiet ta’ quddiem u ta’ wara biex iżżomm ir-roti jduru u b’hekk ma tħallix li r-roti jillokkjaw mingħajr kontroll sew jekk ikun fuq bankini xotti jew fuq uċuħ tat-triq jiżolqu bħal żrar, weraq jew waqt sewqan fit-tixrib.
Is-sistema Reflex Linked antilokk tal-ibbrejkjar tirrispondi aħjar mis-sistema antilokk tal-ibbrejkjar konvenzjonali u tippermetti l-ibbrejkjar iktar ibbilanċjat fuq quddiem u fuq wara f’varjetà kbira ta’ applikazzjonijiet tal-brejkijiet.
F'veloċitajiet ta’ aktar minn 7 km/h (4 mph), is-sistema taġġusta b’mod dinamiku l-irbit għall-ammont ta' brejk applikat, kif ukoll il-veloċità tal-vettura sabiex tilħaq il-bilanċ ottimizzat tal-brejkijiet. Is-sistema tipprovdi iżjed irbit meta s-sewwieq ikun qed japplika bbrejkjar iktar qawwi u tnaqqas jew telimina l-irbit għall-ibbrejkjar ħafif u veloċitajiet baxxi.
NOTA
Meta jiġu applikati ż-żewġ brejkijiet, is-sewwieq jista’ jinduna b’feedback ħafif fil-liver tal-brejk ta’ quddiem jew fil-pedala tal-brejk ta’ wara waqt li jkun qed iseħħ l-ibbilanċjar dinamiku.
Meta jkun marbut, l-applikar tal-liver tal-brejk ta’ quddiem waħdu jġiegħel lis-sistema tapplika wkoll dinamikament ammont tal ibbrejkjar fuq wara. Meta tiġi applikata l-pedala tal-brejk ta’ wara waħedha ġġiegħel lis-sistema biex tapplika wkoll ammont ta’ ibbrejkjar fuq il-calipers ta’ quddiem. Meta jiġu applikati ż-żewġ brejkijiet, is-sistema tipprova tibbilanċja dinamikament l-ibbrejkjar tar-roti ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara.
F'veloċitajiet ta’ inqas minn 3 km/h (2 mph), il-brejkijiet ma jkunux marbuta sabiex il-manuvrabilità f’veloċità baxxa ma tkunx affettwata negattivament, bħal meta l-mutur ikun qed jiġi misjuq ġewwa parkeġġ.
Kif taħdem l-ABS
Il-ABS tissorvelja s-sensors fuq ir-roti ta’ quddiem u ta’ wara biex tiddetermina l-veloċità tar-roti. Jekk is-sistema ssib li waħda jew aktar roti qed inaqsu mill-veloċità f’daqqa, li jindika li dawn se jillokkjaw, jew jekk ir-rata ta’ deċellerazzjoni ma taqbilx ma’ kriterja maħżuna fil-memorja, l-ABS jidħol fl-azzjoni. Is-sistema malajr tibda tiftaħ u tagħlaq valves biex timmodula l-pressjoni tal-brejk. Waqt l-attivazzjoni tal-ABS, is-sistema tipprovdi l-ekwivalenti elettroniku li jippompja l-brejkijiet manwalment. Is-sistema tista’ ddur ħafna darbiet kull sekonda.
Is-sewwieq jinduna bl-attivazzjoni tal-ABS permezz ta’ sensazzjoni pulsanti ħafifa fil-lieva tal-idejn jew fil-pedala tal-brejk ta’ wara. Jinstema’ wkoll ħoss li jikklikkja mill-modulu tal-ABS. It-tnejn huma sinjali ta’ operazzjoni normali. Irreferi għal Tabella 1.
Għal informazzjoni addizzjonali fuq l-ABS żur www.harley-davidson.com/trikeorientation.
Kif tuża l-ABS
Waqt li hi ta’ vantaġġ fl-ibbrejkjar waqt emerġenza, l-ABS mhix sostitut għal sewqan sigur. L-aktar mod sigur biex twaqqaf mutur huwa billi tuża ż-żewġ brejkijiet.
