NOTA
Biex tipprevjeni grif oqgħod attent meta tkun qed tnaddaf l-uċuħ tal-istrumenti. Xi mudelli ta' muturi jistgħu jkollhom uċuħ tal-acrylic.
Spidometru
TWISSIJA
Ivvjaġġa permezz ta’ veloċitajiet xierqa għat-triq u l-kundizzjonijiet tagħha u tivvjaġġa qatt iktar mill-veloċità rakkomandata. Veloċità eċċessiva tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura,u tista’ tirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00008a)
Ara Figura 1 u Figura 2 L-ispidometru jirreġistra l-veloċità ’l quddiem tal-vettura f’mili fis-siegħa (Stati Uniti) jew kilometri fis-siegħa (internazzjonali).
L-istrument tad-dawl ta’ wara jiġi attivat wara dewmien qasir. Id-dawl ta’ wara jista’ jinbidel għal ħin qasir meta d-dawl ambjentali jinbidel (bħal meta tgħaddi minn ġo mina).
Takometru
AVVIŻ
Ara t-taqsima RAMMOKANDAZZONIJIET TAL-OPERAR. Tħaddimx il-magna ’l fuq mill-RPM massimu tas-sigurtà kif muri taħt OPERAZZZJON (żona ħamra fuq t-takometru). Baxxi l-RPM billi taqleb fuq gear ogħla jew tnaqqas l-ammont tat-throttle. Nuqqas milli tbaxxi l-RPM jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00159a)
Ara Figura 1 u Figura 2. It-takometru jkejjel il-veloċità tal-magna f’revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm x 100).
Gejġ tal-Fjuwil
Il-gejġ tal-fjuwil jindika l-ammont approssimattiv tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil.
FLRT: Il-gejġ tal-fjuwil qiegħed fuq in-naħa tax-xellug tat-tank tal-fjuwil.. Ara Taqsima Qabel s-Sewqan → Timla t-Tank tal-Fjuwil.
FLHTCUTG: Ara Figura 1. Il-gejġ tal-fjuwil qiegħed fuq il-panew tal-istrument.
Voltmeter: FLHTCUTG
Ara Figura 1. L-voltmeter jindika l-vultaġġ tas-sistema tal-elettriku u qiegħed fuq il-panew ta' quddiem tal-fairing. Bil-magna taħdem ’l fuq minn 1500 rpm, il-voltmeter għandu jirreġistra 13.0-14.5 V bil-batterija ċċarġjata kollha
Informazzjoni tal-vettura: FLHTCUTG
Informazzjoni addizzjonali tal- vettura tista’ tkun murija fi ħdan is-sistema tal-infotratteniment billi tagħfas is-swiċċ tall-informazzjoni tal-vettura. Ara Taqsima Tħaddim → Swiċċis ta' Kontroll tan-Naħa tal-Lemin.
1Gejġ tal-Fjuwil
2Fjuwil baxx
3Spidometru
4Kontroll tat-trazzjoni
5Indikazzjoni tas-Sigurtà/Ħsara
6Mhux użat
7Takometru
8It-temperatura tal-likwidu tat-tkessiħ tal-magna
9Senser tad-dawl (mhux indikatur)
10Skarikar tal-batterija
11Voltmeter
12Sinjal tal-Indicator sabiex taqleb fuq il-Lemin
13Brejk tal-ipparkjar
14Ikona tal-ABS (l-ikona km/h tal-ABS hija murija wkoll)
15Indikatur tal-bozza awżiljarja/taċ-ċpar
16Reverse
17Fanal ta’ quddiem b’raġġ għoli
18Cruise control
19Iċċekkja l-magna
20Newtrali
21Indikatur tal-Gear
22It-tieqa tal-Odometru
23Pressjoni taż-żejt
24Sinjal tal-Indicator sabiex taqleb fuq ix-Xellug
Figura 1. Bozoz tal-indikatur: FLHTCUTG
1Spidometru
2Iċċekkja l-magna
3Fjuwil baxx
4Skarikar tal-Batterija
5Cruise control
6Indikazzjoni tas-Sigurtà/Ħsara
7It-tieqa tal-Odometru
8Bozza tal-indikaturi tad-direzzjoni
9Fanal ta’ quddiem b’raġġ għoli
10Newtrali
11Pressjoni taż-żejt
12Brejk tal-ipparkjar
13Reverse
14Ikona tal-ABS (l-ikona km/h tal-ABS hija murija wkoll)
15Kontroll tat-trazzjoni
Figura 2. Bozoz tal-Indikatur: FLRT