AVVIŻ
Ipproteġi l-vettura tiegħek kontra s-serq. Nuqqas li ssakkar il-mutur wara l-ipparkjar jista' jirriżulta f ' serq u/jew ħsara fit-tagħmir. (00151b)
Meta tuża il-lock tal-furketta immedjatament wara li tipparkja il-mutur tiegħek jiskoraġġixxi l-użu mhux awtorizzat jew serq.
FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 1. Is-sokra tal-furketta fin-naħa ta’ fuq tal-istering, wara n-nacelle tal-fanal ta’ quddiem u mdaħħal fis-sartja tal-klamp tal-manibriju.
Mudelli oħra: Ara Taqsima Tħaddim → Swiċċ tat-Tqabbid → Swiċċ tat-Tqabbid. Is-sokra tal-furketta hija integrata fis-swiċċ tal-ignition.
NOTA
Tisfurzax is-swiċċ fil-posizzjoni msakkra għax tista’ ssir ħsara lis-swiċċ.
TWISSIJA
Toperax vetturi bil-frieket illokkjati. L-illokkjar tal-frieket jillimita l-abbiltà tat-tidwir tal-vettura, u jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00035a)
Biex issakkar il-furketta: FLHR, FLHRC, FLHRXS
  1. Dawwar il-furketta għal kollox lejn ix-xellug.
  2. Ara Figura 1. Daħħal iċ-ċavetta u dawwar kontra l-arloġġ fil-pożizzjoni LOCK. Neħħi ċ-ċavetta.
  3. Biex tiftaħ il-furketta daħħal iċ-ċavetta u dawwar favur l-arloġġ fil-pożizzjoni UNLOCK. Neħħi ċ-ċavetta.
  4. Iċċekkja li l-isteering qed jaħdem sewwa billi ddawwar il-manubriju fil-firxa kollha ta’ pożizzjonijiet li jista’ jkun fihom waqt li jkun qed jaħdem. Il-manubriju għandu jdur b’mod faċli u mingħajr.
Biex issakkar il-furketta: Mudelli Oħra
  1. Dawwar il-furketta għal kollox lejn ix-xellug.
  2. Ara Taqsima Tħaddim → Swiċċ tat-Tqabbid → Swiċċ tat-Tqabbid. Dawwar il-pum tas-swiċċ lejn FORK LOCK. Imbotta l-pum ’l isfel.
  3. Daħħal iċ-ċavetta u dawwar kontra l-arloġġ fil-pożizzjoni LOCK. Neħħi ċ-ċavetta.
  4. Biex tiftaħ il-furketta, daħħal iċ-ċavetta u dawwar għall-pożizzjoni UNLOCK. Neħħi ċ-ċavetta. Dawwar il-pum tas-swiċċ barra mill-pożizzjoni FORK LOCK.
  5. Iċċekkja li l-isteering qed jaħdem sewwa billi ddawwar il-manubriju fil-firxa kollha ta’ pożizzjonijiet li jista’ jkun fihom waqt li jkun qed jaħdem. Il-manubriju għandu jdur b’mod faċli u mingħajr.
1Iftaħ
2Illokkja
Figura 1. Lokk tal-Furketta: Mudelli Road King