ATTENZJONI
Tiġbidx fuq ebda wajers elettriċi. Ġbid fuq wajers elettriċi jista’ jagħmel ħsara lill-konduttur intern b’konsegwenza li jikkawża reżistenza għolja, li jista’ jirriżulta f’korriment żgħir jew moderatament serju. (00168a)
TWISSIJA
Taqbiżx il-kapaċità tal-piż tat-Tour Pak. Toqol żejjed jista’ jikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00401c)
NOTA
Il-kapaċita ta’ toqol massimu tal-ixtilliera hi 4,5 kg (10 lb) It-tagħbija kombinata tal-ixtelliera tal-bagalji u t-Tour-Pak m’għandix taqbeż 13,6 kg (30 lb)
Sakkar/Iftaħ bil-fob taċ-ċavetta: Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks → Key Fob. Agħfas il-buttuna LOCK jew UNLOCK fuq il-fob taċ-ċavetta.
Sakkar/Iftaħ bis-swiċċis tal-power lock: Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks → Swiċċijiet tal-Power Lock. Bil-vettura mixgħula, agħfas l-iswiċċ li jsakkar jew jiftaħ fil-fairing cap panel.
Sakkar/Iftaħ biċ-ċavetta: Ara Figura 1 Biex issakkar, daħħal iċ-ċavetta u dawwar kwart ta’ ċiklu fid-direzzjoni favur l-arloġġ. Biex tiftaħ, dawwar iċ-ċavetta kwart ta’ ċiklu fid-direzzjoni kontra l-arloġġ.
Biex Tiftaħ: Iġbed il-manku tal-lukkett. Għolli l-għatu.
Biex Tagħlaq: Ahħlaq l-għatu. Imbotta l-manku tal-lukkett biex tagħlaq sew l-għatu. Għolli l-għatu biex tiċċekkja li huwa sigur.
Orbot u ssikka kull tagħbija installata fuq l-ixtilliera tal-bagolli qabel ma tirkeb.
1Manku tal-lukkett
2Iiftaħ (in-naħa ta’ wara tal-vettura)
3Sakkar (in-naħa ta’ quddiem tal-vettura)
Figura 1. Tour-Pak
Aġġustament
Il-pożizzjoni tat-Tour-Pak tista’ tiġi aġġustata ’il quddiem jew lura għall-kumdità tal-passiġġier.
NOTA
Il-pożizzjoni tat-Tour-Pak ma tistax tiġi aġġustata fuq il-muturi b’konfigurazzjoni tal-Asja Paċifiku (APC), ħlief biex taċċessa l-vit tas-sedil. Biex tiddetermina l-konfigurazzjoni tal-vettura, iċċekkja l-identifikatur tal-VIN f’Taqsima Il-Mutur tiegħek → Numru ta' Identifikazzjoni tal-Vettura (VIN). Ara SEAT ACCESS (MUDELLI APC) biex iċċaqlaq it-Tour-Pak fuq vetturi b’konfigurazzjoni APC.
1. Ara Figura 2. Ħoll ftit l-erba’ skorfini li jissikkaw it-Tour-Pak mal-irfid.
2. Żerżaq it-Tour-Pak għall-pożizzjoni mixtieqa.
3. Issikka l-erba’ iskorfini.
Momentum: 6,8–8,1 N·m (60–72 in-lbs) Skorfini tal-immuntar Tour-Pak
Figura 2. Aġġustament tal-Pożizzjoni tat-Tour-Pak
Aċċess tas-Sedil: Mudelli tal-Asja-Paċifiku (APC)
Fuq vetturi APC, it-Tour Pak jista’ jitmexxa lura biex jiġi aċċessat il-vit tas-sedil.. Biex tiddetermina l-konfigurazzjoni tal-vettura, iċċekkja l-identifikatur tal-VIN f’Taqsima Il-Mutur tiegħek → Numru ta' Identifikazzjoni tal-Vettura (VIN). It-Tour Pak għandu jiġi installat fil-pożizzjoni oriġinali tiegħu qabel l-irkib.
1. Ara Figura 3. Neħħi l-erba’ viti li jqabbdu l-brekit ta’ Tour-Pak mal-irfid.
2. Iġbed it-Tour-Pak lura biex taċċessa l-vit tas-sedil.
3. Meta tillesti, mexxi t-Tour-Pak fil-pożizzjoni oriġinali tiegħu. Allinja l-erba toqob kollha tal-brekit mal-islotts fl-irfid.
4. Installa l-erba’ viti. Issikka.
Momentum: 6,8–8,1 N·m (60–72 in-lbs) Viti tal-brekit tat-Tour-Pak (Mudelli APC)
Figura 3. Viti tal-Brekit għat-Tour-Pak (Mudelli APC)