L-iStarter ma Jaħdimx jew Ma Jqabbadx il-Magna
Is-swiċċ OFF/RUN Ikun jimmarka OFF.
Is-swċċ tal-ignixion mhux fil-pożizzjoni IGNITION.
Batterija mingħajr charge inkella konnessjonijiet maħlulin jew imsadda (is-solenojd iċekċek).
Il-liver tal-klaċċ ma jersaqx qrib il-manubriju meta magħfus u l-brejk ta’ quddiem jew ta’ wara ikun magħfus inkella t-trasmissjoni mhix fil-pożizzjoni newtrali.
Fjus prinċipali mhux fil-post.
Il-Magna Ddur imma ma Tistartjax.
It-tank tal-fjuwil vojt.
iL-filtru tal-fjuwil misdud.
Batterija mingħajr ċarġ inkella l-konnessjonijiet tat-terminas tal-batterija nħallu jew bil-ħsara.
Spark plugs imniġġsa.
Il-kejbils li jikkonnettjaw l-ispark plugs inħallu jew inkella huma f’kundizzjoni ħażina u qegħdin jixxortjaw.
Konnessjoni(jiet) tal-wajers jew kejbils maħlulin jew imsadda fil-kojl jew batterija.
Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
Fjus prinċipali mhux fil-post.
Ibati biex Jistartja
L-ispark plugs f'kundizzjoni ħażina, jew m’għandhomx spazju bejniethom kif suppost, inkella huma parzjalment imniġġsa.
Il-kejbils tal-ispark plugs huma f’kundizzjoni ħażina u qed iqattru.
Batterija kważi mingħajr ċarġ.
Konnessjoni(jiet) tal-wajer jew kejbil maħlulin f’wieħed mit-terminals tal-batterija jew coil.
Iż-żejt tal-magna tqil wisq (użu f’temp kiesaħ).
Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil.
Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
Tistartja imma Taħdem b’mod Irregolari jew Taqbeż
L-ispark plugs f’kundizzjoni ħażina jew parzjalment imniġġsa.
Il-kejbils tal-ispark plugs huma f’kundizzjoni ħażina u qed iqattru.
L-ispazju tal-ispark plugs huwa qrib wisq jew wiesa’ żżejjed.
Batterija kważi mingħajr ċarġ.
Wajer bil-ħsara jew konnessjoni ta’ wajer maħlul fil-coil tal-ignixin, batterija jew konnettur ECM.
Xort intermittenti minħabba ħsara fl-insulazzjoni tal-wajer.
Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil.
Is-sistema tal-ventilatur tal-fjuwil magħluqa. Kellem lill-aġent
Injector wieħed jew aktar imniġġsa.
Spark Plug jitniġġes ripetutament
Taħlita tal-fjuwil qawwija wisq.
Spark plug li ma jaqbilx.
Qabel l-ignixion jew Detonazzjoni (Taħbit jew Pings)
Fjuwil ħażin.
Spark plug li ma jaqbilx mat-tip ta’ servizz tal-manutenzjoni.
Tisħon iżżejjed
Provvista taż-żejt insuffiċjenti nkella ż-żejt mhux jiċċirkola.
Depożitu qawwi ta’ karbonju ġej minn magna li qed taħdem ħażin. Kellem lill-aġent
Fluss mhux suffiċjenti ta’ arja fuq is-cylinder heads waqt perjodi twal ta’ waqfien jew sewqan bil-mod (parade duty).
Vibrazzjoni Eċċessiva
L-iskorfini tax-xaft tal-furketta ta’ wara maħlulin. Kellem lill-aġent
Il-boltijiet tal-muntaġġ ta’ quddiem tal-magna maħlulin. Kellem lill-aġent
Il-boltijiet tal-muntaġġ tal-magna mat-trasmissjoni maħlulin. Kellem lill-aġent
Frejm bil-ħsara. Kellem lill-aġent
Katina ta' quddiem jew rabtiet issikkati minħabba lubrikazzjoni insuffiċjenti jew ċintorin mherri ħafna.
Roti u/jew tajers li saritilhom ħsara. Kellem lill-aġent
Vettura mhux allinjata kif suppost. Kellem lill-aġent
Id-damper tal-kolonna tal-istering mikul jew bil-ħsara. Kellem lill-aġent
Qafliet tal-vireg Panhard virga maħlulin. Kellem lill-aġent
Iż-Żejt tal-Magna mhux Jiċċirkola (Lampa tal-Pressjoni taż-Żejt Mixgħula)
Provista taż-żejt mhux suffiċjenti jew dilwita.
Il-feed taż-żejt misdud bis-silġ jew ħama f’temp iffriżat.
Il-wajer tas-swiċċ tas-sinjalatur taż-żejt ma jaħdimx jew swiċċ tas-sinjalatur difettuż. Kellem lill-aġent
Check valve bil-ħsara jew installat ħażin. Kellem lill-aġent
Problema fil-pompa taż-żejt. Kellem lill-aġent