AVVIŻ
Meta sostituzzjoni hija meħtieġa, uża biss l-unità ta’ beam jew bozza issiġillata, disponibbli mingħand l-aġent tal-Harley-Davidson. Beam jew bozza ssiġillata b’wattage skorrett, jista’ jikkawża problemi fis-sistema tal-iċċarġjar. (00209a)
NOTA
Il-lampa LED tal-fanal ta’ quddiem m’għandhiex bozoz li jistgħu jinbidlu. Biddel l-assemblaġġ kollu meta jkun hemm xi ħsara.
Biex Taqilgħu
  1. Ħoll il-vit li hemm fil-qiegħ tal-bieba tal-kromju tal-fanal ta’ quddiem.
  2. Dawwar l-bieba kontra l-arloġġ għal ftit gradi. Iġbed l-bieba tal-fanal dritt ’il barra biex taqlagħha.
  3. Ara Figura 1. Ħoll il-viti li jorbtu ċ-ċrieki ta’ rbit.
  4. Skonnettja l-konnettur tal-fanal ta’ quddiem.
Installazzjoni
1. Installa l-konnettur tal-fanal ta’ quddiem.
2. Issikka l-assemblaġġ tal-fanal ta’ quddiem biċ-ċrieki ta’ rbit u l-viti. Issikka l-viti għal- 2,5–3,6 N·m (22–32 in-lbs).
3. Installa l-bieba tal-kromju tal-fanal:
a. Ivverifika li s-siġill tal-gomma qiegħed f’postu fuq il-bieba tal-fanal. Applika likwidu għat-tindif tal-ħġieġ fuq is-siġill biex tħaffef l-installazzjoni.
b. Bil-bieba tal-fanal imdawra għal ftit gradi kontra l-arloġġ, imbotta l-bieba tal-fanal dritt ’l ġewwa fuq il-fanal.
c. Dawwar favur l-arloġġ sakemm il-vit ikun jista’ jiġi installat. Issikka sa 1–2 N·m (9–18 in-lbs).
Figura 1. Viti li jorbtu l-Fanal ta’ Quddiem