24 xahar/Mili llimitati
Il-Harley-Davidson tagħti garanzjia fuq kull mutur ġdid tal-Harley-Davidson tal-2020 li aġent awtorizzat tal-Harley-Davidson ser isewwi jew jibdel, mingħajr ħlas kwalunkwe part difettuża li tinsab li jkollha ħsara waqt użu normali tal-mutur jekk tinsab li tkun difettuża minħabba l-materjali tal-fabbrika jew tax-xogħol tal-manifattura. Tali tiswija jew bdil ta’ parts difettużi jaqgħu biss taħt l-obbligazzjoni tal-Harley-Davidson u tar-rimedju esklussiv u waħdieni tiegħek taħt din il-garanzija limitata. Din il-garanzija limitata tapplika biss fiż-żmien identifikat hawn taħt.
Ebda persuna, inkluż l-aġenti ta’ Harley-Davidson, ma tista’ timmodifika, testendi jew twarrab xi parti minn din il-garanzija.
Bħala kundizzjoni ta’ din il-garanzija, inti responsabbli sabiex tieħu ħsieb il-mutur tiegħek kif deskritt fil-Manwal tas-Sid tiegħek. Il-Harley-Davidson tissuġġerixxi li int iżżomm kopja tar-rekords kollha tal-manutenzjoni u tal-irċevuti.
M’HEMM EBDA GARANZIJA ESPRESSA OĦRA (GĦAJR IL-GARANZIJI LIMITATI GĦALL-EMISSJONIJIET SEPARATI, ĦSEJJES, U RADJU) FUQ IL-MUTUR. Kull garanzija kummerċjali implikata jew l-addattabilità għal xi għan partikolari hija limitata sat-tul tal-garanzija espressa, jew sat-tul stipulat fl-istatuti ta' garanzija tal-Istat tiegħek, liema minnhom ikun l-iqsar. Kwalunkwe garanzija implikata ma tiġix trasferita lix-xerrejja sussegwenti tal-mutur.
Il-garanzija implikata għall-addattabilità għal xi għan partikolari ma tapplikax jekk il-mutur tiegħek huwa użat għat-tlielaq, anke jekk il-mutur huwa mgħammar għat-tlielaq.
Xi stati ma jippermettux limitazzjonijiet dwar kemm iddum garanzija impliċita, għalhekk il-limitazzjoni ta' hawn fuq tista’ ma tapplikax għalik.
KEMM PERMESS MIL-LIĠI, LA L-HARLEY-DAVIDSON U LANQAS L-AĠENTI AWTORIZZATI TAGĦHA MA HUMA RESPONSABBLI GĦAL TELF TA' ŻMIEN, INKONVENJENT, TELF TAL-UŻU TAL-MUTUR, TELF KUMMERĊJALI JEW KWALUNKWE DANNI OĦRA INĊIDENTALI JEW KONSEGWENZJALI.
Il-Harley-Davidson u l-aġent tiegħek mhumiex responsabbli għal ebda żmien jew id-dħul li titlef, kwalunkwe inkonvenjent, it-telf tat-trasport tiegħek jew l-użu tal-mutur tiegħek, l-ispiża tal-mutur tal-kiri, tal-fjuwil, tal-ivvjaġġar, tal-ikliet, jew tad-depożitu, jew għal xi danni inċidentali jew konsegwenzjali li jista’ jkollok.
Ħsarat punittivi, eżemplari, jew multipli jistgħu ma jkunux irkuprati sakemm il-liġi applikabbli ma tipprojbixxix ir-rinunzja tagħhom. Inti ma tista tressaq l-ebda klejm marbuta mal-garanzija bħala rappreżentant ta’ klassi, avukat ġenerali privat, membru ta’ klassi ta’ min qed iressaq talba jew fi kwalunkwe kapaċità rappreżentattiva oħra. Il-Harley-Davidson mhux se tkun responsabbli għal xi ħsarat ikkawżati minħabba d-dewmien tal-konsenja jew tal-forniment ta' xi prodotti u/jew servizzi.
Xi stati ma jippermettux l-esklużjoni jew il-limitazzjoni tad-danni inċidentali jew konsegwenzjali, għalhekk il-limitazzjoni jew esklużjoni msemmija hawn fuq jistgħu ma japplikawx għalik.
Din il-garanzija tagħtik drittijiet legali speċifiċi, u tista' wkoll ikollok drittijiet oħra li jvarjaw minn Stat għal Stat.
It-termini u l-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal din il-garanzija limitata: