Ara Figura 1 u Figura 2 . Agħżel il-buttuna tal-istatus tal-vettura biex turi l-istatus u l-kejl mis-sistemi tal-vettura. Il-kejl kollu hu muri bl-Ingliż (US) jew f’unitajiet metriċi, skont l-issettjar tar-radju.
It-Temperatura tal-Arja
Turi t-temperatura tal-ambjent tal-madwar. Il-kejl jista’ jiġi affettwat mill-kundizzjonijiet tal-madwar meta jsir sewqan bil-mod, bħal meta jsir sewqan fi traffiku twil (idling). Il-kejl mhux neċessarjament jindika ġlata jew kundizzjonijiet oħra tat-triq.
Pressjoni taż-Żejt tal-Magna
Juri l-pressjoni taż-żejt tal-magna bħala "OK" jew “Not OK". Jekk jidher il-messaġġ “Check Oil", waqqaf il-magna immedjatament u ċċekkja l-livell taż-żejt.
Sistema għall-immaniġġjar tat-Temperatura tal-Magna meta tkun Idle (EITMS)
Juri l-istatus tas-Sistema għall-immaniġġjar tat-Temperatura tal-Magna meta tkun Idle (EITMS) L-istatus tal-EITMS jista’ jintwera bħala ACTIVE (attiv), ENABLED (mixgħul) jew DISABLED (mitfi). Ara Taqsima Tħaddim → Sistema għall-immaniġġjar tat-Temperatura tal-Magna meta tkun Idle (EITMS) għal deskrizzjoni ta’ kull stat.
Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)
Ara Figura 3 . Waqt li l-istatus tal-vettura jkun muri fuq l-iskrin, agħfas l-ikona tas-sistema tal-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers biex tara l-informazzjoni dwar il-pressjoni tat-tajers..
Tajers ta’ quddiem u wara: Kull tajer jidher jew abjad (li jindika li ġiet imkejla pressjoni normali tat-tajer) jew inkella kulur l-ambra (biex jindika kundizzjoni ta’ pressjoni baxxa fit-tajer).
Informazzjoni dwar il-pressjoni tat-tajers: Il-pressjoni tat-tajers tintwera bħala psi jew kPa, skont l-issettjar tal-unitajiet tar-radju. Linji (--) jindikaw li m’hemmx informazzjoni attwali dwar il-pressjoni tat-tajers.
Ikona tal-batterija tas-sensor baxxa: Il-batterija tas-sensor tat-TPMS hija baxxa għat-tajer indikat. Ara l-aġent ta’ Harley Davidson għas-servizz ta’ manutenzjoni.
Ikona tal-pressjoni High/Low (għolja/baxxa) fit-tajers: Is-sistema sabet pressjoni għolja jew baxxa fit-tajer indikat. Waqqaf il-vettura b’mod sigur u uża pressure gauge biex tiċċekkja l-pressjoni ta’ kull tajer affetwat. Aġġusta l-pressjoni tat-tajers skont l-ispeċifikazzjonijiet fil- Taqsima Qabel s-Sewqan → Iċċekkjar tal-Pressjoni tat-Tajer u Spezzjonar tat-Tajers → Tajers Speċifikati jew kif speċifikat fuq it-tabella tat-tubu ta’ isfel tal-qafas.
NOTA
  • Tużax is-sistema tat-TPMS bħala pressure gauge meta tkun qed iżżid jew tneħħi l-arja minn ġewwa tajer. Tagħrif mis-sensors jintbagħat lit-TPMS f’intervalli li jvarjaw (li jiddependu jekk il-vettura hiex miexja, ipparkjata fuq il-jiffy stand, jew jekk għandhiex xi bidla sinifikanti fil-pressjoni tat-tajers). L-informazzjoni dwar il-pressjoni tat-tajer jista’ jkun li ma tiġġeddidx mill-ewwel meta tkun qed iżżid jew tneħħi arja mit-tajer. Jista’ jsir infiħ żejjed jew nieqes.
  • Taqsima Qabel s-Sewqan → Iċċekkjar tal-Pressjoni tat-Tajer u Spezzjonar tat-Tajers → Tajers Speċifikati jindika l-pressjoni speċifikata għall-tajers waqt li huma kesħin (vettura pparkjata għal mill-anqas tliet sigħat). Il-pressjoni tiżdied hekk kif it-tajers jisħnu.
Twissija ta’ Pressjoni Baxxa fit-Tajer
Ara Figura 3 . Kundizzjoni ta’ pressjoni baxxa fit-tajer twassal biex fuq ir-radju jiġi muri messaġġ ta’ twissija.
Tiftix għal stazzjon tal-fjuwil: Għal vetturi bin-navigazzjoni, ir-radju jippromptja biex tinnaviga lejn stazzjon tal-fjuwil fil-qrib.
1Wasla/Ħin/Distanza sal-Post minn fejn se tgħaddi
2Veloċità kurrenti
3Wasla/Ħin/Distanza sal-post tad-Destinazzjoni
4Id-distanza sad-dawra li jmiss
5It-Temperatura tal-Arja
6Altitudni
Figura 1. Skrin tal-Informazzjoni dwar il-Vjaġġ
1Iċċekkja ż-żejt
2Id-distanza mill-aħħar servizz ta’ manutenzjoni
3Sistema għall-immaniġġjar tat-Temperatura tal-Magna meta tkun Idle (EITMS)
Figura 2. Skrin tal-Informazzjoni dwar il-Magna
1Pressjoni tat-tajer ta’ quddiem
2Pressjoni tat-tajer ta’ wara tal-lemin
3Pressjoni tat-tajer baxxa (tajer kulur l-ambra)
4Il-batterija tas-sensor baxxa
5Pressjoni tat-tajer ta’ wara tax-xellug
Figura 3. Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)