Jekk il-lampa tas-sigurtà tibqa’ mixgħula waqt is-sewqan, kellem lill-aġent ta’ Harley-Davidson.
Fob
Jekk is-sistema tas-sigurtà tibqa’ tagħti twissijiet u allarmi bil-fob preżenti, iċċekkja għal:
Interferenza Elettromanjetika: Mezzi elettroniċi oħra, linji tal-enerġija jew sorsi elettromanjetiċi oħrajn jistgħu jikkawżaw li s-sistema tas-sigurtà taħdem b’mod inkonsistenti.
Ivverifika li l-fob ma tkunx magħluqa f’xi metall jew fiil-viċinanza 76 mm (3.0 in) ta' xi mezzi elettroniċi oħrajn.
Poġġi l-fob fuq is-sedil u ssettja s-swiċċ OFF/RUN fuq RUN. Wara li s-sistema tintefa, irritorna l-fob f'post konvenjenti.
Mexxi l-mutur mill-inqas 5 m (15 ft) mill-post tal-interferenza.
Fob danneġġjata: Uża l-PIN biex tiddiżattiva l-mutur. Fobs mibdula huma disponibbli biex jinxtraw mingħand aġent ta’ Harley Davidson.
Siren
Jekk l-sirena ma ċċejjaqx għal darbtejn jew tlieta fuq kmand validu ta’ attivazzjoni mill-modulu tas-sigurtà, is-sirena qegħda jew fil-Modulu li Ma Ċċejjaqx, jew mhix imqabbda, jew mhix taħdem, jew inkella l-wajering tas-sirena ġie miftuħ jew ixxortja meta s-sirena kienet diżarmata.
Jekk il-sirena tkun armata u l-batterija interna tas-sirena hija mejta, ixxortjata, jew skonnettjata, jew kienet qed tikkarga għal perijodu ta’ aktar minn 24 siegħa, is-sirena ser tirrispondi bi tliet ċejqiet malli tiġi attivata minflok bi tnejn.
Il-batterija interna tas-sirena tista’ ma tikkargax jekk il-batterija tal-vettura tkun inqas minn 12.5 volts.
Jekk s-sirena tidħol fil-modulu t’awtoattivazzjoni mill-batterija interna tas-sirena ta’ 9 volt, il-fanali senjalitiċi tad-dawran għandhom mnejn jew le iteptpu b’mod alternattiv. Jekk l-modulu tas-sigurtà jattiva s-sirena, il-fanali senjalitiċi tad-dawran iteptpu b’mod alternattiv. Jekk s-sirena ġiet attivata u jkun hemm avveniment tas-sigurtà, u s-sirena qegħda fil-modulu ta’ awtoattivazzjoni, is-sirena ser tallarma għal 20-30 sekonda u mbagħad tintefa għal 5-10 sekondi. Dan iċ-ċiklu t’allarm jiġi ripetut għaxar darbiet jekk il-siren tkun fil-modulu ta’ awtoazzjonament.