L-iStarter ma Jaħdimx jew Ma Jqabbadx il-Magna
  1. Is-swiċċ li jqabbad il-magna ikun jimmarka OFF.
  2. Batterija mingħajr charge inkella konnessjonijiet maħlulin jew imsadda (is-solenojd iċekċek).
  3. Il-lieva tal-klaċċ ma tersaqx qrib il-manubriju meta magħfusa inkella t-trasmissjoni mhix fil-pożizzjoni newtrali.
  4. Il-Jiffy stand mhix fil-pożizzjoni rtirata ’l ġewwa (meħtieġa għall-mudelli internazzjonali).
  5. Fjus imtajjar.
Il-Magna Ddur imma ma Tistartjax.
  1. It-tank tal-fjuwil vojt.
  2. Batterija mingħajr charge inkella l-konnessjonijiet tat-terminal tal-batterija nħallu jew saritilhom ħsara.
  3. Spark plugs imniġġsa.
  4. Il-wajers li jikkonnettjaw l-ispark plug inħallu nkella huma f’kundizzjoni ħażina u qegħdin jixxortjaw.
  5. Konnessjoni(jiet) tal-wajer jew kejbil maħlulin jew imsadda fil-coil jew batterija.
  6. Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
  7. Fjus imtajjar.
Ibati biex Jistartja
  1. L-ACR (Automatic Compression Release) mhux jaħdem tajjeb.
  2. Spark plugs f'kundizzjoni ħażina, jew li m’għandhomx gap kif suppost, inkella li huma parzjalment imniġġsa.
  3. Il-kejbils tal-ispark plug huma f’kundizzjoni ħażina u qed iqattru.
  4. Batterija kważi mingħajr charge.
  5. Konnessjoni(jiet) tal-wajer jew kejbil maħlulin f’wieħed mit-terminals tal-batterija jew coil.
  6. Iż-żejt tal-magna tqil wisq (waqt tħaddim fix-Xitwa).
  7. Il-ventilatur tat-tank tal-fjuwil magħluq inkella l-pajpijiet tal-fjuwil magħluqin, u ma jħallux il-fjuwil jgħaddi.
  8. Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil.
  9. Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
Tistartja imma Taħdem b’mod Irregolari jew Taqbeż
  1. L-ispark plugs f’kundizzjoni ħażina jew parzjalment mniġġsa.
  2. Il-kejbils tal-ispark plug huma f’kundizzjoni ħażina u qed iqattru.
  3. Il-gap tal-ispark plug hija qrib wisq jew wiesa’ żżejjed.
  4. Batterija kważi mingħajr charge.
  5. Wajer bil-ħsara jew konnessjoni maħlula fit-terminals tal-batterija jew coils.
  6. Xort intermittenti minħabba ħsara fl-insulazzjoni tal-wajer.
  7. Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil jew filtru.
  8. Is-sistema tal-ventilatur tal-fjuwil magħluqa. Kellem lin-negozjant.
  9. Injector wieħed jew aktar imniġġsa..
Spark Plug jitniġġes ripetutament
  1. Spark plug li ma taqbilx.
Pre-Ignition jew Detonazzjoni (Knocks jew Pings)
  1. Fjuwil ma jaqbilx.
  2. Spark plug li ma jaqbilx mat-tip ta’ servizz.
Tisħon iżżejjed
  1. Provvista taż-żejt insuffiċjenti nkella ż-żejt mhux jiċċirkola.
  2. Depożitu tqil ta’ karbonju li jkun sar lugging tal-magna. Kellem lin-negozjant.
  3. Fluss mhux suffiċjenti ta’ arja fuq is-cylinder heads waqt perjodi twal ta’ waqfien jew sewqan bil-mod (parade duty).
Vibrazzjoni Eċċessiva
  1. L-iskorfini tax-xaft tal-furketta ta’ wara maħlulin. Kellem lin-negozjant.
  2. Il-boltijiet tal-muntaġġ ta’ quddiem tal-magna maħlulin. Kellem lin-negozjant.
  3. Il-boltijiet tal-muntaġġ tal-magna mat-trasmissjoni maħlulin. Kellem lin-negozjant.
  4. Frejm li ġratlu ħsara. Kellem lin-negozjant.
  5. Katina ta' quddiem jew rabtiet issikkati minħabba lubrikazzjoni insuffiċjenti inkella minħabba l-mod ħażin kif jintlibes iċ-ċintorin.
  6. Roti u/jew tajers li saritilhom ħsara. Kellem lin-negozjant.
  7. Vettura mhux allineata kif suppost. Kellem lin-negozjant.
Iż-Żejt tal-Magna mhux Jiċċirkola (Lampa tal-Pressjoni taż-Żejt Mixgħula)
  1. Provista taż-żejt mhux suffiċjenti jew dilwita.
  2. Il-feed taż-żejt magħluq minħabba silġ jew ħama f’temp iffriżat.
  3. Wajer tas-swiċċ tas-sinjalatur taż-żejt ma jaħdimx jew swiċċ tas-sinjalatur difettuż. Kellem lin-negozjant.
  4. Check valve bil-ħsara jew installata ħażin. Kellem lin-negozjant.
  5. Problema fil-pompa taż-żejt. Kellem lin-negozjant.