NOTA
It-TPMS ġie kkalibrat biex juża l-arja fit-tajer. L-użu tan-nitroġenu (100%) jista’ jaffettwa l-preċiżjoni tas-sistema.
Qabel ma l-mutur jiġi misjuq kull tajer għandu jiġi ċċekkjat kif ikun kiesaħ u jintefaħ sakemm tintlaħaq il-pressjoni rakkomandata minn Harley-Davidson fil- Taqsima Qabel s-Sewqan → Iċċekkjar tal-Pressjoni tat-Tajer u Spezzjonar tat-Tajers u muri fuq it-tikketta tal-pressjoni tan-nefħa tal-VIN/tajer (li huma inklużi fuq vetturi ġewwa l-Amerika/l-Kanada).
Il-vettura tiegħek ġiet mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers (TPMS) li tixgħel lampa ta’ twissija dwar pressjoni baxxa meta wieħed mit-tajers tiegħek jew it-tnejn li huma jkunu baxxi b’mod sinifikanti. Għalhekk, meta tixgħel il-lampa ta’ twissija ta’ pressjoni baxxa fit-tajers, ieqaf u ċċekkja t-tajers malajr kemm jista’ jkun, u onfoħhom sakemm jilħqu l-pressjoni adattata. Sewqan fuq tajer baxx b’mod sinifikanti jġiegħel lit-tajer jisħon aktar milli suppost u jista’ jikkawża ħsara lit-tajer.
Meta t-tajer ikun baxx inaqqas ukoll l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u l-ħajja tal-uċuħ tat-tajers, u jista’ jaffettwa l-mod li bih tiġi mmaniġġjata l-vettura u l-kapaċità ta’ waqfien tagħha. Huwa importanti li tissettja l-pressjoni fit-tajers kif suppost. Nuqqas milli tagħmel hekk jista' jirriżulta fi twissija ta' pressjoni baxxa f'temperaturi ambjentali ogħla. Il-pressjonijiet rakkomandati għal tajers kesħin huma murija fil- Taqsima Qabel s-Sewqan → Iċċekkjar tal-Pressjoni tat-Tajer u Spezzjonar tat-Tajers .
Jekk il-pressjoni tat-tajer se tkun iċċekkjata meta l-vettura tkun għadha kif ġiet misjuqa riċentament u t-tajers ikunu għadhom sħan, irreferi għal Taqsima Qabel s-Sewqan → Iċċekkjar tal-Pressjoni tat-Tajer u Spezzjonar tat-Tajers biex tiddetermina l-pressjonijiet korretti. Jekk il-pressjoni għolja tat-tajer ġiet aġġustata, aġġusta mill-ġdid l-pressjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet meta t-tajer ikun bired.
It-TPMS mhix sostitut għall-manutenzjoni tat-tajers kif suppost. Hija r-responsabbiltà tas-sewwieq li jżomm il-pressjoni fit tajers kif suppost, anke jekk in-nuqqas ta’ arja fit-tajer ma jkunx għadu laħaq il-livell li jwassal biex tixgħel il-lampa ta’ twissija tat-TPMS dwar pressjoni baxxa fit-tajer.
Il-vettura hija mgħammra wkoll b’indikatur ta’ ħsara fit-TPMS biex juri meta s-sistema ma tkunx qed taħdem kif suppost. L-indikatur ta’ ħsara fit-TPMS huwa konness mal-fanal tal-pressjoni baxxa tat-tajers. Meta s-sistema tinduna b’xi ħsara, il-fanal tal-pressjoni baxxa tat-tajers se jpetpet għal madwar minuta u mbagħad jibqa’ mixgħul kontinwament. Din is-sekwenza tibqa’ sseħħ kull darba li jiġi startjat il-mutur sussegwentement sakemm tibqa’ teżisti l-ħsara. Il-lampa tas-sigurtà wkoll tinxtegħel biex turi li jeżisti kodiċi ta’ ħsara dijanjostiku. Meta jixgħel l-indikatur tal-ħsara, jista’ jkun li s-sistema ma tkunx tista’ ssib jew twissi pressjoni baxxa fit-tajers kif ikun mixtieq.
Ħsarat fit-TPMS jistgħu jseħħu minħabba diversi raġunijiet, inkluż l-installazzjoni ta’ tajers jew roti ta’ sostituzzjoni fuq il-vettura li ma jħallux it-TPMS jaħdem kif suppost.
Dejjem iċċekkja li l-indikatur tal-ħsara fit-TPMS wara li tibdel rota waħda jew iktar fuq il-vettura tiegħek biex tassigura li t-tajers jew ir-roti ta’ sostituzzjoni jippermettu li t-TPMS jibqa’ jiffunzjona kif suppost.