Ara Figura 1. Il-kompartiment tal-Jukebox media huwa inkluż fid-dashboard u jista’ jintuża biex jikkonnettja tagħmir tal-jew biex terfa’ oġġetti żgħar. Media players u mezzi għall-ħażna tad-data USB bil-media files jistgħu jiġu kkonnettjati mall-port tal-USB. Aġġornamenti tas-sistemi tar-radju huma wkoll magħmula permezz ta’ tagħmir għall-ħażna tad-data USB.
Il-port tal-USB jiċċarġja l-apparat ikkonnettjat waqt li l-mutur ikun imqabbad jew waqt li jkun fil-pożizzjoni ‘accessory mode’. Ara l-MANWAL TAS-SID BOOM! BOX biex tinstalla aġġornamenti jew biex iddoqq il-fajls.
Iftaħ: Ara Figura 1. Imbotta l-biċċa t’isfel tal-bieba u erħi.
Agħlaq: Agħfas il-bieba ’l ġewwa sakemm il-lukkett jagħlaq.
Installa USB jew tagħmir ieħor tal-midja: Ikkonnettja t-tagħmir mal-USB port. Serraħ it-tagħmir fil-cradle infurrata. Agħlaq il-bieba tal-kompartiment.
Irrisettja l-qafla tal-bieba: Jekk il-bieba tal-kompartiment kienet sfurzata biex tinfetaħ jew mhix qed tingħalaq kif suppost, jista’ jkun li l-lukkett irid jiġi rrisettjat. Imbotta l-bieba sakemm tingħalaq. Iftaħ il-bieba. Erġa’ agħlaq il-bieba biex tqabbad il-mekkaniżmu tal-lukkett.
Waqt li tkun issuq żomm il-bieba magħluqa biex l-oġġetti ma jaqgħux. Qabel ma’ tħalli l-vettura mingħajr sorveljanza, ara li tneħħi l-oġġetti ta’ valur minn ġewwa l-kompartiment tal-midja.
Il-cradle infurrata tista’ tinqala’ biex il-kompartiment tal-media jiġi mnaddaf. Installa l-cradle qabel ma tibda ssuq biex it-tagħmir tal-media ma jkunx jista’ jiċċaqlaq fil-kompartiment u biex il-vibrazzjoni tiġi mnaqqsa.
NOTA
Ara li ma tużax media players mal-hard drives. Il-vibrazzjoni tista’ tikkawża ħsara interna fit-tagħmir.
1Id-daħla tal-bieb
2USB port
3Bradella
Figura 1. Kompartament tal-Midja