Il-mutur joħroġ mill-fabbrika b’żewġ key fobs. Il-key fobs ġew assenjati b'mod elettroniku min-negozjant tiegħek biex tiġi diżattivata s-sistema tas-sigurtà u biex jiġu operati l-power locks għall-mutur tiegħek. Żewġ fobs biss jistgħu jiġu assenjati għal mutur fi kwalunkwe ħin partikolari. Key fobs ta’ rikambju jistgħu jinxtraw u jiġu assenjati għall-mutur tiegħek minn negozjant ta’ Harley Davidson.
Numru uniku huwa mehmuż ma’ tag fuq il-key fobs. Ikteb in-numru tal-key fob tiegħek fl-ispazju pprovdut fuq quddiem ta’ dan il-manwal.
Ċavetta Ritrattabbli
Iċ-ċavetta li terġa’ tinġibed lura tista’ tintuża biex issakkar u tiftaħ b’mod manwali s-swiċċ tal-lock tal-furketta, tal-bagoll u tat-Tour-Pak.
Biex testendi ċ-ċavetta: ara Figura 1. Agħfas il-buttuna (2) biex testendi ċ-ċavetta.
Biex tiġbed lura ċ-ċavetta: Agħfas il-buttuna biex tħoll iċ-ċavetta. Dawwar biex iċ-ċavetta tidħol lura fil-fob.
Power Locks
Il-fob taċ-ċavetta jsakkar u jiftaħ b’mod remot l-iswiċċ tal-lock tal-furketta, tal-bagoll u tat-Tour Pak. Il-key fob tista’ tħaddem il-locks waqt li l-mutur ikun imqabbad u anke meta jkun mitfi. Il-medda effettiva biex il-power lock topera hija ta’ bejn wieħed u ieħor 12 m (40 ft) . Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks .
Sistema tas-Sigurtà
Is-sistema tas-sigurtà tista’ tiġi diżattivata meta key fob assenjata tkun fil-medda. Dejjem ġorr il-fob waqt is-sewqan, tagħbija, meta tagħti l-fjuwil, waqt li tmexxi, tipparkja jew tagħti servizz lill-mutur. Il-medda biex is-sistema tas-sigurtà tiġi diżattivata hija ta’ bejn wieħed u ieħor 1,5 m (5 ft) miċ-ċentru tal-mutur.
Ara Taqsima Tħaddim → Ignixin Mingħajr Ċavetta biex topera l-mutur. Ara Taqsima SISTEMA TAS-SIGURTÀ għal deskrizzjoni sħiħa tal-karatteristiċi tas-sistema tas-sigurtà.
Meta ssuq mingħajr ma jkun hemm il-fob: It-tieqa tal-odometru temporanjament turi NO FOB jekk il-mutur jiġi misjuq mingħajr ma jkun hemm il-key fob. Biex tirristartja l-mutur mingħajr ma jkun hemm key fob, iddiżattiva s-sistema tas-sigurtà bil-PIN. Ara Taqsima SISTEMA TAS-SIGURTÀ → Attivar u Diżattivar .
Biex tneħħi l-key fob meta jkun ipparkjat: Dejjem illokkja l-furketta u neħħi l-key fob meta tipparkja. Qatt tħalli l-fob imdendel mal-manubriju jew tpoġġih fil-kompartiment tal-bagoll. Jekk il-key fob qiegħed fil-medda, il-mutur jista’ jiġi startjat mingħajr ma tiġi attivata l-alarm.
Biex Tbiddel il-Batterija
Biddel il-batterija tal-fob kull sena.
  1. Ara Figura 2 . Daħħal u dawwar bil-mod xafra rqieqa fit-thumbnail slot (1) li hemm fil-ġenb tal-fob biex tissepara ż-żewġ nofsijiet.
  2. Aqla’ l-batterija (2) u armiha.
    1. Imbotta l-lukkett (3) lil hinn mill-batterija.
    2. Erfa’ l-batterija mill-ġenb faċċata tal-lukkett.
  3. Installa batterija ġdida (CR2032) bil-ġenb pożittiv iħares ’l fuq.
    1. Ikkonferma li t-tabs tal-metall ikunu qed jagħmlu kuntatt sod mal-batterija. Ilwi kemm kemm ’il fuq jekk meħtieġ.
    2. Installa l-batterija maġenb il-lukkett bin-naħa pożittiva tħares ’l fuq.
  4. Agħfas in-nofsijiet flimkien sakemm ifaqqgħu.
1Ċavetta
2Buttuna
3Fob
Figura 1. Tħaddim biċ-Ċavetta
1Thumbnail slot
2Batterija
Figura 2. Batterija tal-Fob