Il-magna għandha titħalla taħdem bil-mod għal 15-30 sekonda. Dan jippermetti sabiex il-magna tisħon jħalli ż-żejt jilħaq l-uċuħ li jkollhom bżonn ta’ lubrikazzjoni. Nuqqas milli tagħmel hekk jista’ jirriżulta fi ħsara tal-magna. (00563b)
Id-dawrien tat-throttle qabel jiġi startjat il-mutur mhux neċessarju.
Biex tistartja
TWISSIJA
Aqleb t-trasmissjoni fuq newtrali qabel ma tistartja l-magna biex jiġi evitat ċaqliq aċċidentali, li jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00044a)
Ara Figura 1. Filwaqt li tara li jkollok il-fob tas-sistema tas-sigurtà, dawwar is-swiċċ OFF/RUN fuq il-pożizzjoni RUN. Iddawwarx it-throttle.
NOTA
Il-lampa tal-kontroll tal-magna tixgħel meta tqabbad l-ignition. Se tisma’ l-pompa tal-fjuwil taħdem għal ftit ħin meta din tkun qed titfa’ pressjoni fuq is-sistema tal-fjuwil.
Dawwar is-swiċċ tal-lock tal-furketta dawra sħiħa sakemm jiġi fil-pożizzjoni unlocked.
NOTA
L-istarter ma jiffunzjonax jekk is-swiċċ tal-lock tal-furketta ma jkunx fil-pożizzjoni unlocked.
Tella’ l-jiffy stand (meħtieġ fil-mudelli internazzjonali, kemm-il darba t-trassmissjoni ma tkunx fuq neutral).
NOTA
Biex tattiva s-sistema tal-istartjar, il-lieva tal-klaċċ trid tinġibed ’l ġewwa sakemm taħbat mal-manku tax-xellug tal-manubriju u/jew it-trasmissjoni trid tinqaleb fuq il-pożizzjoni (bil-lampa l-ħadra tan-neutral mixgħula).
Agħfas il-brejk biex tevita li jitħarrek il-mutur.
Agħfas il-lieva tal-klaċċ ’l ġewwa sakemm taħbat mal-manku. Aqleb it-trasmissjoni fuq neutral.
Agħfas il-buttuna tal-istarter biex tqabbad il-mutur.
NOTA
Biex tħalli li ssir lubrikazzjoni tajba tal-magna qabel tibda taħdem, il-magna tikkrankja numru ta' tidwiriet qabel ma tistartja.
Meta l-magna tkun startjat, tista tibda tħaddem il-mutur tiegħek bħalma kieku tagħmel normalment wara li ttella’ l-jiffy stand.
NOTA
Il-lampa li tindika l-ABS tibqa’ tixgħel sakemm il-vettura tkun miexja b’madwar 5 km/h (3 mph).