L-ABS ta’ Harley Davidson hija sistema ta’ assistenza manwali. F’sitwazzjoni ta’ waqfien ta’ emerġenza, ibqa’ żomm pressjoni fuq il-brejkijiet sakemm idum jaħdem il-proċess tal-ABS. Tibdilx jew “tippompjax” il-kontrolli tal-brejkijiet. Ir-roti ma jillokkjawx sakemm jintemm il-waqfien meta l-veloċità tal-mutur tonqos għal rata li fiha l-ABS ma tibqax aktar meħtieġa.
ABS: Tajers u Roti
Muturi mgħammra bl-ABS iridu dejjem jużaw tajers u roti ta’ Harley Davidson. L-ABS timmonitorja l-veloċità rotazzjonali tar-roti permezz ta’ sensors individwali fuq kull rota. Tibdil għal-roti ta’ dijametru differenti jew qies differenti tat-tajers jista’ jibdel il-veloċità rotazzjonali. Roti u tajers ta’ qisien differenti jistgħu jħarbtu l-kalibrazzjoni tal-ABS u jkollhom effett negattiv fuq il-kapaċità tagħha biex tinduna u tipprevjeni l-illokkjar mhux kontrollat tar-roti. Sewqan bi pressjoni tat-tajers differenti minn dawk speċifikati jista’ jnaqqas il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-ABS. Irreferi għal Taqsima Speċifikazzjonijiet → Speċifikazzjonijiet .
Tabella 1. Sintomi u Kundizzjonijiet tal-ABS
SINTOMU
KUNDIZZJONI
Bozza tal-ABS mixgħula l-ħin kollu
Instabet ħsara fl-ABS. Kellem negozjat ta’ Harley Davidson għal servizz ta’ manutenzjoni.
Bozza tal-ABS itteptep
Dan jindika proċess normali ta’ awtodijanjosi meta l-mutur ikun għadu kif inxtegħel u l-veloċità hija inqas minn5 km/h (3 mph). L-ABS ma jaħdimx sakemm tintefa l-lampa. Jekk il-bozza tkompli tteptep f'veloċitajiet aktar minn 5 km/h (3 mph), ara aġent tal-Harley-Davidson għal service.
Tagħti impuls lil-lieva tal-brejk jew lill-pedala waqt l-operar tal-ABS
Kundizzjoni normali.
Ħoss ta’ kklikkjar waqt l-operar tal-ABS
Kundizzjoni normali.
Sensazzjoni ta’ "surge" waqt l-ibbrejkjar
Kundizzjoni normali. Dan huwa l-aktar notevoli meta jkun hemm ibbrejkjar bi brejk wieħed (ta' quddiem biss jew ta’ wara biss). Ir-riżultat ta' tnaqqis fid-deċelerazzjoni li jista’ jiġi kawżat minn xquq jew ħotob fit-triq, ibbrejkjar tal-magna (RPMs tal-magna għolja li jikkaġunaw ir-rota ta’ wara biex tnaqqas ir-ritmu), ibbrejkjar f’daqqa f’veloċitajiet baxxi, u kundizzjonijiet oħra. Dan huwa dovut għall-pressjoni tal-brejk tal-kaliper modulanti tal-ABS biex jipprevjeni imblokk mhux ikkontrollat tar-rota.
Pedala temporanjament iebsa tal-brejk ta’ wara
Kundizzjoni normali. Ibbrejkjar tal-magna (RPMs għolja tal-magna li jikkaġunaw ir-rota ta’ wara tnaqqas ir-ritmu) jew ixxiftjar ’l isfel jista’ jattiva l-ABS. Jekk jiġi applikat il-brjek ta’ wara fl-istess ħin jew immedjatament wara, l-ABS tista’ tkun qed tagħlaq valv biex tevita l-pressjoni fuq il-brejk ta’ wara. Dan huwa dovut għall-pressjoni tal-brejk tal-kaliper modulanti tal-ABS biex jipprevjeni imblokk mhux ikkontrollat tar-rota.
Tisfira tat-tajer
Kundizzjoni normali. Skont il-wiċċ, it-tajer jista’ jsaffar mingħajr ma tillokkja r-rota.
Marka sewda fuq il-bankina
Kundizzjoni normali. Skont il-wiċċ tat-triq, it-tajer jista’ jħalli marka sewda mingħajr ma tillokkja r-rota.
Illokkjar tar-rota f'veloċità baxxa
Kundizzjoni normali. L-ABS ma jiġix attivat fuq ir-rota ta’ quddiem, taħt 5 km/h (3 mph) jew fuq ir-rota fuq wara, taħt 8 km/h (5 mph).