Iċ-ċirkwit tar-rivers tal-mutur għandu salvavita li tipprevjeni kundizzjonijiet ta’ t-tagħbija kurrenti żejda fuq il-kejbils tad-dawl u tal-mutur.
1. | Jekk ir-rivers tal-mutur mhux qiegħed jaħdem jew qiegħed jaqta’ waqt it-tħaddim:a. Ħaddem ir-rivers. b. Itfi l-magna. d. Iċċekkja l-kundizzjoni tas-salvavita. | |
Ara
Figura 1. Is-salvavita tinsab fil-caddy tal-elettriku wara l-kaver tan-naħa tal-lemin. Din is-salvavita li terġa’ tiġi issettjata manwalment għandha buttuna t’attivar ħamra (2) u lieva biex terġa’ tissettjaha (1). Biex tattiva s-salvavita manwalment, agħfas il-buttuna t’attivar ‘l isfel (li twassal biex il-lieva li biha terġa’ tissettja t’estendi ‘l barra).
Jekk il-lieva biex terġa’ tissettja hija estiża kif muri, iċ-ċirkwit tar-rivers huwa miftuħ/attivat. Agħfas il-lieva li biha terġa’ tissettja fin-nofs tas-salvavita sakemm tisma’ klikk biex terġa’ tissettja.
Jekk is-salvavita tibda tinfetaħ ripetutament taħt kundizzjonijiet ta’ tagħbija ħafifa jew jekk il-mutur tar-rivers ma jaħdimx wara li tkun erġajt issettjajt is-salvavita, kellem aġent tal-Harley-Davidson.
NOTA
Il-fanal tar-rivers fl-instrument cluster xorta jixgħel allavolja is-salvavita tkun attivata/miftuħa.
Hija funzjoni normali li l-pinion fuq il-mutur tar-rivers jeħel mar-ring gear meta s-salvavita tiġi attivata. Ser jinstema klikk imma mhu ser ikun hemm ebda moviment ta’ rivers.
Figura 1. Breaker taċ-Ċirkwit tal-Mutur tar-Rivers