Xi mudelli għandhom fairing lowers. Il-fairing lowers jipprovdu livell iktar ta’ kumdità waqt ir-rikba billi jimblokkaw ir-riħ u l-ilma minn riġlejn is-sewwieq.
NOTA
Il-fairing lowers fuq mudelli Twin-Cooled fihom komponenti għat-tberrid tas-sistema u ma jkollhomx kompartiment tal- ħżin.
Tneħħix il-fairing lowers fuq vetturi Twin-Cooled.
Taħżinx ebda oġġetti fil-fairing lowers fuq vettura Twin-Cooled.
Bieba tal-Vent
Ara Figura 1. Il-bieba tal-vent tan-naħa t’isfel tal-fairing tista’ tkun aġġustata biex tidderieġi l-flow tal-arja għall-kumdità tas-sewwieq u tiċċorkola l-arja tul il-magna. Isslajdja l-liver tal-bieba tal-vent biex taġġusta jew tagħlaq il-bieba tal-vent.
Sistema tat-Tberrid: Vetturi Twin-Cooled
Ara Figura 1. Fuq vetturi Twin-Cooled, il-fairing lowers jinkludu komponenti tas-sistema tat-tberrid. Il-flixkun tal-likwidu tat-tberrid jinstab wara l-panew tal-aċċess fuq in-naħa tal-lemin tal-fairing lower. Ara Taqsima Manutenzjoni u Lubrikazzjoni → Sistema ta’ Tberrid: biex tiċċekkja l-livell tal-likwidu li jberred.
Il-panew tal-aċċess huwa miżmum bi tliet retainers. Iftaħ bir-reqqa kull kantuniera minn naħa ta’ fuq u ta’ isfel biex tneħħi l-panew tal-aċċess. Biex tinstalla, imbotta l-panew sakemm ir-retainers jidħlu fil-post.
Żomm l-iskrin u l-katusa tal-ħruġ tar-radjatur nodfa u ħielsa minn ostruzzjonijiet.
1Panew tal-aċċess.
2Id-drejn tal-ħruġ
3Liver tal-bieba tal-vent
4Bieba tal-vent
Figura 1. Fairing Lowers: Mudelli Twin-Cooled