Biddel iż-żejt tal-magna spiss f’kundizzjonijiet klimatiċi aktar kesħin. Jekk il-mutur ħafna drabi jiġi misjuq anqas minn 24 km (15 mi), f'temperaturi ambjentali ta’ anqas minn 16 °C (60 °F), naqqas l-intervalli bejn bidla taż-żejt u oħra għal 2.400 km (1500 mi).
NOTA
Temperaturi ambjentali aktar baxxi jeħtieġu bdil taż-żejt aktar frekwenti.
Fwar tal-ilma huwa prodott sekondarju normali tal-kombustjoni. Waqt it-tħaddim f’temp kiesaħ, xi fwar tal-ilma jikkondensa għal forma likwida fuq l-uċuħ kesħin ġewwa l-magna. F’temp iffriżat, dan l-ilma jsir semi likwidu (slush) jew silġ. Jekk il-magna ma tiġix msaħħna biex tilħaq it-temperatura tat-tħaddim, is-slush jew silġ jimblokka il-pajpijiet taż-żejt u jikkawża ħsara fil-magna. Maż-żmien, l-ilma se jakkumula, jitħallat maż-żejt tal-magna u jifforma ħama li huwa ta’ dannu għall-magna.
Jekk il-magna titħalla tilħaq it-temperatura tat-tħaddim, ħafna mill-ilma jevapora u joħroġ mill-pajp tal-arja tal-għatu tal-krank.