TWISSIJA
Taqbiżx il-kapaċità tal-piż tas-saddlebag. Poġġi piż ugwali f'kull saddlebag. Toqol żejjed fuq is-saddlebags jista’ jikkawża telf tal-kontroll, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00383a)
NOTA
Il-kapaċità ta’ piż massimu ta' kull kaxxa tas-sarġ hi ta’ 9,1 kg (20 lb).
Sokor
Ċavetta: Ara Figura 1. Daħħal iċ-ċavetta u dawwar bi kwart ta’ dawra lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura. Erġa’ dawwar iċ-ċavetta lejn iċ-ċentru biex tkun tista’ toħroġ iċ-ċavetta.
Swiċċ tal-Power lock: Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks → Swiċċijiet tal-Power Lock. Bil-vettura mixgħula, agħfas l-iswiċċ tal-power lock li jinsab fil-panew tal-fairing cap. Id-dwal senjalitiċi tad-dawran iteptpu darbtejn biex jindikaw li l-vettura hija msakkra.
Fob taċ-ċavetta: Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks → Key Fob. Agħfas il-buttuna LOCK fuq il-fob taċ-ċavetta. Id-dwal senjalitiċi tad-dawran iteptpu darbtejn biex jindikaw li l-vettura hija msakkra.
Ftuħ
Ċavetta: Ara Figura 1. Daħħal iċ-ċavetta u dawwar bi kwart lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura. Erġa’ dawwar iċ-ċavetta lejn iċ-ċentru biex tkun tista’ toħroġ iċ-ċavetta.
Swiċċ tal-Power lock: Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks → Swiċċijiet tal-Power Lock. Bil-vettura mixgħula, agħfas l-iswiċċ li jiftaħ li jinsab fil-panew tal-fairing cap. Is-sinjali tad-dawran iteptpu darba biex juru li l-vettura m’għadhiex imsakkra.
Fob taċ-ċavetta: Ara Taqsima Tħaddim → Power Locks → Key Fob. Agħfas il-buttuna UNLOCK fuq il-fob taċ-ċavetta. Is-sinjali tad-dawran iteptpu darba biex juru li l-vettura m’għadhiex imsakkra.
Ftuħ:
  1. Ara Figura 1. Iftaħ il-kaxxa tas-sarġ.
  2. Għolli l-lieva tal-kaxxa tas-sarġ
  3. Għolli l-għatu min-naħa ta’ ġewwa tal-kaxxa tas-sarġ.
Għeluq
  1. Ara Figura 1. Agħlaq l-għatu tal-kaxxa tas-sarġ.
  2. Imbotta l-liver ’l isfel biex tqabbad mal-lukketti. Iċċekkja li l-għatu qiegħed f’postu sew.
  3. Sakkar il-kaxxa tas-sarġ.
Tneħħija
  1. Ara Figura 1. Iftaħ il-kaxxa tas-sarġ
  2. Ara Figura 3. Skonnettja l-konnettur għall-power lock tal-kaxxa tas-sarġ.
  3. Ara Figura 2. Dawwar il-livers tal-viti tal-muntaġġ kontra l-arloġġ biex tħoll il-viti tal-muntaġġ mil-brekit tal-irfid.
  4. Għolli l-kaxxa tas-sarġ minn ġol-ixtilliera.
NOTA
Tkaxkarx jew tigrifx il-kaxxa tas-sarġ mal-art. Issettja l-kaxex tas-sarġ fuq wiċċ livellat biex jiġi evitat x-xaqlib. Nuqqas ta’ attenzjoni tista’ twassal għal dannu fil-kaxex tas-sarġ.
Stallazzjoni
  1. Ara Figura 2. Poġġi l-kaxxa tas-sarġ b’attenzjoni fil-pożizzjoni tagħha fuq l-ixtilliera tal-kaxxa tas-sarġ. Allineja l-anelli tal-immuntar mal-brekit tal-irfid.
  2. NOTA
    Il-liver tal-vit tal-muntaġġ ta’ wara ser jinterferixxi mal-għatu tal-kaxxa tas-sarġ jekk ma jkunx ippożizzjonat bil-liver iħares ’l isfel.
  3. Installa l-viti ta’ muntaġġ minn ġol-anelli għal ġol-brekit t’appoġġ. Waqt li ddawwar il-liver fid-direzzjoni tal-arloġġ, issikka l-viti tal-muntaġġ sakemm il-livers ikunu jħarsu ’l isfel bejn il-pożizzjoni tat-3 u tad-9 fuq arloġġ kif muri.
  4. Iċċekkja li l-kaxxa tas-sarġ hija sikura fuq il-mutur.
  5. Ara Figura 3. Qabbad il-konnettur tal-power lock tal-kaxxa tas-sarġ.
  6. Agħlaq u sakkar il-kaxxa tas-sarġ.
1Sokra tal-kaxxa tas-sarġ
2Pożizzjoni tal-ftuħ (lejn in-naħa ta’ wara tal-vettura)
3Pożizzjoni biex issakkar (lejn in-naħa ta’ quddiem tal-vettura)
4Liver
Figura 1. Kaxxa tas-sarġ
1Immuntar tal-kamin bil-lieva
2Xtilliera tal-kaxxa tas-sarġ
3Bracket tal-appoġġ
Figura 2. Tneħħija/Stallazzjoni tas-Saddlebag
Figura 3. Konnettur għall-Power Lock tal-Kaxxa tas-Sarġ