NOTA
Biex tipprevjeni grif oqgħod attent meta tkun qed tnaddaf l-uċuħ tal-istrumenti. Xi mudelli ta' muturi jistgħu jkollhom uċuħ tal-acrylic.
Spidometru
TWISSIJA
Ivvjaġġa permezz ta’ veloċitajiet xierqa għat-triq u l-kundizzjonijiet tagħha u tivvjaġġa qatt iktar mill-veloċità rakkomandata. Veloċità eċċessiva tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura,u tista’ tirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00008a)
Ara Figura 1. L-ispidometru jirreġistra l-veloċità ’l quddiem tal-vettura f’mili fis-siegħa (mph) (Stati Uniti) u/jew kilometri fis-siegħa (km/h).
L-istrument tad-dawl ta’ wara jiġi attivat wara dewmien qasir. Id-dawl ta’ wara jista’ jinbidel għal xi ħin qasir meta d-dawl ambjentali jinbidel (bħal meta tgħaddi minn ġo mina).
Takometru
AVVIŻ
Ara t-taqsima RAMMOKANDAZZONIJIET TAL-OPERAR. Tħaddimx il-magna ’l fuq mill-RPM massimu tas-sigurtà kif muri taħt OPERAZZZJON (żona ħamra fuq t-takometru). Baxxi l-RPM billi taqleb fuq gear ogħla jew tnaqqas l-ammont tat-throttle. Nuqqas milli tbaxxi l-RPM jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00159a)
Ara Figura 1. It-takometru jkejjel il-veloċità tal-magna f’revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm x 100).
Gejġ tal-Fjuwil
Ara Figura 1. Il-gejġ tal-fjuwil jindika l-ammont approssimattiv tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil.
Voltmeter
Ara Figura 1. Il-voltmeter jindika l-vultaġġ imkejjel tas-sistema elettrika. Bil-magna taħdem ’l fuq minn 1500 rpm, il-voltmeter jirreġistra 13.0-14.5 V bil-batterija fuq full charge.
1Gejġ tal-Fjuwil
2Fjuwil baxx
3Spidometru
4Kontroll tat-trazzjoni
5Indikatur tas-Sigurtà/Ħsara
6Mhux użat
7Takometru
8Temperatura tar-tkessih tal-magna
9Senser tad-dawl (mhux indikatur)
10Skarikar tal-batterija
11Voltmeter
12Sinjal tal-Indicator sabiex taqleb fuq il-Lemin
13Brejk tal-ipparkjar
14Ikona tal-ABS (l-ikona km/h tal-ABS hija murija wkoll)
15Indikatur tal-bozza awżiljarja/taċ-ċpar
16Reverse
17Fanal ta’ quddiem b’raġġ għoli
18Il-fanal indikatur ta’ pressjoni baxxa fit-tajers/ħsara fit-TMPS
19Cruise controll
20Iċċekkja l-magna
21Newtrali
22Indikatur tal-Gear
23It-tieqa tal-odometru
24Pressjoni taż-żejt
25Mhux użat
26Mhux użat
27Sinjal tal-Indicator sabiex taqleb fuq ix-Xellug
Figura 1. Bozoz tal-indikatur: Bil-Fairing